Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa — Bejjiegħa tal-Ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19079 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm bejjiegħa tal-ħaxix bit-trakk bil-permessi meħtieġa biex ibigħu fit-triq ewlenija ta' l-Għadira, Mellieħa? F'liema postijiet huma awtorizzati li jbigħu minnhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-diviżjoni tal-Kummerċ toħroġ liċenzji ta' street hawkers lil dawk l-individwi li japplikaw għal din it-tip ta' liċenzja. Id-Diviżjoni iżda, ma torbot qatt lil bejjiegħ, sabiex jiġġestixxi l-attivita' kummerċjali tiegħu minn xi lokalita' partikolari.

Gżira — Triq Reġjonali

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18043, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi u hemmx ippjanat xi xogħol biex tissolva l-problema ta' l-għargħar fl-inħawi msemmija fil-Gżira?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Junior Lyceum Sir Adrian Dingli

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ddeċidiet li tneħħi l-ispazji fil-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli li kienu jintużaw b'mod tajjeb għal skopijiet edukattivi? Għaliex id-diviżjoni qed tinjora lit-tmexxija ta' l-iskola, il-kunsill ta' l-iskola u x-xewqa ta' l-istudenti u l-ġenituri f'deċiżjoni bħal din?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li għadni qed niġbor l-informazzjoni mitluba tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MEPA — Każi quddiem il-qorti ta' l-Appell

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18112 u jgħid kemm hemm każi li l-Qorti ta' l-Appell bagħtet lura għand il-MEPA għal deċiżjoni? Kemm ilhom pendenti dawn il-każi? Meta se jinqatgħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Numru totali ta' appelli mibgħuta lura mill-Qorti u riferuti lill-Bord ta' l-Appell - 41 każ Numru totali ta' appelli deċiżi mill-Bord ta' l-Appell - 28 każ Numru totali ta' appelli diferiti sine die mill-Bord ta' l-Appell (minħabba li qed jistennew l-eżitu tal-Local Plans) - 2 każi Numru totali ta' appelli diferiti għal deċiżjoni mill-Bord ta' l-Appell (Il-Bord jiddeċiedi meta ser tingħata tali deċiżjoni) - 2 każi Numru totali ta' appelli diferiti għal seduta mill-Bord ta' l-Appell - 8 każi Appell ritornat lill-Qorti għal ritrattazzjoni - 1 każ

Gżira — Triq Luqa Briffa

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq Luqa Briffa, Gżira, li ilha maqlugħa u mħarbta s-snin b'detriment għal kulmin jużaha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tlesta l-aġġudikazzjoni tat-tender u x-xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.

Familji li jżommu studenti barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu l-avviżi legali ġodda dwar il-kondizzjonijiet fiskali dwar familji u persuni li jżommu magħhom studenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż fostna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċeduri kollha biex jiġi ppubblikat l-avviz legali huma mistennija li jkunu finaliżżati lejn l-aħħar tax-xahar.
Leg 10 PQ #19519 Sitting 395 2006-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Eurovision Song Festival

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19368 u 19421 u jgħid kemm ġie jiswa l-festival fejn intagħżlet il-kanzunetta Maltija għall-Eurovision 2006? Kemm nefaq il- kumitat li jmexxi dan il-festival fl-aħħar sena? Fuq xiex saru n-nefqiet ta' dan il-kumitat? Kemm swiet b'kollox il-parteċipazzjoni Maltija fil-Eurovision 2006? F'kemm pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-Eurovision 2006? Kemm swiet din il-promozzjoni? Min siefer biex jagħmel din il-promozzjoni u kemm intnefaq fuq is-safar? Kemm swew il-persuni barranin li akkumpanjaw lill-kantant Malti waqt il-kanzunetta tiegħu fil-Eurovision 2006? Kemm telgħu persuni jakkumpanjaw lill-kantant Malti għall-Eurovision 2006 f'Ateni? Kemm swiet l-akkomodazzjoni u l-ispiża tas-safar u nefqiet oħra f'Ateni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella (A) li turi l-infieq u d-dħul marbut mal-Festival Kanzunetta Maltija għall-Europa u l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-festival tal-Eurvision. Qed inqiegħed ukoll tabella (B) bl-informazzjoni dwar fejn saret il-promozzjoni. Kien hemm tnax-il persuna jakkompanjaw il-kantant Malti f’Ateni u n-nefqa globali kienet tammonta għal Lm11,892.50.

