Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-bankina fit-triq u t-telgħa tax-Xemxija saret wiesgħa ħafna u dejqet it-triq arterjali konsiderevolment? X'se jiġri meta jinġabar ħafna traffiku, kif jiġri spiss, u jkun hemm xi ambulanza , fire engine, karozza tal-pulizija li tkun trid taqbeż il-karozzi f'emerġenza u l-karozzi ma jkollhomx spazju biex iwarbulha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17751 u jgħid xi studji saru mill-ADT dwar il-mina li qed issir taħt il-bini tal-proġett MIDI f'Tigne' u jekk hux se tkun ta' periklu għall-karozzi peress li hija liwja qawwija ħafna? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudji, jekk saru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq kien konsultat dwar l-applikazzjoni għal permess biex isir l-iżvilupp fil-Ponta ta’ Tignè, ix-Xatt ta’ Tignè, tas-Sliema (PA 4291/01) f’Jannar ta’ l-2002. Id-Dipartiment kien wieġeb fil-proċess ta’ konsultazzjoni fis-17 ta’ Mejju 2002, fis-sens li aċċetta l-proposta kif sottomessa mill-iżviluppatur, soġġetta għall-fatt li l-fireproofing, il-ventilazzjoni u d-dwal fil-mina jibqgħu materji ta’ riserva.
Jien infurmat ukoll li saru żewġ studji separati u li kienu preżentati waqt is-smigħ ta’ l-applikazzjoni. L-ewwel rapport sar f’Ġunju ta’ l-2002 mill-konsulenti WS Atkins, bl-isem ta’ Objections to the Tignè Point Proposals, u t-tieni rapport sar minn aoM Partnership f’Awissu 2002 bl-isem ta’ Observations on Objections to Tignè Point Proposals.
Qabel ma' l-ADT ħadet ir-responsabilitajiet li ttiha l-liġi t-Traffic Planning Unit fi ħdan il-MEPA kien ivverifika d-diżinn tat-toroq u t-Traffic Impact Assessements.
Jista' jkun li l-MEPA għamlet studji oħra, sabiex din tkun iggwidata fl-aġġudikazzjoni tal-Mina ta' Tigne', qabel ma nbeda x-xogħol fuq l-istess Mina.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qatt ma ngħata l-għajnuna meħtieġa t-tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jattendi klassi 6 ta' l-iskola primarja ta' Birkirkara, minkejja li saret applikazzjoni għall-għajnuna erba' snin ilu? Tista' tingħatalu din l-għajnuna? F'liema skola sekondarja se jintbagħat x'ħin itemm l-edukazzjoni primarja fi ftit xhur oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm pendenti l-ebda applikazzjoni la riċenti u lanqas li tressqet erba' snin ilu sabiex jiġi konsidrat xi servizz ta' appoġġ speċjali jekk dan hu x'qed jifhem l-Onor. Interpellant b'"għajnuna meħtieġa". Informat ukoll li,għalissa għadu kmieni biex tingħata tweġiba preċiża dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-Enemalta tul is-sena 2005 u bejn Jannar u Marzu 2006 sabet 7,000 arloġġ tad-dawl bis-siġill miksur jew imbagħbas u x'passi ttieħdu dwar dan? Kemm minnhom huma fi djar u kemm fi stabbilimenti kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li bejn is-sena 2005 u Marzu 2006 Enemalta sabet 897 każ ta' siġilli mbagħbsa jew miksura.
Fil-każ ta' siġilli mbagħbsa kien hemm 141 każ Domestiċi, 314 każ ta' Stabbilimenti Kummerċjali u 3 każi ta' Stabbilimenti Industrijali. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella għal aktar dettalji.
Il-Pulizija qiegħda tinvestiga l-każijiet li nstabu fis-sena 2005. Il-każijiet li nstabu fis-sena 2006 qegħdin jiġu mitluba jħallsu l-ammonti dovuti biex b'hekk l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tiġi evitata.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni u x'inhuma l-ħatriet rispettivi tagħhom li jifformaw il-kumitat li jorganizza l-events ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? X'inhuma l-events li organizzaw tul is-sena 2005 u kemm nefqu fuq kull event? X'events se torganizza tul is-sena 2006 u x'se tkun in-nefqa ppjanata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Membri ta’ l-Events Committee ta’ l-Events Division fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma dawn :
Chairman
tal-Kumitat : Is-Sur Anthony Bezzina
Membri : Dott Karl Briffa
Is-Sur Michael Cutugno
Is-Sur Christopher Mifsud
Is-Sur Martin Morana
(Manager Events).
