Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħata s-sussidju dovut għad-diesel lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għad-dgħajsa tas-sajd tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li huwa semma’ ma tirriżultax bħala kaptan jew l-ewwel rappreżentant ta' xi bastiment tas-sajd. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-futur, meta jitlob informazzjoni fuq l-allokazzjoni tal-karburant, jirreferi għan-numru u għall-isem tal-bastiment.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħata l-għajnuna meħtieġa l-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li skond ir-rapport ta' l-istatementing moderating panel tat-28 ta' Jannar 2005 kien hemm rakkmandazzjoni li jirrevedu l-każ tiegħu qabel l-ewwel sena tiegħu fil-primarja? Issa li beda l-ewwel sena tiegħu, jista' il-Ministru jara għaliex ma saret l-ebda reviżjoni tal-każ u issa tħalla mingħajr l-għajnuna meħtieġa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-każ ta' dan l-istudent ser jiġi rivedut fil-ġejjieni qarib.
Persuna ta' nazzjonalita' barranija — Materjal splussiv
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk tul Lulju meta kien hemm persuna li waslet minn Sofia fl-ajruport ta' Malta u ġabet materjal splussiv magħha ttieħdux passi kontra tagħha minn uffiċjali tad-dwana? X'passi ttieħdu jekk ittieħdu? U għala ma ttieħdux passi jekk ma ttieħdux?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartiment tad-Dwana qiegħed jinvestiga l-każ li ġara fis-17 ta’ Lulju 2006 u ser jittieħdu passi skond il-liġi.
Persuna ta' nazzjonalita' barranija — Materjal splussiv
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija kontra persuna li daħħlet materjal splussiv magħha fuq titjira minn Sofia fix-xahar ta' Lulju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għad mhix konkluża.
Awtorita' Maltija għall-komunikazzjoni — Uffiċini fil-bini tal-Waterfront
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'wasslet lill-awtorita' Maltija għall-komunikazzjoni li tagħżel spazju fil-bini tal-Waterfront bħala uffiċini tagħha? Segwiet il-proċeduri ta' l-offerti pubbliċi f'għażla bħal din?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta' pq 20438 b'riferenza għall-pq 18044.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20303 u jgħid fejn wasal il-proċess ta' assessjar ta' l-impjant tat-triq proposta fil-Pwales fuq l-ilma ġieri u l-ilma ta' taħt l-art u l-għelieqi fl-inħawi, liema triq hija ppjanta biex ittaffi l-konġestjoni tat-traffiku mit-telgħa tax-Xemxija? X'tip ta' studji ta' impatt ambjentali qed isiru fuq din it-triq proposta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ikkummentat fuq il-proposti li għamlu l-Awtorità dwar it-Trasport (ADT). F’dan l-istadju, l- Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħda tistenna proposti alternattivi mill-Awtorità dwar it-Trasport (ADT) dwar dawn il-kummenti. Wara li l- Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) teżamina l-alternattivi ppreżentati mill- Awtorità dwar it-Trasport (ADT), l- Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tkun tista’ tipproċessa l-proposta billi tirrikjedi studji ambjentali fejn ikun hemm bżonn.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20302 u jgħid jekk segretarjat parlamentari li jaqa' taħtu organizzax żjara bejn it-2 u s-7 ta' Lulju fl-Emilia Romagna għall-attivita' dwar "Fashion and Design"? Jista' jagħti l-ismijiet kollha ta' dawk li ħadu sehem f'din iż-żjara u l-lokalita' li ġejjin minnha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-Segretarjat Parlamentari organiżża żjara bejn it-2 u s-7 ta' Lulju f'Emilia Romagna għall-attivita' dwar il-Fashion and Design.
Din iż-żjara hi waħda miż-żjarat li permezz tagħhom il-Gvern huwa mpenjat permezz tas-Segretarjat li jgħin 300 self employed jipparteċipaw f'dawn il-programmi.
