Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — Titjir ta' Ajruplani ta' Linji oħra

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14817, 15039, 15309 u 15530 u jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15530.

Fondazzjoni Arka — Tifel b'Diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tara li tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu diżabilita' severa jingħata l-għajnuna meħtieġa biex isir residenti regolari mal-fondazzjoni Arka f'Għajnsielem, fejn qed jingħata s-servizzi li għandu bżonn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-ftehim ta’ l-2003, bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni Arka, jkopri l-ħlas għal sitt postijiet residenzjali għal persuni b’diżabilita f’Dar Arka, Għawdex. Ninsab infurmata li l-postijet koperti b’dan il-ftehim huma kollha mimlija u għalhekk ma jidhirx li ser ikun hemm xi post minnhom vakanti fil-futur qarib.

Ftehim ta' Kuntratt

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17099 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim u kuntratt tax-xogħol li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandu mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz tal-helicopter

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17100 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn il-gvern u l-kumpannija li tipprovdi s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex u x'obbligi ta' vjaġġi regolari għandha kuljum matul is-sena? X'qed jagħmel il-gvern biex jara li dan il-ftehim ikun onorat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ftehim bejn il-gvern u l-kumpanija Helicpteros Del Sureste hu ftehim ta' natura kummerċjali u ma narax li hu prudenti li dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Jien infurmat ukoll li l-kumpannija hi obbligata li tagħmel għaxar vjaġġi kuljum minn u lejn Ghawdex bejn April u Ottubru u erba' vjaġġi kuljum minn u lejn Għawdex bejn Novembru u Marzu. Dawn l-iskedi jkunu ppublikati fuq il-website tal-kumpaniija. Ir-regolatur jagħmel skrutinju kontinwu biex jara li l-kumpanija tonora dawn l-iskedi.
Leg 10 PQ #17247 Sitting 357 2006-02-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tour Operators Barranin

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16512 u jgħid jirriżultalux li xi tour operators barranin din ix-xitwa ddeċidew li għal xi żmien jieqfu jġibu turisti lejn Malta u Għawdex? Jekk iva, min huma dawn l-operators? Ittieħdu xi passi rimedjali dwar dan? Jekk iva, x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara — Triq il-Ftieh

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16513, jista' il-Ministru jgħid x'diffikultajiet għad fadal jiġu riżiolti u meta se jiġu riżolti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16513. Ta’ min iżid igħid li minn l-aħħar mistoqsija ‘l hawn saru dawn l-affarijiet: 1. Survey intern ta' propjetà numru 29 2. Survey estern ta' propjetà numru 31. Survey intern ma setax isir, għax f'din il-propjetà ma joqgħod ħadd. Għad li saru diversi tentattivi biex jiġi stabbilit is-sid ta’ din il-propjetà, dan baqa’ ma ġiex stabbilit. Minn dawn is-surveys qed jiġi indikat il-valur kulturali ta' dawn il-propjetajiet sabiex tiġi ssalvagwardjata il-parti ta' l-ogħla valur kulturali.

Enemalta/WSC

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16568 u jgħid x'kien id-dħul tal-korporazzjonijiet Enemalta u Water Services f'soprataxxa fuq dawl u ilma tul is-sena 2005 mil-lukandi, ristoranti u l-oqsma kollha reġistrati bħala attivi fl-oqsma tat-turiżmu ta' l-istess korporazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Water Service Corporation ma għandha ebda dħul mis-"surcharge", waqt li l-Korporazzjoni Enemalta ma żżommx statistika separata għall-oqsma tat-turiżmu.

Swieqi — Triq it-Tiben

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17102 u jgħid x'passi se jieħu fid-dawl ta' l-ilmenti li sarulu f'ittra mir-residenti ta' Triq it-Tiben fis-Swieqi, datata 30 ta' Jannar 2006, dwar għargħar li qed isofru meta tagħmel ix-xita?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-periti tad-Direttorat iltaqgħu mar-residenti u r-rappreżentanti tal-Kunsill Lokali Swieqi dwar din il-problema. Wara dawn il-laqgħat sar survey tat-triq imsemmija u qed isir studju ta' kif l-aħjar tissolva din il-problema.

