Legislature:
Category:
Reset
Active:

Evażjoni fiskali — Bejgħ ta' karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li jittieħdu passi biex tinqata' l-evażjoni fiskali ta' dawk li qed ibiegħu karozzi second hand illegalment billi sempliċement jipparkjaw karozzzi għall-bejgħ b'mobile number fuqhom f'toroq prominenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-dipartiment kkonċernati diġa qed jieħdu l-passi meħtieġa f’dan ir-rigward.

Naxxar — Triq Sir Harry Luke

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qatt ma tlestiet b'mod diċenti t-Triq Sir Harry Luke f'San Pawl tat-Tarġa, fin-Naxxar, b'detriment għas-saħħa u l-inkonvenjent tar-residenti? Meta se titlesta t-triq kollha minkejja l-ħafna wegħdi li saru li se ssir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Tribunal tal-Konsumatur — Defective DVD

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinstema l-każ bin-numru tar-referenza 2005/12/61 dwar Defective DVD ta' ditta partikolari li isimha qed jintbagħat separatament, quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-każ b'riferenza 2005/12/61, waslet fl-uffiċju tat-Tribunal għall-Konsumatur fit- 22 ta' Frar 2006. Dan il-kaz qigħed in-numru 59, fil-lista tal-każi pendenti u li x'aktarx imissu li jinstema lejn l-aħħar nofs tax-xahar ta' April 2006.

Sigurta' Soċjali — Karta r-roża

Question

Jista' jiġi verifikat jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex intitolata għall-karta r-roża?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata direttament bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Collective agreement

Question

Huwa veru li fl-aħħar collective agreement tal-ħaddiema tal-gvern sar tibdil li min jieħu inqas minn sena parental leave m'għandux dritt jidħol lura fuq bażi full time, iżda għal sena sħiħa jitħallas bl-iskema tar-reduced hours (jiġifieri jagħżel bejn l-iskema ta' erbgħa jew sitt sigħat, li jfisser nofs jew tlett kwarti biss tal-paga? U jekk dan huwa minnu, għaliex dan it-tibdil japplika anke għal dawk li kienu diġa' għamlu t-talba tagħhom għall-parental leave u li bħalissa jinsabu fuq dan il-leave; u allura diġa' ikunu għamlu l-pjani finanzjarji tagħhom? Dan ifisser illi min ma jaffordjax jagħmel sena bla paga u jkollu jidħol lura qabel sena, mhuwiex intitolat jieħu paga sħiħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar collective agreement tal-ħaddiema tal-gvern ma jissemma xejn li min jidħol lura għax-xogħol wara l-parental leave qabel sena, irid jidħol bl-iskema ta’ sigħat imnaqqsa.

MTA — Low cost airlines

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni tal-kabinett dwar il-memorandum imressaq mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu dwar titjiriet bl-ajru bejn Malta u l-bqija tad-dinja, inkluż mil-low cost airlines?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li meta jkun il-waqt, il-gvern jħabbar id-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu.

Air Malta — CEO

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-ħatra tas-CEO ta' l-Air Malta? Jista' jgħid x'rabta ta' xogħol għadha teżisti bejn Mr Funk u l-Air Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ċ-Chief Executive Officer ser jispiċċa mill-impjieg tiegħu ma' l-Air Malta fil-31 ta' Marzu 2006. Il-Board tad-Diretturi ħass li ċ-Chief Executive Officer kellu jibqa' fil-kariga tiegħu sa l-aħħar tas-sena finanzjarja. Il-proċess biex jiġi appuntat Chief Executive Officer ieħor għadu ma ntemmx.

Karozzi Self Drive

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi/karozzi reġistrati bħala self drive bl-ittra K? Kemm hawn vetturi/karozzi iggaraxxjati self drive bl-ittra K? Kemm hawn vetturi/karozzi bil-liċenzja mhux renovate self drive bl-ittra K?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt :- · Vetturi/Karozzi reġistrati bħala self drive bl-ittra K 6,108 · Vetturi / Karozzi ggaraxxjati self drive bl-ittra K 941 · Vetturi/Karozzi bil-liċenzja mhux renovate self drive bl-ittra K 332

Muturi self drive

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn muturi/motor cycles reġistrati bħala self drive bl-ittra K? Kemm hawn muturi/motor cycles garaxxjati self drive bl-ittra K? Kemm hawn muturi/motor cycles bil-liċenzja mhux renovate self drive bl-ittra K?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt :- · Muturi/Motor Cycles reġistrati bħala self drive bl-ittra K 281 · Muturi/Motor Cycles ggaraxxjati self drive bl-ittra K 126 · Muturi/Motor Cycles bil-liċenzja mhux renovate self drive bl-ittra K 63

Uffiċċju għar-regolamentazzjoni aħjar

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex fost ir-regolamenti li se ssir reviżjoni tagħhom mill-uffiċċju għar-regolamentazzjoni aħjar, ikun hemm dawk dwar vetturi tal-baħar li jużaw it-turisti (luzzijiet u dgħajjes li jġorru 24 jew inqas) biex isiru iżjed addattati u kompetittivi meta mqabbla ma' ta' pajjiżi ġirien tagħna flok jibqgħu mmudellati fuq standards Ingliżi, Awstraljani u ta' New Zealand?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #17651 Sitting 365 2006-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Applikazzjoni tal-MEPA P03058/04

Question

Meta l-awtorita' Maltija tat-turiżmu se toħroġ il-permess meħtieġ biex l-applikazzjoni f'Buġibba li ġġib il-permess tal-MEPA P03058/04 jintlaqa' u l-operatur ikun jista' jibda jaħdem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-ħanut tax-xorb Pantheon Bar li jinsab fi Triq il-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar, li għaliha qed jirreferi l-Onor. interpellant ma tistax tkompli tiġi proċessata mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu. Għalkemm l-applikazzjoni biex tinħareġ ġiet sottomessa lill-Awtorita' fit-8 ta' Ottubru tal-2004 l-applikant naqas li jipproduċi d-dokumenti meħtieġa. Il-proċess ikun jista' jitkompla darba l-applikant jissottometti d-dokumenti meħtieġa.

