Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-gwidi turistiċi li għamlu xogħol għall-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? Għaliex qed idumu daqshekk biex jitħallsu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dawn il-pagamenti qed jiġu proċessati u l-gwidi ser jitħallsu fl-iqsar żmien possibli.
Meta f'April li għadda l-Ministru u ċ-chairman ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu qalu li t-turiżmu kien se jaqbad xejriet pożittivi fis-sena 2006 u li t-turisti se jiżdiedu b'iżjed minn 40,000, kif waslu għal dawn il-kalkoli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dawn il-kalkoli kienu ibbażati fuq l-assunzjoni li l-performance tas-swieq Ingliż u Ġermaniż kienet ser tkun pożittiva aktar ma l-istaġun jiprogressa. Din kienet se tibni fuq ir-riżultati pożittivi li kienu ġejjin mill-Italja, il-Benelux, Spanja, ir-Russja, in-Norveġja u d-Danimarka. Li ġara kien li s-suq Ingliż tal-package holidays intlaqat minn dak li qed jiġi deskritt bħala wieħed mill-agħar sjuf li qatt kien hemm fl-Ingilterra
Mil-lat tas-suq Ġermaniż irriżulta li nħolqu bottlenecks serji ta' airline capacity fix-xhur tar-rebbiegħa u l-ħarifa meta dan is-suq tradizzjonalment jilħaq l-għola livell tiegħu, bir-riżultat li Malta kellha tirrifjuta bookings attwali li jlaħħqu l-eluf għaliex ma kienx hemm ajruplani għalihom. Din is-sitwazzjoni kienet tkun ferm agħar kieku ma kienx ghall-Air Malta li niedet mal-mitt titjira addizzjonali bejn Malta u l-Ġermanja u dan wara ftehim f'dan is-sens ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21041, 21249, 21525 u 21746 u jgħid kemm qed toħroġ flus fi produzzjonijiet farmed out il-kumpannija PBS? X'persentaġġ huma dawn il-flus tan-nefqa tal-PBS fuq produzzjoni tal-programmi tagħha għall-iskeda kurrenti tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2006 kemm hu stmat li ngħataw flus operaturi ta' l-ivvjaġġar biex iġibu turisti lejn Malta u Għawdex? Kemm kienu obbligati jġibu turisti biex jingħataw din l-għajnuna?
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-inħawi tas-Salini d-djar qed ikollhom vultaġġ baxx ħafna ta' l-elettriku? X'passi se jittieħdu u meta dawn il-problemi se jiġu indirizzati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar snin, f'dawn l-inħawi partikulari kien hemm problemi ta' vultaġġ baxx, speċjalment fix-xhur tas-Sajf minħabba ż-żieda tad-domanda ta' l-elettriku. Sabeix jiġu rrinforzati dawn l-inħawi, l-Enemalta qegħda tibni substation ġdida.
Jista' il-Ministru jgħid x'fondi pubbliċi ntużaw mill-Ministeru għall-iżvilupp tal-kultura nazzjonali tagħna matul is-sena 2005? Lil min ingħataw dawn il-fondi u għal liema inizjattivi ngħataw?
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rappreżentazzjonijiet teatrali fit-Teatru Manoel bejn l-2000 u l-2005, sena b'sena? Jista' jgħid f'kull sena kemm kien hemm xogħlijiet oriġinali ta' drammaturgi Maltin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-rappreżentazzjonijiet teatrali li saru fit-Teatru Manoel bejn l- 2000 u bejn l- 2005 kienu kif ġej:
Staġun
Rappreżentazzjonijiet
Xogħlijiet Oriġinali ta' Drammaturgi Maltin
00/01
9
4
01/02
10
3
02/03
11
3
03/04
9
2
04/05
13
2
05/06
15
3
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rappreżentazzjonijiet teatrali fil-Kavallieri ta' San Ġakbu bejn l-2000 u l-2005, sena b'sena? Jista' jgħid kull sena kemm kien hemm xogħlijiet oriġinali ta' drammaturgi Maltin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-rappreżentazzjonijiet teatrali li saru fil-Kavallier ta' San Ġakbu bejn Settembru 2000 u Settembru 2006 kienu kif ġej:
Perjodu
Produzzjonijiet
Rappreżentazzjonijiet
Plays Originali
Produzzjonijiet Originali
Settembru ’00 –
Settembru ‘01
11
50
4
1
Ottubru ’01 –
Settembru ‘02
8
30
3
Ottubru ’02 –
Settembru ‘03
19
70
9
Ottubru ’03 –
Settembru ‘04
30
90
17
1
Ottubru ’04 –
Settembru ‘05
24
144
6
2 u 1 traduzzjoni
Ottubru ’05 –
Settembru’ 06
18
120
4
3 u 1 traduzzjoni
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli tiddeċiedi li tagħti l-go-ahead biex jiġu mgħarrqa żewġ biċċiet tal-baħar oħra barra ċ-Ċirkewwa u ħdejn Għawdex bħala attrazzjonijiet oħra għall-għaddasa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), ma jidhirx li hemm applikazzjonijiet pendenti għal dan it-tip ta’ żvilupp.
Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli tiddeċiedi li tipproċessa iżjed malajr applikazzjoni biex isir akwarju fil-baħar bħala attrazzjoni turistika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni rilevanti qegħda tiġi pproċessata u hu mistenni li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tieħu deċiżjoni dwarha fiż-żmien stipulat mil-liġi.
Verdala International School — Warrant lill-għalliema
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma ngħatatx warrant biex tgħallem fil-Verdala International School lit-tfal bid-dyslexia u l-Ingliż bħala ESL, xogħol li ilha tagħmlu mis-sena 2000 u li għalih tħarġet f'korsijiet internazzjonali bħal dak tat-THRASS?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija waslet fl-uffiċju l-Ħamis 2 ta' Novembru 2006 wara nofs in-nhar, it-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u allura tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar xhur sarux laqgħat ma' kumpanniji li qed joffru servizz ta' trasport b'ajruplani fixed wing bejn Malta u Għawdex? Liema kienu dawn il-kumpanniji u fejn waslu n-negozjati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fit-22 ta' Settembru saret preżentazzjoni, li ma tistax tiġi kkunsidrata bħala negozjati, fil-Ministeru għal Għawdex. Għal din l-preżentazzjoni kienu preżenti, jien, il-Ministru għal Għawdex u rappreżentanti tal-Gozo Tourism Association u tal-Gozo Business Chamber.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinfetħu l-uffiċini ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu li kienu ngħalqu qabel? Kemm se jinfetħu minn dawn l-uffiċini? Kemm se jiswa l-ftuħ tagħhom u kemm se jiġu impjegati persuni biex jaħdmu fihom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorità tat-Turizmu ta’ Malta se tkun rappreżentata b’mod dirett f’Pariġi, Brussell u l-Iskandinavja. Dan se jsir billi l-Awtorità jkollha rappreżentant f’Ambaxxata jew minn Uffiċċju tal-Linja Nazzjonali.
Fil-każ ta’ l-Iskandinavja, l-persuna magħżula se taħdem minn uffiċċju tagħha qrib iċ-ċentru.
Huwa maħsub li dawn l-arranġamenti jibdew joperaw uffiċjalment mill-1 ta’ Jannar.
F'April 2006 il-gvern ħabbar li biex itejjeb il-kompetittivita' ta' l-operaturi turistiċi lokali kien se jnaqqsilhom nofs il-ħlas tal-liċenzji lill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għas-sena 2007. Jista' il-Ministru jgħid meta se tidħol fis-seħħ din il-miżura?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern kien naqqas bin-nofs il-kontribuzzjoni ta’ operaturi turistiċi sabiex dawn ikunu jistgħu jżidu l-marketing tagħhom speċjalment biex jiġu attirati aktar low-cost carriers.
Bi qbil mal-Għaqdiet li jirrappreżentaw dawn l-operaturi, ġie deċiż li l-Awtorità tiġbor il-kontribuzzjoni sħiħa bid-differenza tmur sabiex jiġu ffinanzjati aktar skemi favur l-iżvilupp ta’ rotot ġodda.
Peress li l-Mistoqsija waslet fl-uffiċju l-Ħamis 2 ta' Novembru 2006 wara nofs in-nhar, it-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u allura tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid rigward l-iskola primarja tal-Mellieħa, kemm hemm tfal li għalihom intalbet għajnuna mill-istatementing board u għadhom qed jistennew li jingħataw din l-għajnuna?
Jista' jagħti l-istatistika sena b'sena? Meta se jingħataw l-għajnuna meħtieġa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 8 tfal mill-iskola tal-Mellieħa li qed jistennew li jingħataw għajnuna. Minn dawn hemm 3 applikazzjonijiet tal-2005 li għadhom mingħajr medical reports u 5 applikazzjonijiet li daħlu f'din is-sena skolastika.
Informat li qed isir xogħol biex dawn jingħataw l-għajnuna meħtieġa.