Dawk kollha li ħadu sehem f'din iż-żjara huma kif ġej:
Isem u Kunjom
Lokalita' tan-Negozju
Lokalita' tar-Residenza
Mario Genovese
Valletta
Attard
Josef Attard
Ħaż-Żebbug
Ħaż-Żebbuġ
Caroline Vassallo
Mosta
Mosta
Sylvana Zammit
Rabat (Mosta)
Rabat (Malta)
Christopher Hammett
Mosta/Ħamrun/Siema Valletta
Qawra
Godfrey Cosaitis
Valletta
B'Kara
Claire Grech
Mosta
Mosta
Mark Muscat
Rabat ( Malta)
Rabat (Malta)
Julian Micallef
B'Kara/ Paola/Valletta
Fgura
Paul Musu'
Valletta
Valletta
John Cutajar
Mosta/B'Kara/Valletta/Paola
Birżebbuġia
Rita Gatt
Rabat (Malta)
Attard
Ray Cassar
Mosta/Fgura
Mosta
M'Louise Borg
Mosta
Mosta
Colin Micallef
Ħamrun
San Ġwann
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20296 u jgħid għaliex dgħajjes/laneċ liċenzjati li jieħdu t-turisti għal dawra fil-port mhux qed jitħallew jersqu lejn ix-xatt tal-Birgu u b'hekk iċaħħdu lit-turisti minn waħda mill-isbaħ dehriet tal-port tagħna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minħabba xogħolijiet infrastrutturali matul l-iżvilupp tal-Marina fil-Cottonera, kien inħareg Avviż lill-Baħħara Nru 16 fl-2003 li jipprojbixxi dħul ta’ bastimenti, inkluż dgħajjes, matul ix-xatt tal-Birgu. Dan isir minħabba raġuni ta' sigurta fuq il-bahar. Dan l-avviż kien imneħħħi mis-seħħ b’Avviż ieħor Nru 21 fl-2006. Għaldaqstant, bħalissa, l-Awtorita Marittima ma ħarget l-ebda projbizzjoni għad-dgħajjes sabiex jersqu lejn ix-xatt tal-Birġu dment li dawn ma jidħlux f’dawk iż-żoni li huma taħt il-kontroll tal-Grand Harbour Marina.”
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-ħatra li għandha persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-ministeru jew fl-istrutturi li jaqgħu taħt dan il-ministeru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata tokkupa l-kariga ta’ Direttur fid-Direttorat għall-Politika u l-Inizjattivi Ambjentali u tirraporta direttament lis-Segretarju Permanenti.
Jista' il-Ministru jgħid meta kienet l-ewwel darba li sar jaf b'rapporti dwar li uffiċjali ta' l-awtorita' dwar it-trasport kienu qed jieħdu l-flus biex jgħaddu persuni mit-test tas-sewqan? Meta ħa passi l-Ministru dwar dawn ir-rapporti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien sirt naf bil-possibilita' li seta' kien qed isir abbuż fid-Driving Examiners' Unit fir-raba' ġimgħa ta' Mejju wara li l-manager tal-Unit bagħat rapport lis-CEO fejn infurmah b'inċident li seħħ fis-16 ta' Mejju u li minnu ħareġ li instructor ta' skola partikolari seta' kien qed jiġbor flus żejda minn għand xi kandidati bħala garanzija biex dawn jgħaddu mill-eżami. Is-CEO kien beda' jinvestiga internament dan il-każ. Din kienet twaqqfet meta sar magħruf li l-pulizija kienet għadejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar l-istess każ.
Fit-22 ta' Ġunju ġejt mgħoddi kopja tar-rapport tal-pulizija dwar l-investigazzjoni tagħha. L-għada waqqaft bord ta' inkjesta skond l-Att dwar l-Investigazzjonijiet (Kap.273) bit-terms of referenceli jidhru fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji differenti li wrew interess u applikaw biex jipprovdu karozzi li jaħdmu bl-elettriku għall-Belt Valletta?
Liema kienu dawn il-kumpanniji? Liema minnhom intgħażlet? B'liema kriterji ntgħażlet? Jista' jgħid jekk din il-kumpannija għandux rabtiet magħha l-ex chairman ta' l-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm zewg kumpanniji li ssottomittew proposti biex jipprovdu u joperaw karozzi li jahdmu bl-elettriku fil-Belt Valletta. Dawn kienu Mikrozzini Co Ltd u CT Park Limited. Il-proposta ta’ CT Park Limited intaghzlet fuq kriterji stabbiliti u ppublikati fit-tender document.
Evaluation Criteria
Max Weighting
Rationale
The level of understanding of the assignment in terms of business operations and functions;
5
Strategy
The completeness and quality of the Tender;
10
The functional and technical solution proposed;
10
Environmental sensitivity of design and operation
5
Services
The services and vehicles proposed (including fare levels)
15
Attractiveness of customer rates proposed (cheapest first)
45
Total Technical Score
90
Financial Proposal
10
Total Commercial Score
10
Overall Total Score
100
Il-Ministeru ma tirriżultalux informazzjoni li l-ex Chairman ta' l-ADT għandu xi shareholding jew karigi
mal-kumpannija li ntghazlet ghal dan it-Tender.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji/persuni li għandhom permess/liċenzja jbiegħu ġiti bid-dgħajjes fix-xatt tal-Gżira/Tas-Sliema?