Mina fil-Manikata

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19426 u jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġi studjat l-impatt tal-mina fil-Manikata fuq l-għejjun ta' l-ilma ġieri fl-inħawi, żvilupp li qed jinkwieta ħafna lill-bdiewa tal-Manikata u l-Pwales?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ Dwar it-Trasport għadha kif temmet perijodu ta’ konsultazzjoni dwar it-tlettax-il proġett proposti għat-titjib ta’ Network ta’ toroq li jiffurmaw parti mill-Trans- European Transport Network. Wara diversi laqgħat ma' dawk kollha nvoluti, l-ADT qegħda terġa’ teżamina rotta oħra għat-triq li tghaqqad ix-Xemxija mal-Mellieħa. L-ADT qegħda taħdem fil-qrib mal-MEPA u entitajiet oħra sabiex tiġi stabbilita dik ir-rotta li tikkawża l-inqas impatt ambjentali possibli. Hekk kif tiġi finaliżżata dik il-proposta l-ADT ser terġa’ tagħmel konsultazzjoni pubblika fuq din il-proposta. Studji ambjentali u ġeoloġiċi iktar dettaljati ser isiru fuq ir-rotta li ser tiġi magħżula wara l-perijodu ta’ konsultazzjoni fuq dan il-proġett.

Lands — Art pubblika f'Tas-Sliema

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-artijiet biegħx b'xi mod jew ieħor, jew ħareġ għall-bejgħ art pubblika fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema? Meta sar dan il-bejgħ jekk sar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma biegħet l-ebda art pubblika fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema.

Tas-Sliema — Pjazza Sant'Anna

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta li turi fejn għad hemm art pubblika fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi dik l-art fi Pjazza Sant'Anna f'Tas-Sliema li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern hija proprjeta' tal-Gvern.
Leg 10 PQ #19549 Sitting 395 2006-06-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Eurovision song Festival

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19422 u jgħid f'liema pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-Eurovision 2006? F'kull pajjiż minn dawn kif saret il-promozzjoni ? Liema stazzonijiet ta' radju u ġurnali ġew kkuntattjati waqt dawn il-promozzjonijiet u xi preżenza fil-media ġiet miksuba f'kull każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onot interpellant.

Lukandi — Kontijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Jannar sa l-aħħar ta' Mejju kemm lukandi f'Malta u f'Għawdex intalbu jħallsu l-kontijiet għall-konsum f'xi perijodu matul is-sena 2006 jew ġew imwissija li jaqtgħulhom is-servizz? Għal liema perijodu tas-sena 2006 ġew ordnati jħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qed isaqsi għal- konsum tad-dawl/ilma. Jien infurmat li kull lukanda tiġi mitluba tħallas l-kont tagħha fi żmien 45 ġurnata mill-ħruġ ta' l-invoice.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kien hemm applikazzjonijiet lill-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ biex barranin jingħataw permess jaħdmu f'Malta u f'Għawdex? Kemm ġew aċċettati minn dawn l-applikazzjonijiet? Kemm ġew rikonsidrati applikazzjonijiet u ġew aċċettati wara li għall-ewwel kienu ġew rifjutati? X'raġunijiet kien hemm għal rikonsiderazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-ewwel ta’ Jannar 2006 sal-5 ta’ Ġunju 2006, kien hemm 3932 applikazzjonijiet lill-Korporazzjoni Impjiegi u Taħriġ biex barranin jingħataw permess jaħdmu f'Malta u f'Għawdex. Mill-każijiet li ġew proċessati ġew aċċettati 2685 applikazzjonijiet li minnhom 1127 renewals u 1558 ġodda. Mill-ġodda kien hemm 742 mill-EU, 329 temporary humanitarian protection, 20 asylum seekers, 6 rifuġjati, 4 ta’ third country nationals li jiddependu minn EU national u 457 minn third country nationals. Informat li ma għandniex rendikont ta’ kemm ġew rikonsidrati applikazzjonijiet u ġew aċċettati wara li għall-ewwel kienu ġew rifjutati għax din l-informazzjoni għada ma tinġabarx.