Naxxar — Ipparkjar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx l-awtorizzazzjoni legali meħtieġa għall-iskema u sistema ta' ipparkjar fil-pjazza u t-toroq ta' madwarha fin-Naxxar? Meta saret din l-awtorizzazzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li tali skema kienet ġiet approvata mit-Traffic Control Board f’żewġ fażijiet bid-dati 20 ta’ Lulju 2000 u 22 ta’ Jannar 2001. It-toroq inklużi fl-iskema, skond dawn l-approvazzjonijiet huma: Misraħ tal-Vittorja Triq tal-Labour Triq Il-Kbira Parti minn Vjal il-21 ta’ Settembru Parti minn Misraħ Toni Bajjada

Manikata — Trasport Pubbliku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16572 jista' il-Ministru jgħid x'sabu l-uffiċjali mibgħuta biex jivverifikaw is-servizz tat-trasport pubbliku fil-Manikata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-Enforcement Officers ġew mibgħuta jiċċekjaw is-servizz tal-Manikata għall-perjodu ta’ madwar xhar u sabu li s-servizz kien qed jopera skond l-iskeda. Infatti l-ilmenti li kienu jaslu kienu għall-ewwel vjaġġ kmieni filgħodu liema problema ġiet solvuta.

Tas-Sliema — Berġa

Question

Jikkunsidra l-Ministru li jirrevedi s-sistema ta' tabib bl-appuntament li hemm fil-berġa ta' Tas-Sliema peress li anzjani u persuni morda li jkollhom bżonn urġenti ta' tabib mhux qed jinqdew jekk imorru l-berġa bla appuntament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-introduzzjoni tas-sistema ta’ l-appuntamenti fil-bereġ kienet riżultat ta’ pakkett negozjat ma’ l-Assoċjazzjoni Medika Maltija li wassal għal waqfien ta’ l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-istess union. Ir-raġuni għaliex iddaħħlet din is-sistema kienet sabiex it-tobba jkunu jistgħu iqattgħu aktar ħin meta jeżaminaw lill-pazjenti. Tajjeb li wiehed ifakkar li l-bereġ qatt ma kienu meqjusa bħala l-post fejn wieħed għandu jattendi għall-bżonnijiet urġenti. Bżonnijiet urġenti għandhom jiġu ittrattati fiċ-Ċentri tas-Saħħa. B’dana kollu, jekk ikun hemm pazjent li jmur fil-berġa mingħajr ma jkollu appuntament tingħatalu l-opportunita’ li jistenna sa l-aħħar tas-sezzjoni ta’ l-appuntamenti u jekk ikun fadal ħin it-tabib ikun jista’ jattendi għall-bżonnijiet tiegħu. L-andament tas-sistema ta’ l-appuntamenti tiġi evalwata minn żmien għal żmien u jsiru dawk il-modifikazzjonijiet meqjusa meħtieġa

National Euro Changeover Committee

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tad-direttur eżekuttiv tan-National Euro Changeover Committee?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument mitlub.
Leg 10 PQ #17556 Sitting 364 2006-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm irriżenjaw persuni mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu matul l-2005 u Jannar u Frar 2006? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet għal dawn ir-riżenji?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li rriżenjaw mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu matul 2005 u Jannar u Frar 2006 kien ta' dsatax (19). Ir-raġunijiet għal dawn ir-riżenji kienu kif ġej: Wieħed (1) minn dawn il-persuni laħaq l-eta' tal-pensjoni; Seba' (7) persuni aċċettaw l-offerta li saret lilhom permezz ta' skema ta' riżenja volontarja minħabba r-ristrutturar li sar fl-Awtorita'. Ħdax (11) -il persuna sabu xogħol alternattiv.
Leg 10 PQ #17532 Sitting 363 2006-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Festival Internazzjonali tal-Kori

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-festival internazzjonali tal-kori f'Malta se jsir bejn id-9 u t-13 ta' Novembru? Qatt saret valutazzjoni kemm dan il-festival iġġenera turisti meta ġie organizzat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq infakkar l-Onorevoli interpellant li l-Festival tal-Korijiet dejjem sar fix-xahar ta' Novembru u reġa ġie deċiż li jsir fl-istess xahar għar-raġuni li hija il-politika tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura li fix-xhur tax-xitwa jiġu organizzati attivitajiet li jistgħu jiġeneraw turiżmu lejn pajjiżna. Għall-aħħar festival li sar fl-2004 irriżulta li ġew 330 persuna minn barra. Ta' min jgħid ukoll li din is-sena l-festival se jsir flimkien ma' l-enti internazzjonali Interkultur preċiżament biex iservi bħala attrazzjoni għal aktar turisti.