Fl- 2005 l-attivijtajiet li l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta organizzat kienu dawn:
Budget
allokat
Mediterranean Food Festival
Lm 40,000
Malta Fireworks Festival
Lm 65,000
Malta Historic Cities Festival
Lm 65,000
In Guardia
u
Alarme Re-enactments
Lm 33,000
Assistenza lill-Entitajiet oħra għall-
Events
Lm 22,000
Nefqa totali Lm 225,000.
L-events ippjanati għall-2006 huma l-istess bħal ta’ l-2005. In-nefqa totali hija stmata li tkun ta’ Lm 175,000.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm lukandi u ristoranti li qed jieħdu sehem fi skema komuni tal-kumpannija Gozo Channel bħala inċentiv biex iżjed persuni jaqsmu lejn Għawdex? Kif qed taħdem din l-iskema u kif qed tiġi ffinanzjata? X'riżultati tat xahar b'xahar mindu bdiet titħaddem?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17746 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-OPCs (Outside Promotion Contact) li qegħdin ibiegħu t-timeshare f'Buġibba għandhomx il-permessi kollha meħtieġa biex jaħdmu f'pajjiżna?
Kemm għandna OPCs f'pajjiżna li għandhom il-permessi meħtieġa biex jaħdmu hawn u x'nazzjonalita' huma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kull persuna li taħdem bħala OPC ma' xi Marketing Company li tbiegħ it-timeshare, trid ikollha permess maħruġ mill-Awtorita' tat-Turiżmu. Dawk il-barranin li jaħdmu kif imsemmi hawn iridu wkoll jipproduċu l-permess maħruġ mill-ETC. L-Awtorita' tikkonferma li, irrispettivament mill-lokal turistiku, l-OPCs reġistrati magħha kollha għandhom il-permess.
In-numru ta' OPCs reġistrati ma' l-Awtorita' bħalissa huwa ta' sebgħa u tmenin (87). Tlieta u ħamsin minnhom huma barranin. In-nazzjonalita' tagħhom hija klassifikata hawn taħt:
Brittaniċi 38
Bulgari 1
Daniżi 1
Ġermaniżi 2
Irlandiżi 2
Polakki 1
Rumeni 1
Russi 1
Sloveni 2
Sud Afrikani 3
Tuneżini 1
Statementing bord — Każ dwar applikazzjoni ta' tifel
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna se jingħata t-tifel li ismu qed jintbagħat separatament, li saret applikazzjoni għalih quddiem l-istatementing board?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma tirriżulta l-ebda applikazzjoni tat-tifel konċernat quddiem l-iStatementing Board.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-gvern jaħdmu ma' l-Environmental Landscape Consortium? F'liema gradi jaħdmu? Jista' jgħid x'charges ingħataw il-ħaddiema tul is-sena 2005 u għal liema raġunijiet ingħataw dawn iċ-charges? Jista' jivverifika jekk hux il-każ li hemm Ingliż ma' dan il-consortium li qed jitratta ħażin lil dawn l-impjegati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li hemm 231 impjegati tal-gvern jaħdmu ma' l-Environmental Landscape Consortium, dawn huma kif jidher fit-tabella hawn taħt :
Agricultural Foreman
4
Assistant Agricultural Foreman
1
Assistant Foreman
4
Assistant Technical Officer
1
Gardener
54
General Hand
103
Health Attendant B
4
Heavy Plant Driver
17
Hospital Auxiliary
1
Labourer
14
Motor Transport Driver
3
Operative
9
Senior Agricultural Foreman
2
Senior Operative
2
Senior Technician
1
Senior Tradesman
6
Supervisor
1
Timekeeper
4
231
Fis-sena 2005 kien hemm għaxar (10) każi ta’ proċeduri ta’ dixxiplina skond Regolament 18 tar-Regolamenti tad-Dixxiplina 1999 (Proċedura ta’ Dixxiplina) fuq:
(a) Diżubbidjenza;
(b) Negliġenza fit-twettieq tad-dmirijiet;
(c) Nuqqas ta’ osservanza jew ubbidjenza tar-regoli;
(d) Simulazzjoni ta’ mard;
Kien hemm 64 każ ta’proċeduri ta’ dixxiplina skond Regolament 19 tar-Regolamenti tad-Dixxiplina 1999 (Proċedura ta’ Dixxiplina). Ħamsa (5) minn dawn il-każi ġew mwaqqfa għaliex l-individwi eskulpaw ruħhom. L-akkużi kienu fuq:
(a) Nuqqas ta’ osservanza jew ubbidjenza tar-regoli;
(b) Assenza minn fuq il-post tax-xogħol mingħajr permess;
(c) Tnikkir fuq ix-xogħol;
(d) Simulazzjoni ta’ mard;
(e) Negliġenza fit-twittiq tax-xogħol;
Fis-sena 2005 kien hemm ħmistax (15) il-każ ta’ proċedura ta’ dixxiplina skond Regolament 20(2) tar-Regolamenti tad-Dixxiplina 1999 (Proċedura ta’ Dixxiplina). Sitta (6) minn dawn ma nstabux ħatja ta’ l-akkuża miġjuba kontrihom, zewġ (2) każi ġew mwaqqfa għaliex l-individwi skolpew ruħhom, tnejn (2) laħħqu għaddew Bord Mediku qabel ma ingħalaq il-każ tagħhom, u ħamsa (5) nstabu ħatja. L-akkużi kienu jinkludu:
(a) Nuqqas ta’ osservanza jew ubbidjenza tar-regoli;
(b) Simulazzjoni ta’ mard;
(c) Tnikkir fuq ix-xogħol;
(d) Assenza minn fuq il-post tax-xogħol mingħajr permess;
(e) Tbagħbis jew użu hażin ta’ karti u records ta’ l-attendenza
Ma naf bl-ebda każ ta' trattament ħażin ta’ impjegati. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b'xi każ, nitolbu jagħtini l-informazzjoni.
Jirriżulta li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tikkonsidra li hawn madwar 20,000 arloġġ ta' l-ilma li ma jaħdmux sew għand il-konsumaturi? X'tip ta' konsumaturi huma dawn: domestiċi jew kummerċjali? Kemm f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma jirriżultax li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha 20,000 arloġġ ta' l-ilma li ma jaħdmux sew, kif allega l-Onor. Interpellant.
Jista' il-gvern jagħmel ix-xogħol ta' manutenzjoni u tiswijiet meħtieġa fi djar tal-gvern fi Triq William H Prescott, San Ġiljan għax ix-xogħol li sar fuqhom sar minn ġewwa biss u huwa għalxejn għax l-ilma jibqa' dieħel mill-ħsarat li hemm minn barra u fuq il-bjut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jispezzjona l-post indikat u jivverifika x’hemm bżonn isir biex jindirizza l-problema.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm każi li l-Qorti ta' l-Appell bagħtet lura għand il-MEPA għal deċiżjoni? Kemm ilhom pendenti dawn il-każi? Meta se jinqatgħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’Seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17649 u jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex fost ir-regolamenti li se ssir reviżjoni tagħhom mill-uffiċċju għar-regolamentazzjoni aħjar, ikun hemm dawk dwar vetturi tal-baħar li jużaw it-turisti (luzzijiet u dgħajjes li jġorru 24 jew inqas) biex isiru iżjed addattati u kompetittivi meta mqabbla ma' ta' pajjiżi ġirien tagħna flok jibqgħu mmudellati fuq standards Ingliżi, Awstraljani u ta' New Zealand?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant, l-uffiċċju għar-regolamentazzjoni aħjar, ħa nota tal-mistoqsija u għaddiha lill-Ministri kkonċernat. Il-proposta ħa tiġi kkunsidrata mal-kumplament tal-proposti li l-uffiċċju qiegħed jirċievi.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li ssir xi mina taħt l-art għal triq fl-inħawi tal-Manikata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex isir titjib tat-Trans European Network sar studju biex jiddentifikaw fejn jeżistu il-problemi tat-traffiku tul din ir-rotta. Huwa magħruf u ġie ikkonfermat illi it-telgħa tax-Xemxija sal-Mellieħa għandha numri ta' problemi u ma hemm ebda lok għal estenzjoni ta' triq eżistenti, għalhekk ġew studjati alternattivi differenti. L-Aħjar proposta li ġiet rakkomandata mill-konsulenti Franċiżi, BCEOM, kienet li tinbena triq ġdida li tgħaqqad il-Mellieħa max-Xemxija.. Nhar il-ħamis 30 ta' Marzu 2006, saret il-laqgħa konsultazzjoni pubblika fuq dawn il-proposti mar-residenti li jistgħu jkunu effetwati mill-proposti. Waqt din il-laqgħa għamilt commitment li terġa tkun eżaminata l-proposta.