MIA — Titjiriet tal-Helicopter

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17101 u jgħid, mill-istatistika ta' l-MIA, kemm jirriżulta li saru titjiriet bejn Malta u Għawdex bil-helicopter matul is-sena 2005, kemm titjiriet tħassru u kemm użaw dan is-servizz xahar b'xahar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Belt Valletta — Telgħa ta' Kastilja

Question

Veru li se tinqala' u ssir mill-ġdid it-triq li mill-Furjana tieħu għat-Telgħa ta' Kastilja? Jekk iva, għaliex? Kemm ġiet tiswa? Kemm se jiswa x-xogħol il-ġdid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

San Ġiljan — Triq l-Isqof Romero

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex Triq l-Isqof Romero f'San Ġiljan tinbidel fi spazju fejn ir-residenti jistgħu jipparkjaw fiha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

MMA — L-Għolja ta' Kordin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi studju mill-Awtorita' Marittima Maltija biex l-Għolja ta' Kordin fil-Port il-Kbir titwitta u jsir terminal għall-containers? Jek iva, tagħmel sens idea bħal din meta għandna bżonn niżviluppaw il-Port il-Kbir għal skopijiet turistiċi?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Malta Maritime Authority qegħda fil-proċess li tħejji Master Plan għall-port il-kbir kollu sabiex jiġu jdentifikati proġetti f'diversi partijiet tal-port. F'dan l-istadju hu prematur li wieħed isemmi xi tip partikolari ta' użu għal xi parti jew oħra tal-port.

Esproprazzjoni ta' Art

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kumpens se tingħata l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ta' l-art li ħadulha għall-miżbla tal-Magħtab?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Membru huwa mitlub jagħti aktar dettalji dwar l-art in kwestjoni; jekk hu possibli d-data tal-Gazzetta tal-Gvern fejn l-art ġiet dikjarata meħtieġa għall-iskop pubbliku.

Air Malta — Bord tad-diretturi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15200 u jgħid jekk il-bord tad-diretturi approvax il-budget ta' l-Air Malta għas-sena Marzu 2005 - Marzu 2006? Meta ġie approvat dan il-budget?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta approva l-Budget għas-sena finanzjarja April 2005 - Marzu 2006.

NSO — Statistika ta' l-impjiegi f'Għawdex

Question

Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li turi l-livell ta' impjiegi f'Għawdex f'dawn l-oqsma: 1) gvern, 2) manifattura u 3) turiżmu għas-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li ma jistax jingħata t-tagħrif fil-forma eżatt kif ġie mitlub għajr għall-manifattura, qed jingħata f’forma ta’ attivita’ ekonomika fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

VAT refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega fid-dettall f'liema qasam jingħataw VAT refunds organizzaturi ta' konferenzi f'pajjiżna skond il-miżura mħabbra għall-Budget 2005? Matul is-sena 2005 kemm kien hemm li bbenefikaw minn din il-miżura u x'kien l-ammont ta' VAT refunds li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAT Refunds fuq konferenzi, konvenzjonijiet, seminars, fora, laqgħat u sales events jingħataw f’dawn l-oqsma. 1. Akkomodazzjoni 2. trasport provdut minn/lejn lukanda/airport 3. ikel/xorb meħud fil-lukanda meta jifforma pakkett mal-akkomodazzjoni 4. ikel/xorb meħud waqt il-konferenza etc bħal coffee break/ilma/lunches 5. apparat mikri għal waqt il-konferenza 6. servizzi ta’ sikurezza fil-lukanda u technicians 7. servizzi ta’ hostesses fl-ajruport jew fil-lukanda għal konferenza 8. servizzi ta’ telefonija jew internet 9. kiri ta’ kmamar għal laqgħat 10. servizz ta’ elettriku Matul is-sena 2005 kien hemm 16 –il kumpanija barranija li bbenefikaw minn din il-miżura. L-ammont ta’ refunds li ngħata lil dawn il-kumpaniji kien ta’ Lm55,767.57

Ċensiment Nazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm waqt il-ġbir ta' tagħrif għaċ-ċensiment nazzjonali li sar f'Novembru li għadda kien hemm persuni li ma nstabux u li ma nġabarx it-tagħrif dwarhom? Jista' jgħid kemm ma nstabux persuni, lokalita' b'lokalita', f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Tinda ġewwa Ta' Qali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-MEPA biex it-tinda ppjanata għal Ta' Qali ma taffettwax ħażin ħafna d-dwieli fl-inħawi u l-ispazju liberu għat-tgawdija mill-familji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab informat li bħalissa l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tinsab fil-proċess li jiġi rivedut il-Pjan t'Azzjoni għal Ta' Qali f'dan ir-rigward. Għal dan il-għan l- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet avviż pubbliku għal sottomissjonijiet. Is-sit ta’ tinda temporanja se jkun indirizzat f’dak l-abbozz ta’ pjan rivedut li għad irid joħroġ għall-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Nifhem li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) se tipproponi sit a bażi tal-konsiderazzjonijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant u konsiderazzjoni oħra fil-qafas tal-Pjan sħiħ.