Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — Stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se toħroġ l-offerta biex jinbnew l-istabbilimenti kummerċjali fil-crafts village f'Ta' Qali peress li din kellha toħroġ f'Settembru li għadda? Kif hemm stabbilimenti li qed jitħallew jibnu u jiżviluppaw bħalissa waqt li oħrajn le?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dwar l-ewwel parti tad-domanda nagħmel referenza għar-risposta tal- pq 21054. Jien infurmat li l-alterazzjonijiet fil-binjiet eżistenti li qegħdin isiru bħalissa fl-istess villaġġ, qegħdin isiru fuq bażi temporanja sakemm jibdew ix-xogħlijiet.

San Ġiljan — Triq Brydone

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21037 u jgħid meta se tiġi żviluppata f'taraġ l-art żdingata mimlija ġrieden, wirdien u ħaxix ħażin li tinsab ħdejn ir-residenza 43 Triq Brydone, San Ġiljan? Għaliex qed titħalla żdingata u mimlija ħmieġ meta r-residenti ta' 43 Triq Brydone, San Ġiljan ilhom li ħallsu l-flus dovuti biex isir taraġ jew forma ta' triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

PBS

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21041 u jgħid kemm qed toħroġ flus fi produzzjonijiet farmed out il-kumpannija PBS? X'persentaġġ huma dawn il-flus tan-nefqa tal-PBS fuq produzzjoni tal-programmi tagħha għall-iskeda kurrenti tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Universita' — Kors tal-Mediċina

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet partikolari skond Regolamenti 2.2(a) iii u (b) klawsola tal-maturita' li għalihom ma ntlaqgħetx l-applikazzjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex din is-sena akkademika jibda l-kors tal-mediċina fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Gżira — Garaxx ta' mechanic u sprayer

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex jiġu ndirizzati l-problemi ndikati f'mistoqsija parlamentari 21121?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti għall-ksur tal-kondizzjonijiet sabiex issir attivita' kummerċjali skond it-Tieni Skeda ta' l-Avviż Legali 1 ta' l-2006.

PBS

Question

No question text.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-PBS tħoss li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali. Dan minħabba li din l-informazzjoni tista tkun ta' preġudizzju għan-negozju li l-PBS jista jkollha mal-Production Houses fil-futur. Dawn id-djar tal-produzzjoni huma wkoll fornituri ta' stazzjonijiet televiżivi oħra kompetituri ta' TVM, u allura nifhem li l-PBS trid iżżom il-pożizzjoni kummerċjali tagħa mingħajr ma toħloq għalija żvantaġġi bil-publikazzjoni taċ-ċifri li qed jitlob l-Onor Interpellant.

Saqaf ta' garaxx tal-gvern

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21032 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' peress li xhur ilu ġejt imwiegħed f'risposta għall-mistoqsija parlamentari li se ssir spezzjoni ta' garaxx tal-gvern li għandu mikri għandu persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba periklu ta' saqaf bil-ħsara, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir l-ispezzjoni meħtieġa peress li baqgħet ma saritx?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Santa Maria Estate — Pjan Lokali

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20879, jista' il-Ministru jagħti t-tagħrif meta u kif saret il-konsultazzjoni pubblika fuq il-pjan tal-Majjistral ta' Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Konsultazzjonijiet fuq il-Pjan tal-Majjistral ta' Malta saru skond il-provedimenti tal-Artiklu 27 ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp. Dan l-artiklu jikkontempla perjodu b'minimu ta' sitt gimgħat wara li l-abbozz tal-pjan lokali joħrog fid-dominju pubbliku. L-istess att ma jikkontemplax konsultazzjonijiet addizjonali.

Gżira — Triq Manoel de Vilhena

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20880, jista' il-Ministru jgħid jekk saritx l-ispezzjoni msemmija u x'irriżulta? Jekk ma saritx, meta se ssir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispezzjoni fil-post imsemmi diġa' saret. Instab li l-garaxx in kwestjoni ilu jopera għal numru ta' snin bħala garaxx ta' mekkanik. Informat li l-uffiċjali ta' l-Awtorita' tas-Sigurta' u s-Saħħa fuq il-Postijiet tax-Xogħol irraportaw li l-garaxx huwa organizzat, nadif, b'extractor addatt li ma jarmix dħaħen barra lejn in-nies. Informat li l-kwestjoni mhix ġudikata waħda ta' saħħa li taqa' fil-mansjoni ta' l-Awtorita' ta' Saħħa u Ħarsin fuq il-post tax-xogħol.