Peress li għadd ta' bdiewa fil-Pwales jinsabu inkwetati li se jitħarbtilhom l-ilma ta' taħt l-art li hemm fl-inħawi jekk isiru mina għal triq fil-Manikata u mina għad-drenaġġ, jista' iserħilhom rashom li m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru dawn il-mini fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal żewġ mini, nitolbu jkun iżjed speċifiku pero' ninfurmah li fl-inħawi tal-Pwales mhix se ssir l-ebda mina tad-drenaġġ kif diġa' weġibt għall-mistoqsija Nru: 18005.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li ssir xi mina għad-drenaġġ fl-inħawi tal-Pwales peress li dan qiegħed iħasseb lill-bdiewa dwar li jitħarbtilhom l-ilma ta' taħt l-art?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru: 18005.
Peress li qed jasluli ħafna lmenti li lecturer tal-chemistry fl-MCAST, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jonqos minn dmirijietu bħala edukatur, jistgħu jittieħdu passi biex jibda jagħmel dmirijietu għax mhux sew li l-istudenti tiegħu mhux qed jagħtihom l-edukazzjoni li għandhom bżonn?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser nara l-każ jiġi investigat u jttieħdu l-passi li jirriżulta li hemm bżonn.
Tista' il-Ministru tgħid jekk id-dħul li jifdal wara l-ħlas tat-taxxa hux ser jiġi kkalkolat bħala dħul ieħor għall-pensjonanti li jżommu studenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż?
B'liema mod se jaffettwa l-benefiċċji soċjali tal-pensjonanti dan id-dħul mill-istudenti barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Persuni bejn l-eta’ tal-pensjoni (60 sena fil-każ ta’ mara u 61 fil-każ ta’ raġel) u 65 sena, ma jkollomx dritt għall-pensjoni kontributorja jekk ikollhom dħul minn attivita ekonomika, kemm jekk bħala mpjegati kif ukoll bħala persuni li jaħdmu għal rashom, li d-dħul nett minnha jeċċedi l-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali.
Fil-każ ta’ pensjonijiet u benefiċċji mhux kontributorji, kull dħul jew privileġġ tal-persuna, ġej minn fejn ġej, jiġi kkalkulat għat-test tal-mezzi biex jiġi determinat jekk il-persuna konċernata jkolliex dritt għal din il-kategorija ta’ pensjonijiet u benefiċċji.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 17531 u 17741 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17251, jgħid x'passi se jittieħdu biex il-wied li jinżel bix-xita ma jibqax joħloq għargħar u problemi għal ċerti nħawi fil-Gżira?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret inkjesta maġisterjali rigward ħsara fi Triq Ġuże Miceli li ġrat f'Diċembru 2005. Il-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta għad iridu jiġu stabbiliti.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — Skejjel li jgħallmu l-Ingliż
Question
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17683 u jgħid kemm hemm familji li l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin għaddew tagħrif dwarhom lid-dipartiment tat-taxxi interni dwar dħul ġej mill-istudenti li jżommu għandhom?
Għal-liema snin għaddew dan it-tagħrif? B'liema rata ta' taxxa se jiġu ntaxxati l-familji? Ġie meqjus x'impatt se jkollu dan kollu fuq settur tant importanti f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi n-numru ta’ familji li dwarhom id-dipartiment tat-taxxi interni wassallu tagħrif mill-iskejjel huwa medja ta’ 1,700. Qed ngħid ‘medja’ minħabba l-fatt li n-numru ma kienx l-istess għal kull sena. It-tagħrif ingħadda għas-snin bażi 2002, 2003 u 2004.
Il-mod kif dan id-dħul se jkun intaxxat se jiġi komunikat fil-ġranet li ġejjin.
Kien propju għax ġie kkunsidrat l-impatt tat-tassazzjoni fuq dan is-settur li wara diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-familji involuti, ġie deċiż li jkun hemm trattament speċjali u speċifiku għalih.