Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa — Wied Musa

Question

Jista' issa l-Ministru jagħti d-dettalji li rrifera għalihom fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19940?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Rizorsi wettqet zewġ spezzjonijiet f’lukanda ewlenija fiċ-Ċirkewwa. Waħda minn dawn l-ispezzjonijiet saret il-Ġimgħa, 30 ta’ Ġunju, 2006 u saret għall-għarrieda. Waqt din l-ispezzjoni, ġie konstatat li l-boreholes ta’ din il-lukanda, li kienu magħluqin mill-Awtorità xi snin qabel, instabu magħluqin u ma kien qiegħed isir l-ebda ppumpjar minnhom. Spezzjoni oħra saret it-Tnejn, 3 ta’ Lulju, 2006 fejn ġiet spezzjonata fid-dettal is-sistema ta’ l-ilma tal-lukanda b’attenzjoni speċjali għaċ-chiller, ir-Reverse Osmosis u d-direct intake. Fil-granet li fihom saru dawn l-ispezzjonijiet ġie konfermat li zewg spejjer fil-viċinanza, li jaħdmu bl-irdieden kienu qiegħdin jerfgħu l-ilma u l-ġwiebi tagħhom kienu bl-ilma.

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19941 u jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tirtira l-kont 517817190 lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, b'ittra datata 17 ta' Ġunju, 2006 fejn intalbet tħallas kont ta' Lm485.27 ta' l-ilma u d-dawl għall-bini li mhux tal-persuna u li qatt ma kienet reġistrata bħala konsumatur fih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, kienet irreġistrata fuq il-kont minn qabel is-sena1990, u qatt ma saret l-applikazzjoni normali biex jinbidel l-konsumatur reġistrat fuq il-kont. Dan l-aħħar (Ġunju 2006) din il-persuna marret fl-uffiċċju tal-Korporazzjoni l-Belt, biex tirraporta li m'għadhiex responsabbli għall-post u ntalbet tissottometti kopja tal-kuntratt tal-bejgħ. S'issa dan għadu ma sarx.

Junior Lyceum Sir Adrian Dingli

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19671 u 19767 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ddeċidiet li tneħħi l-ispazji fil-bini tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli li kienu jintużaw b'mod tajjeb għal skopijiet edukattivi? Għaliex id-diviżjoni qed tinjora lit-tmexxija ta' l-iskola, il-kunsill ta' l-iskola u x-xewqa ta' l-istudenti u l-ġenituri f'deċiżjoni bħal din?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dan l-istadju għadha ma tteħditx id-deċiżjoni msemmija. Tlabt li nidħol fil-kwestjoni biex nevalwa s-sitwazzjoni u niddiskuti ma' kull min hu involut.

Sussidju lill-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jingħataw sussidju statali fi djar privati għall-anzjani? Jista' jgħid b'liema kriterji jiġu deċiżi min jingħata dawn is-sussidji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 109 anzjani li huma fl-Iskema tal-Private Public Partnership. Il-proċess tad-dħul ta' dawn l-anzjani huwa l-istess bħal dak tad-djar tal-anzjani statali jiġifieri skond l-Admission Board.

Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 19675 u 19786 u jispjega kif persuni li jixtiequ jivvjaġġaw lejn pajjiżna minn bliet differenti, per eżempju Pariġi, qed isibuha diffiċli jsibu seat fuq l-Air Malta, anke meta jirriżulta li l-ajruplan itir lejn Malta b'ħafna seats vojta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jekk l-Onor. Membru jista jispeċifika d-data tat-titjira/titjiriet tkun tista' ssir l-investigazzjoni neċessarja.

Gżira — Regional Road

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju msemmi f'mistoqsija parlamentari 19766 biex jindirizza l-problema ta' l-għargħar fil-Gżira?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-istudju msemmi f’Mistoqsija Parlamentari Numru 19766 tlesta', u issa qed jitfasslu l-pjanti neċessarji biex isiru l-permessi meħtieġa u jitfasslu t-tenders biex ix-xogħol meħtieġ ikun jista’ jinbeda.

