Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 18113 u 18537 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-bankina fit-triq u t-telgħa tax-Xemxija saret wiesgħa ħafna u dejqet it-triq arterjali konsiderevolment? X'se jiġri meta jinġabar ħafna traffiku, kif jiġri spiss, u jkun hemm xi ambulanza , fire engine, karozza tal-pulizija li tkun trid taqbeż il-karozzi f'emerġenza u l-karozzi ma jkollhomx spazju biex iwarbulha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Mir-riċerka li saret mill-Awtorita' dwar it-Trasprot, irriżulta li t-Telgħa tax-Xemxija minn dejjem kienet bħala karreġġjata waħda single-lane all-purpose road, b’wesgħat differenti u parkeġġ diżorganizzat fuq in-naħa tal-bini u l-layout oriġinali ma pprovditx għal bankini adegwati f’ċerti partijiet ta’ triq.
L-applikazzjoni tal-permess tal-iżvilupp PA 06394/01 ġiet approvata mill-MEPA wara konsultazzjoni mall-ADT fejn id-diżinn approvat jikkonsisti f’ karreġġjata ta' 7.5 metri li jikkonforma mar-regolameti maħruġa mill-ADT.
Għall-raġunijiet ta’ sigurta u biex jittejjbu l-bankini u jiżdied il-parkeġġ, dan ġie man-naħa tal-promenade b’bankina kontinwa u faċilitajiet ta’ qsim ta' pedestrians. Karreġġjata ta’ 7.5 metri hija kkunsidrata bħala qies standard għall-all-purpose road.
Din il-wesgħa tippermetti li vettura tal-emerġenza b’wesgħa ta’ 2.5 metri tgħaddi bla periklu minn bejn it-traffiku.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Sureste hijiex tingħata somma flus kull xahar bħala xi forma jew oħra ta' għajnuna biex topera bejn Malta u Għawdex bil-helicopter? Jekk iva, jista' jgħid kemm tammonta din l-għajnuna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Gvern ma jagħti l-ebda għotja ta' flus lill-kumpanija li tħaddem is-servizz bl-ajru bejn Malta u Ghawdex.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm assistenti ġudizzjarji fuq bażi part-time u fuq bażi full-time?
Min huma l-assistenti ġudizzjarji fuq bażi part-time u fuq bażi full-time?
X'inhu s-salarju ta' kull wieħed u waħda minnhom?
Hemm bżonn ta' iktar assistenti ġudizzjari fi ħdan il-qrati tal-ġustizzja ta' Malta?
X'inhu l-ħsieb jew il-pjan tal-gvern rigward l-impjieg ta' l-assistenti ġudizzjari part-time u jekk hux se jerġa' iġeddilhom il-kuntratt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Qorti Ċivili (Malta)
Fil-preżent hemm 9 Assistenti Ġudizzjarji fuq bażi Part-time u 14 fuq bażi Full-time;
Assistenti Ġudizzjari fuq bażi Part-Time huma:
Drs. Anthony Ellul, Audrey Demicoli, Veronica Galea Debono, Deborah Farrugia, Joseph Fenech Adami, Marse-Ann Farrugia, Ian Spiteri Bailey, Tania Sammut Catania, Anna Mifsud Bonnici.
Assistenti Ġudizzjarji fuq bażi Full-Time huma:
Drs. Kenneth Gulia, Paul Caruana Curran, Maria Dolores Gauci, Monica Borg Galea, Emanuel Buttigieg, Anna Caruana, Mariella Schembri Gonzi, Josette Demicoli, Yvette Cassar, Elena Naudi Depasquale, Claudine Mercieca Galea, Maria Pia Micallef, Natasha Buontempo, Mandy Jane Carabott.
Is-salarju tal-Assistenti Ġudizzjarji Part-Time huwa Lm2,400 fis sena.