Personal and Social Development

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom tħassru seminars internazzjonali fil-personal and social development għall-istudenti ta' Form IV? Kemm ilhom isiru dawn is-seminars? Kemm kienu jibbenefikaw studenti minn dawn is-seminars?

Response (GALEA, LOUIS)

Nifhem li l-Onor. Kollega qed jirreferi għal seminars nazzjonali u mhux internazzjonali li kienu jsiru għall-istudenti tal-Form IV fil-Personal and Social Development. Infurmat li d-Dipartiment tal-Kurrikulu ħass, li għalkemm il-kontenut ta’ dawn is-seminars kien validu, l-fatt li l-istudenti u l-għalliema tagħhom jitilqu mill-iskola għall-tlett ijiem sħaħ, kien meqjus ta’ detriment fix-xogħol ta’ kuljum tagħhom. Jirriżulta wkoll li ħafna skejjel qed jagħmlu programmi u sessjonijiet simili ħafna għal dawn is-seminars u għalhekk id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni ħasset li jkun ħafna aktar għaqli jekk dawn is-seminars isiru fuq livell ta’ skola jew ta’ Kulleġġ.

Lukandi — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema full-time u part-time fil-lukandi fis-snin 2003, 2004, 2005 u 2006 bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ ħaddiema full-time u part-time li kienu jaħdmu fil-lukandi u ristoranti fis-snin 2003, 2004, 2005 u fl-aħħar ta’ Jannar 2006 huma kif ġejjien: Hotels and Restaurants Full Time Part-Time as a Primary Job Part-Timers holding a Full-Time Job Dec-03 8,360 3,876 2,853 Dec-04 8,332 4,298 2,935 Dec-05 8,503 4,740 3,255 Jan-06 8,427 4,590 3,262 Nixtieq ninforma lil Onorevoli interpellant, li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta Diċembru 2005.
Leg 10 PQ #19467 Sitting 394 2006-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MIA — Market Support

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19389 u cioe': B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19273, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet dwar l-iskemi msemmija mill-Kummissjoni Ewropea? Hemm xi ħjiel meta l-Kummissjoni Ewropea se tagħti d-deċiżjoni tagħha? Xi problemi jonqos jingħelbu biex il-Kummissjoni Ewropea tkun sodisfatta b'dawn l-iskemi bħala li huma permessi mir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

B'riferenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19273, id-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għadhom għaddejin.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19375 u jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm saru toroq mill-gvern ċentrali? Fejn? B'liema fondi? Kemm swew? Min kien il-kuntrattur f'kull każ u kemm tħallas jew se jitħallas?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 10 PQ #19421 Sitting 393 2006-06-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Eurovision Song Festival

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19368 u jgħid kemm ġie jiswa l-festival fejn intagħżlet il-kanzunetta Maltija għall-Eurovision 2006? Kemm nefaq il- kumitat li jmexxi dan il-festival fl-aħħar sena? Fuq xiex saru n-nefqiet ta' dan il-kumitat? Kemm swiet b'kollox il-parteċipazzjoni Maltija fil-Eurovision 2006? F'kemm pajjiżi saret promozzjoni favur il-kanzunetta Maltija li ħadet sehem fil-Eurovision 2006? Kemm swiet din il-promozzjoni? Min siefer biex jagħmel din il-promozzjoni u kemm intnefaq fuq is-safar? Kemm swew il-persuni barranin li akkumpanjaw lill-kantant Malti waqt il-kanzunetta tiegħu fil-Eurovision 2006? Kemm telgħu persuni jakkumpanjaw lill-kantant Malti għall-Eurovision 2006 f'Ateni? Kemm swiet l-akkomodazzjoni u l-ispiża tas-safar u nefqiet oħra f'Ateni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minħabba l-ammont ta' informazzjoni mitluba tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.