San Pawl il-Baħar — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb isiru x-xogħlijiet meħtieġa biex ir-residenti ta': 1) Trejqet Toni Fenech; u 2) Triq ġdida fi Triq Katerina Vitale, f'San Pawl il-Baħar ikollhom toroq diċenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li dawn it-toroq msemmija jinsabu fil-programm ta' Bini ta’ Toroq Ġodda li Direttorat ħejja, li jkopri l-perjodu mill-2006 sa l-2008.
Leg 10 PQ #21151 Sitting 440 2006-10-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bejjiegħa tat-time share

Question

Jista' il-Minsitru jgħid x'passi konkreti qed jittieħdu biex jinqatgħu l-abbużi li qed ikomplu jagħmlu bejjiegħa tat-time share (OPCs) minkejja li daħal fis-seħħ avviż legali ġdid biex jaqta' tali abbużi? Jista' jagħti rendikont ta' abbużi maqbuda u nvestigati mid-dħul ta' dan l-avviż legali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mid-19 ta' Ġunju sat-8 ta' Ottubru, 119-il bejjiegħa magħrufa aħjar bħala promoturi tat-timeshare (OPC) ġew avviċinati u ċċekkjati. Tlettax minnhom qed jiġu investigati. Rendikont tat-18 -il akkuża lil dawn it-13 -il persuna huma hekk: Ħarġu 3 akkużi li ħadmu bla liċenzja; 4 akkużi li kienu aggressivi fl-atteġġjament tagħhom; 5 akkużi peress li ma esponewx biżżejjed l-identity tag tagħhom 6 akkużi li għamlu promozzjoni mill-vettura. 5 minn dawn it-13 -il persuna ġew akkużati b'iktar minn reat wieħed.

Servizz ta' facilitator

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti saru mat-tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, bi bżonnijiet speċjali li tneħħietlu persuna li kienet tajba ħafna miegħu bħala facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-facilitator li kellu s-sena l-oħra ma tneħħielux.

Persuna li tkeċċiet mill-impjieg tagħha

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi ħa wara l-e-mail li rċieva mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bid-data tal-5 ta' Ottubru 2006 dwar kif tkeċċiet mill-impjieg tagħha u n-nuqqas ta' strutturi pubbliċi li jiddefendu d-drittijiet tagħha li ġew imċaħħda lilha mill-mod abbużiv ta' kif tkeċċiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Każ dwar impjegata

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament, tħalliet tirreġistra l-bidu u t-tmiem ta' l-impjegata li isimha qed jintbagħat separatament wara li keċċieha u l-istess ġara dwar il-ħlas tal-bolla tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kaz qed jiġi investigat peress li l-Korporazzjoni tikkonferma li l-formoli meħtiega tal-bidu w tmiem t’impjieg ma waslux u għaldaqstant, l-persuna in kwistjoni ġiet mogħtija affidavit sabiex tkompli l-proċeduri tar-reġistrazzjoni hekk kif stabbiliti fl-ETC.

Salina l/o Naxxar — Arbli tad-dawl

Question

Peress li kmieni din is-sena l-Ministru fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-bdil ta' arbli tad-dawl fil-periklu li jagħtu fi Triq il-Katakombi, Salina, l/o Naxxar, kien qal li se jissewwew qabel is-sajf, jista' jgħid issa meta se jissewwew peress li għadhom fil-periklu li jaqgħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta biddlet tliet arbli fl-area msemmija fil-mistoqsija tiegħu. It-tliet arbli l-oħra mhumiex f'sitwazzjoni daqshekk ħażina li jridu jinbidlu b'urġenza u għalhekk dawn jinbidlu iżjed 'l quddiem.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se titħallas iċ-children's allowance dovuta lill-persuna mill-Mellieħa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interepellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Barcelo Riviera Resort

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li saru mill-awtorita' tar-riżorsi dwar boreholes tal-Barcielo Riviera Resort wara lmenti mill-bdiewa ta' l -inħawi li l-ispejjer tagħhom kienu qed jisfaw bla ilma?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant, kif ukoll dokumenti oħra dwar il-boreholes tal-Barcelo Riviera Hotel. a) Rapport fuq l-idroloġija; b) Ittra mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi sabiex jingħalqu l-boreholes; c) Ċertifikat mingħand il-Perit Sant li tikkonferma l-għeluq tal-boreholes.

Mellieħa — Triq l-Etna

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21033 u jgħid meta se jitkompla l-ħajt u l-crash barrier li hemm fi Triq l-Etna, Mellieħa ħdejn Villa Sunset Beach, peress li l-fetħa fil-ħajt u l-crash barrier tagħti l-impressjoni li hemm public path fil-proprjeta' privata tar-residenti ta' Villa Sunset Beach b'detriment għalihom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ser issir site inspection fuq il-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u x-xogħlijiet meħtieġa jsiru.

PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-iskeda ġdida kurrenti tal-PBS x'persentaġġ mill-ħin tal-programmi huma maħduma u mtella' mill-ħaddiema tal-PBS stess u farmed out lill-kumpanniji privati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-percentaġġ mill-ħin tal-programmi li huwa maħdum u mtella' mill-ħaddiema tal-PBS stess huwa ta' 30.5%. Dan il-percentaġġ jinkludi wkoll co-productions bejn il-ħaddiema tal-PBS u dawk kumpaniji privati.