Is-salarju tal-Assistenti Ġudizzjarji Full-Time huwa kif ġej:
Drs. Kenneth Gulia, Paul Caruana Curran, Maria Dolores Gauci, Monica Borg Galea, Emanuel Buttigieg, Anna Caruana, Mariella Schembri Gonzi, Josette Demicoli, Yvette Cassar għandhom salarju ta’ Lm7,560 fis-sena, filwaqt li,Drs. Elena Naudi Depasquale u Claudine Mercieca Galea għandhom salarju ta’ Lm 6,933 fis-sena u Drs. Maria Pia Micallef, Natasha Buontempo u Mandy Jane Carabott għandhom salarju ta’ Lm 6,306 fis-sena. Id-differenza fis-salarji ta’ dawn l-Assistenti Ġudizzjarji Full-Time hija id-differenza fl-iskali tas-salarju.
Hemm numru ta' drabi meta jkun hemm bżonn aktar Assistenti Ġudizzjarji fi ħdan il-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta u jsiru sejħiet għal dan il-għan..
L-Assistenti Ġudizzjarji Part-Time huma Avukati ta’ ċertu esperjenza u għaliex huma fuq bażi part-time huma jistgħu jibqgħu jeżertiċaw il-professjoni tagħhom ta’ Avukat u għalhekk huma midħla tal-proċeduri tal-Qrati aktar mill-Assistenti Ġudizzjarji Full-Time li xogħolhom huwa iktar impenjattiv.
Il-ħsieb huwa lill-kuntratti tal-Assistenti Ġudizzjarji part-time jiġu mġedda wara li jinkiseb clearance mill-Management and Personnel Office.
Qorti ta' Għawdex
Fil-Qorti ta' Għawdex hemm assistent ġudizzjarju wieħed, Dr Aaron Attard-Hili, li huwa fuq bażi full-time.
Is-salarju bażiku tiegħu jammonta għal Lm517.23 kull erba' ġimgħat.
Qed jiġi kkunsidrat l-impjieg ta' assistent ġudizzjarju ieħor, fuq bażi part-time.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17954 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-prezzijiet li setgħet tixtri bihom kuljum (Platts prices) l-Enemalta l-fuel oil u gas oil għax-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2005 u Jannar 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18113 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-bankina fit-triq u t-telgħa tax-Xemxija saret wiesgħa ħafna u dejqet it-triq arterjali konsiderevolment? X'se jiġri meta jinġabar ħafna traffiku, kif jiġri spiss, u jkun hemm xi ambulanza , fire engine, karozza tal-pulizija li tkun trid taqbeż il-karozzi f'emerġenza u l-karozzi ma jkollhomx spazju biex iwarbulha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex isir il-portal nazzjonali għall-marketing u l-bejgħ on line ta' faċilitajiet turistiċi fil-gżejjer Maltin? Kif se jkun iddisinjat dan il-portal? Kemm se jkun interattiv ma' l-operaturi turistiċi lokali? Meta ser jkun lest?
Minn mindu tħabbret skema ta' għajnuna biex low cost airlines joperaw fuq ċerti rotot lejn Malta fix-xitwa, jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u minn min u b'liema riżultati biex low cost airlines jibdew joperaw minn u lejn Malta?
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus l-organizzaturi li ġabu lill-kantant Elton John f'Malta minn xi struttura jew oħra li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru, taħt xi nefqa jew oħra, b'isem jew ieħor?
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk id-dħul mill-istudenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż hux se jkun komputat b'mod li jista' jaffettwa r-rata tat-taxxa tad-dħul li wieħed jinqabad?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-mod kif ikun komputat id-dħul – ħlief meta jkun jaqa’ taħt is-sistema tal-final withholding tax – jaffettwa r-rata tat-taxxa tad-dħul li wieħed jidħol fiha.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex fix-xogħol li qed isir fl-inħawi ta' Ħammut fil-Magħtab għall-iskart ma jinqerdux u jindifnu taħt it-terrapien madwar 50 ħarruba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mhuwiex il-ħsieb tal-kumpanija WasteServ Malta Ltd li dik il-parti li qed isemmi l-Onor. Interpellant tiġi mmaniġġjata għad-depożitu ta' l-iskart u għalhekk dawk is-siġar mhumiex ser jiġu mirduma.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk persuna li ma taħdimx iżda li f'darha żżomm studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż hux se jkollha tibda tħallas l-assigurazzjoni nazzjonali? Fil-każ li iva, kemm se tkun il-kontribuzzjoni dovuta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318), persuna li jkollha qliegħ ta’ aktar minn Lm390 fis-sena minn xi attivita’, hija kkunsidrata li hija persuna li taħdem għaliha nnifisha (self occupied) u tkun obbligata li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali.