Mellieħa — Wied Musa

Question

Jista' jiġi vverifikat x'qiegħed iwassal biex jitbattlu l-ispieri ta' l-ilma tant essenzjali għall-bdiewa u r-raħħala ta' Wied Musa, fil-limiti tal-Mellieħa, u jekk hemmx min qed jabbuża u jiġbed ilma li s-soltu jinġabar fl-ispieri?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qiegħda tinvestiga dawn l-ilmenti. Iżjed dettalji jingħataw f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tirtira l-kont 517817190 lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, b'ittra datata 17 ta' Ġunju, 2006 fejn intalbet tħallas kont ta' Lm485.27 ta' l-ilma u d-dawl għall-bini li mhux tal-persuna u li qatt ma kienet reġistrata bħala konsumatur fih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq Madwar il-Bajja tax-Xemxija

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tal-periti msemmi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19373?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' resurfacing tat-Triq tax-Xemxija qiegħed isir f'dawn il-ġranet.
Leg 10 PQ #19822 Sitting 404 2006-06-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kiosks

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19705 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-kiosks li jarmaw fil-bajjiet tagħna humiex obbligati bil-liġi li jinġiebu fil-post filgħodu u jitneħħew filgħaxija għax ma jeżistux fixed kiosks?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-Awtorita' tat-Turiżmu toħroġ liċenzji ta' fixed kiosks u ta' mobile kiosks on a fixed site. Dawn il-liċenzji joħorġu wara li d-Dipartiment tal-Artijiet fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern ikun ħareġ permess lill-applikant liema permess jesiġi li l-applikant jobdi ċertu kundizzjonijiet. Fil-każ ta' mobile kiosks on a fixed site id-Dipartiment tal-Artijiet jistipula perijodu matul is-sena meta l-permess ikun validu u li f'għeluq dan il-perijodu il-mobile kiosk irid jitneħħa u l-art trid tiġi restawrata għall-istat oriġinali. Dan ma jgħoddx fil-każ ta' permess ta' fixed kiosk li l-art tingħata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet fuq is-sistema ta' encroachment. Liċenzja ta' mobile kiosk jew kif inhu magħruf aħjar bħala hawker toħroġ mid-Diviżjoni tal-Kummerċ fil-Ministru għall-Kompetittivita u l-Kommunikazzjoni.

MEPA — Ordni ta' infurzar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ordni ta' infurzar mill-MEPA li huma pendenti biex tittieħed azzjoni dwarhom? Kemm ilhom pendenti? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-lokalitajiet fejn hemm dawn l-ordni ta' l-infurzar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-website ta’ l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA): www.mepa.org.mt/planning/index.htm?enf_pending.htmlX1

Ta' Giorni — Garage

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19682 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa tal-ħsarat strutturali fil-garage tal-gvern f'Ta' Ġiorni li hu mikri għand il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern diġa' irreferiet il-każ lid-Dipartiment tal-Construction and Maintenance sabiex jinvestiga u jekk hu l-każ jagħmel it-tiswijiet neċessarji. Dan dejjem jekk il-ħsara partikolari li hemm mhix responsabbilita' ta' l-inkwilin.

Ċentru ta' l-Edukazzjoni Adulta

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu xi inizjattivi biex iċ-ċentru ta' l-edukazzjoni adulta, iċ-ċentru tar-riżorsi ta' l-Għarbi, iċ-ċentru tal-Ġermaniż u Franċiż jiġu rilokati f'bini barra l-junior college, Imsida biex l-ispazju miksub jintuża għal skopijiet edukattivi mill-junior college?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, il-materja qed tiġi konsidrata u r-rolokazzjoni taċ-Ċentru tal-Ġermaniż, ta' l-Għarbi u tal-Franċiż isir meta jinstab ċentru ieħor adegwat.
Leg 10 PQ #19816 Sitting 403 2006-06-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bejgħ on line ta' faċilitajiet turistiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18787, jista' il-Ministru jirrapporta xi progress sar dwar il-portal nazzjonali mindu wieġeb din il-mistoqisja iżjed minn xahar ilu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol preparatorju fuq is-sejħa għall-offerti tlesta. Għalhekk hu mistenni li sejħa għall-offerti tinħareġ fi żmien qasir.