Dawk li għandhom permess jistgħu jingħataw l-opportunita' jarmaw kiosk żgħir pulit biex ibiegħu l-biljetti b'mod serju u aċċettabbli flok kif qed jiġri bħalissa b'mod li żgur mhux preżentabbli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' toħroġ liċenzja sabiex persuni jorganizzaw ġiti fi kwalunkwe lokalita' madwar Malta u Għawdex. L-Awtorita' Marittima toħroġ permessi biex jiġu operati dgħajjes jew pleasure boats.
Sabiex persuna topera kiosk permanenti biex tbiegħ biljetti, kemm fix-xatt tal-Gżira, tas-Sliema jew kwalunkwe post ieħor teħtieg jkollha il-permess tal-MEPA u tad-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex dgħajjes/laneċ liċenzjati li jieħdu t-turisti għal dawra fil-port mhux qed jitħallew jersqu lejn ix-xatt tal-Birgu u b'hekk iċaħħdu lit-turisti minn waħda mill-isbaħ dehriet tal-port tagħna?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' bini u disinjar ta' portal għall-marketing u bejgħ on line ta' faċilitajiet turistiċi f'Malta u Għawdex li tħabbar li se jsir f'April li għadda u li kellu jibda jaħdem sa dan is-sajf? Fejn kienu nvoluti s'issa l-operaturi turistiċi fil-bini u disinjar tal-portal?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ir-Request for Proposals (R.F.P.) għandu joħroġ sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Fil-kumpilazzjoni tad-dokument, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, flimkien mal-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informatika, kkonsultaw il-Malta Hotels and Restaurants Association (M.H.R.A.), il-Federation of Associations of Travel and Tourism Agents (F.A.T.T.A.) u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (M.T.A.).
Ingħatat attenzjoni partikolari sabiex l-
R.F.P.
joħroġ dettaljat biżżejjed biex is-sistema li ser tinbena tkun kompatibbli ma’ l-infrastruttura teknoloġika li jħaddem il-Gvern, li tkun tista’ tintegra ma’ sistemi oħra li għandu l-Gvern u li tkun
scalable
biex ’il quddiem tkun tista’ taċċetta servizzi oħra
online.
Jista' il-Ministru jgħid jekk segretarjat parlamentari li jaqa' taħtu organizzax żjara bejn it-2 u s-7 ta' Lulju fl-Emilia Romagna għall-attivita' dwar "Fashion and Design"? Jista' jagħti l-ismijiet kollha ta' dawk li ħadu sehem f'din iż-żjara u l-lokalita' li ġejjin minnha?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' assessjar ta' l-impjant tat-triq proposta fil-Pwales fuq l-ilma ġieri u l-ilma ta' taħt l-art u l-għelieqi fl-inħawi, liema triq hija ppjanta biex ittaffi l-konġestjoni tat-traffiku mit-telgħa tax-Xemxija? X'tip ta' studji ta' impatt ambjentali qed isiru fuq din it-triq proposta?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għat-twaħħil ta' kiosks żgħar biex tul ix-xatt ta' Tas-Sliema u l-Gżira jkun hemm postijiet diċenti mnejn jinbiegħu biljetti għall-ġiti turistiċi bid-dgħajjes? X'qed iżomm il-ħruġ ta' dawn l-applikazzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtoritá ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed tipproċessa disa' applikazzjonijiet fil-lokalità tal-Gżira u tas-Sliema għal sanzjonar ta’ booths. Dawn jinstabu fi stadji diversi. Fil-fatt ftit minnhom digà ġew deċiżi mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp u qed jitħejja t-tieni rapport għar-rikonsiderazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadet s'issa l-pulizija dwar ittra datata 28 ta' Ġunju, 2006 li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ilment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed ikun investigat.
Jista' il-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lin-Network Publications mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada mill-bidu ta' din is-sena sal-lum?
Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders u jagħti l-valur tagħhom, wieħed wieħed?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-bidu ta' din is-sena sal-lum ma ngħataw l-ebda tenders lin-Network Publications.