Ir-rata tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta’ Soċjali dovuta matul is-sena minn persuna li taħdem għaliha nnifisha tiddependi mill-qliegħ nett ta’ dik il-persuna fis-sena ta’ qabel, kif stabbilit fit-Tielet Parti ta’ l-Għaxar Skeda ta’ l-imsemmi Att.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stat wasal il-ftehim bejn ir-residenti li daħlu lura fid-djar f'Tigne' wara li kienu marru jgħixu x'imkien ieħor minħabba l-proġett ta' Tigne'? Meta se jitħallsu l-flus imwiegħda lilhom? Liema partijiet tal-bini tagħhom qed jitqiesu kondominju li jridu jieħdu ħsieb?
Response (BORG, TONIO)
Peress il-ftehim tal-kirja jikkonċerna iżjed lid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u lill-Awtorita' tad-Djar, l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il tribunal jeżisti fi ħdan il-qrati tal-ġustizzja ta' Malta u x'inhi l-kompetenza ta' kull wieħed minnhom?
Min huma l-ġudikanti/chairmen tat-tribunali varji fi ħdan il-qrati tal-ġustizzja ta' Malta?
Kif jiġu maħtura dawn il-ġudikanti/chairmen u għal kemm perijodu ta' żmien?
X'kienet ir-remunerazzjoni għax-xogħol tagħhom, ta' kull wieħed minnhom, fis-sena 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent fi ħdan il-Qrati tal-Ġustizzja jeżistu tlett tipi ta’ tribunali. Dawn huma Tribunal għat-Talbiet Żgħar li l-kompetenza tiegħu hija li jara talbiet sa mhux aktar minn Lm1,500; Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar Qsim ta’ Wirt li l-kompetenza tiegħu hija li jaraw id-dritt ta’ Wirt u it-Tribunal għal Kummissarju għall-Ġustizzja li l-kompetenza tiegħu hija li tiġġudika dawk ir-reati mniżżla fl-Iskeda u mressaq mill-Gwardjani Lokali.
Il-ġudikanti/chairmen tat-Tribunal għat-Talbiet Żgħar huma kif ġej:
(a) Dr Joseph Refalo
(b) Dr Joseph Bonnici
(c) Dr Philip Manduca
(d) Dr Peter Borg Costanzi
(e) Dr Ian Spiteri Bailey
(f) Dr Doreen Clarke
(g) Dr Raphael Fenech Adami
Il-ġudikanti/Chairmen għal Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-Qsiim tal-Wirt huma kif ġej:
(a) Dr Victor Borg Grech
(b) Dr Dominic Cassar
(c) Dr Pierre Lofaro
Il-ġudikanti/Chairmen għal Tribunal dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja huma kif ġej:
(a) Dr Audrey Demicoli
(b) Dr Robert Mangion
(c) Dr Anthony Farrugia Sacco
(d) Dr Roberta Fenech Gauci
(e) Dr Louis Vella
(f) Dr Matthew Brincat
(g) Dr Deborah Farrugia
(h) Dr Noel Bartolo
(i) Dr Mario Scerri
Il-ġudikanti/chairmen għal Tribunal tat-Talbiet iż-Żgħar jiġu maħtura mill-President ta’ Malta fuq il-parir tal-Prim Ministru skond Kap 380 ta’ Liġi ta’ Malta għal perjodu ta’ ħames snin.
Il-ġudikanti/chairmen għal Tribunal dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja jiġu maħtura mill-President ta’ Malta fuq il-parir tal-Prim Ministru skond l-Artikolu 4 Kap 291 tal-Liġi ta’ Mala għal perjodu ta’ sentejn.