MEPA — Vapuri mgħarrqa f'ibħra Maltin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16511, jista' il-Ministru jgħid fejn wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet biex jiġu mgħarrqa iżjed vapuri u biex titfassal strateġija f'dan il-qasam?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess ta’ l-Environment Impact Assessment. L-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħda tistenna r-riżultati ta’ dan il-proċess mingħand l-applikanti rispettivi ħalli l-evalwazzjoni tkun tista’ tibda.

Enemalta — Pembroke Athleta Sports Club

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi bidla fid-deċiżjoni ta' l-Enemalta dwar il-bini ta' substation fil-car park użat minn Pembroke Athleta Sports Club wara l-petizzjoni li saret kontra din id-deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19603. Sal llum il-ġurnata ma saru l- ebda tibdiliet.

Skejjel — Studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja

Question

Matul is-sena skolastika 2004/2005, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom bniet u subien: 1) fl-iskejjel sekondarji statali; 2) fil-junior lyceums; 3) fi skejjel privati; u 4) fi skejjel tal-knisja? Kemm minnhom kisbu grad 1 sa 5 fl-eżamijiet tas-SEC fil-Malti, Ingliż, Matematika, Fiżika u Teknoloġija ta' l-Informatika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fis-sena skolastika 2004/2005 hu hekk: Skejjel Statali Sekondarja Junior Lyceum Skejjel Subien/Bniet Total Subien 812 746 103 1,661 Bniet 725 973 57 1,755 Totali 1,537 1,719 160 3,416 Skejjel tal-Knisja Skejjel Indipendenti Total Subien 806 247 1,053 Bniet 675 192 867 Totali 1,481 439 1,920 Informat ukoll li n-numru ta' kandidati li kisbu grad minn 1 sa 5 fl-eżamijiet tas-SEC fil-Malti l-Ingliż, il-Matematika, il-Fiżika fl-eżamijiet li saru f'Mejju u f'Settembru 2005 huma kif jidhru fit-Tabella hawn taħt. Fil-livell tas-SEC, hemm biss eżami fil-Computer Studies u mhux fit-Teknoloġija ta' l-Informatika u dan l-eżami jsir f'Mejju biss. L-informazzjoni dwar dan is-suġġett qed tingħata wkoll. Numru ta' kandidati li kisbu grad 1 sa 5 fl-2005. Suġġett Numru ta' kandidati Malti 2916 Ingliż 3780 Matematika 3350 Fiżika 2939 Computer Studies 1233

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-aħħar ħames snin kemm-il darba l-MEPA ħadet il-passi meħtieġa kontra persuni li joperaw illegalment f'Għajnsielem? Kontra min ittieħdu dawn il-passi? Jirriżultalu li għad hemm min jopera illegalment bħala mastrudaxxa f'Għajnsielem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar ħames snin inħarġu 129 avviż ta' twettiq f'siti ġo Għajnsielem. Minn dawn inħarġu żewġ avviżi minħabba li kien qiegħed isir xogħol ta' mastrudaxxa mingħajr permess u li kontra wieħed minnhom qed jittieħdu wkoll proċeduri mill-pulizija.

SVPR

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19676 , jista' il-Ministru jgħid meta se jkun jista' il-persuna msemmija tiġi annessa għar-residenza ta' San Vincenz peress li ma taffordjax li tibqa' f'Villa Messina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-każ ġie eżaminat u meta ttieħed inkonsiderazzjoni l-aspetti soċjali, dan il-każ ġie impoġġi fuq l-urgent list.

Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19675 u jispjega kif persuni li jixtiequ jivvjaġġaw lejn pajjiżna minn bliet differenti, per eżempju Pariġi, qed isibuha diffiċli jsibu seat fuq l-Air Malta, anke meta jirriżulta li l-ajruplan itir lejn Malta b'ħafna seats vojta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.