Il-ġudikanti/chairmen għal Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-qsim ta’ Wirt jiġu maħtura mill-President ta’ Malta fuq il-parir tal-Prim Ministru skond l-Artikolu 5 Kap 308 tal-Liġi ta’ Malta għal perjodu ta’ tliet snin.
Ir-remunerazzjoni għax-xoghol ta’ dawn il-ġudikanti/chairmen fis-snin imemmija hija kif ġej:
Tribunal Għal Talbiet Żgħar
Name2000
Lm2001
Lm2002
Lm2003
Lm2004
Lm2005
Lm
Dr Joseph Refalo3003.22470.66901.5542525072.74380.10
Dr Joseph Bonnici-2003550247527252250
Dr Philip Manduca-1402735287528002600
Dr Peter Borg Costanzi----29253375
Dr Ian Spiteri Bailey-----750
Dr Doreen Clarke-----425
Dr Raphael Fenech
Adami-----925
Tribunal dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja
Name2000
Lm2001
Lm2002
Lm2003
Lm2004
Lm2005
Lm
Dr Robert Mangion-678591758000500022225
Dr Anthony Farrugia Sacco4201475305058791125010775
Dr Louis Vella64525754650265026507175
Dr Matthew Brincat-610090506750637512025
Dr Deborah Farrugia-20504100445023506300
Dr Ramon Rossignaud420452562505475495011200
Dr Noel Bartolo-----1275
Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-Qsim ta’ OIRT
Rigward ir-remunerazzjoni ta’ l-Arbitru dwar il-qsim ta’wirt, din tinħadem skond it-tariffa (e) Para 44(a) ta’ Kap 291, jiġifieri bħal dik ta’ Perit Legali. Ma tingħata l-ebda remunerazzjoni mill-Gvern għaliex il-ħlas isir mill-partijiet involuti.
Qorti ta’ Għawdex
L-uniku Tribunal li għandna fil-Qorti ta’ Għawdex huwa t-Tribunal għal Talbiet Żgħar, u għandu l-ġurisdizzjoni biex jisma’ u jaqta’ biss it-talbiet kollha ta’ flus ta’ ammont ta’ mhux iżjed minn Lm1,500.
Il-Ġudikatur jinħatar mill-President li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru, u dana minn fost avukati li jkunu pprattikaw f’Malta għal perjodu jew perjodi li b’kollox jammontaw għal mhux inqas minn seba’ snin. Dan skond l-Art. 4 tal-Kap. 380 tal-Liġijiet ta’ Malta
Billi l-ġudikatur preżenti Dr Mario Scerri għadu kif inħatar, għadu ma tħallas xejn.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tal-bord ta' l-arbitraġġ?
Kemm hemm arbitri fi ħdan dan il-bord u min huma?
Kif jiġu maħtura dawn l-arbitri u għal kemm perijodu ta' żmien?
X'kienet ir-remunerazzjoni għax-xogħol tagħhom, ta' kull wieħed minnhom, fis-snin 2004 u 2005?
Response (BORG, TONIO)
Il-funzjoni tal-Bord ta' l-Arbitraġġ skond Artiklu 4(1) ta' l-Att ta' l-Arbitraġġ hija "li jkun responsabbli għall-politika u għall-amministrazzjoni ġenerali ta' l-affarijiet u x-xogħol taċ-Ċentru".
L-ebda membru tal-Bord taċ-Ċentru ta' l-Arbitraġġ ma huwa arbitru.
L-Arbitri ġeneralment jinħatru mill-partijiet u dawn huma liberi li jaħtru lil min iridu basta dawn ikunu nies indipendenti u imparzjali fil-kawża. Iżda ċ-Ċentru għandu panels ta' arbitri għal diversi materji. Biex wieħed isir membru ta' dawn il-panels jeħtieġ li jkollu mhux inqas minn 7 snin esperjenza professjonali (5 jekk ikollu kwalifika post-graduate) u taħriġ fl-arbitraġġ. Persuni li kellhom esperjenza ta' ġudikanti għal mhux anqas minn 3 snin u dawk b'esperjenza professjonali ta' 12-il sena jew aktar u li kienu servew bħala periti legali (court appointed referees) għal mhux anqas minn 3 snin jiġu inklużi fil-panels mingħajr il-ħtieġa ta' taħriġ.
L-Arbitri fuq il-panels ma jinħatrux għal xi perjodu speċifiku iżda huma mistennija u mħeġġa biex jattendu korsijiet ta' taħriġ li jsiru miċ-Ċentru u anke jistgħu jitneħħew minn fuq il-panels jekk il-Bord jidhirlu li l-"performance" tagħhom ma tkunx sodisfaċenti.
L-arbitri jitħallsu mill-partijiet u mhux miċ-Ċentru.
Peress li qed ninnota li regolarment il-Ministru qed jipposponi li jwieġeb id-domandi parlamentari billi jgħid li jwieġeb f'seduta oħra, jista' jgħidli meta beħsiebu jibda jwieġeb dawn il-mistoqsijiet tiegħi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jirriżulta li minn Ottubru 2005 sal-lum saruli 29 interpellanza mill-Onorevoli Bartolo li kellhom jiġu mwieġba sas-seduta tal-lum. Minn dawn għad hemm interpellanza waħda pendenti.
Il-mistoqsijiet li ma nweġibx mill-ewwel, ħafna drabi jkunu jinvolvu ġbir ta' statistika. Dan it-tip ta' mistoqsijiet jieħdu ħafna ħin sabiex tinġabar l-informazzjoni u tiġi ċċekkjata. Għalhekk, kemm mistoqsija parlamentari titwieġeb minnufih mhux dejjem fil-kontroll tiegħi bħala Ministeru.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17796 u jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq mal-GRTU dwar host families li jżommu magħhom studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-materja li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant mhix materja li fuqha jiġi iffirmat xi ftehim formali, imma qbil fil-prinċipji maqbula mal-GRTU u li ġew imħabbra mill-istess għaqda, ser jiġu riflessi f’Avviż Legali li ser joħroġ fil-jiem li ġejjin.
Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17649 u 17878 u jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex fost ir-regolamenti li se ssir reviżjoni tagħhom mill-uffiċċju għar-regolamentazzjoni aħjar, ikun hemm dawk dwar vetturi tal-baħar li jużaw it-turisti (luzzijiet u dgħajjes li jġorru 24 jew inqas) biex isiru iżjed addattati u kompetittivi meta mqabbla ma' ta' pajjiżi ġirien tagħna flok jibqgħu mmudellati fuq standards Ingliżi, Awstraljani u ta' New Zealand?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 17878 dwar l-istess suġġett.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema peripatetiċi fil-qasam tal-mużika fl-iskejjel statali? Kemm hemm minnhom li se jirtiraw sa Ġunju li ġej? X'passi se jittieħdu biex jimtlew il-postijiet battala, meta u kif se jimtlew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' għalliema peripatetiċi fil-qasam tal-mużika huwa tmienja f'Malta u tlieta f'Għawdex. Hemm tnejn oħra li jgħallmu l-mużika u huma activity teachers.
Ser issir talba mid-Dipartiment tal-Kurrikulu biex jiżdiedu l-għalliema peripatetiċi fil-Mużika biex f'Settembru jibdew jgħallmu.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17887, it-tagħrif mitlub mhux ir-responsabbilta' tad-Dipartiment ta' l-Artijiet li jaqa' taħtu? Jista' jagħtina t-tagħrif mitlub?
Response (BORG, TONIO)
It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern m'għandiex informazzjoni dwar min huma s-sidien ta' proprjeta' privata la f'Buġibba u lanqas bnadi oħra. It-Taqsima żżomm biss informazzjoni dwar proprjeta' li hija tal-Gvern u proprjeta' privata li tkun suġġetta għall-esprorpju.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jħallas il-kuntrattur li qed jieħu l-blat li qed jaqta' mill-inħawi taż-Żwejra għall-engineered landfill li se jsir fl-inħawi tal-Magħtab?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li dan il-bejgħ ta' blat sar permezz ta' tender li għandha rakkomandazzjoni li dan jinbiegħ bir-rata ta' Lm1.53, VAT inkluża.