Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati Maltin humiex se jgħinu fl-ispejjeż tal-funeral ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Pembroke li miet dan l-aħħar kif soltu jsir meta jmutu membri tal-Forzi Armati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta qatt ma għenu fl-ispejjez tal-funeral minn fondi pubbliċi. Tajjeb ngħid li tezisti skema kontributorja volontarja liema skema tgħin f’ċirkustanzi simili. Izda il-persuna kkonċernata ma kienetx tagħmel parti minn din l-iskema.

Xagħra l-Ħamra — Golf course

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta beħsiebu jxandar ir-rapporti li saru lill-gvern dwar għandhiex issir korsa tal-golf fix-Xagħra l-Ħamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #22529 Sitting 475 2006-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Pjan nazzjonali tat-turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tar-rakkmandazzjonijiet li għamlu l-grupp konsultattiv tat-turiżmu biex jidħlu fil-pjan nazzjonali tat-turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħalissa għaddejja diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Grupp Konsultattiv fuq kif u liema mir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-istess Grupp għandhom jiġu integrati fil-Pjan Nazzjonali għat-Turiżmu.
Leg 10 PQ #22530 Sitting 475 2006-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Pjan nazzjonali tat-turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jxandar ir-rapport li sar lill-gvern mill-grupp konsultattiv tat-turiżmu dwar il-miżuri li l-gvern irid jieħu permezz tal-pjan nazzjonali tat-turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 22529.

Tas-Sliema — Żbroff ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi urġenti se jittieħdu biex jiġu solvuti l-problemi serji li qed ibatu residenti fi Triq Viani f'Tas-Sliema li qed ikollhom id-drenaġġ jiskula għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se tagħmel spezzjoni (CCTV) tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa.

Ftehim ma' l-Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Minsitru tgħid meta se tittieħed deċiżjoni li l-awtorita' tad-djar tonora l-ftehim li ffirmat fit-18 ta' Novembru, 2004 mal-koppja li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament minn San Ġiljan, li jingħataw għajnuna ta' Lm470 u minflok ingħataw Lm350?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata illi f'qasir żmien, l-Awtorita' tad-Djar ser tibgħat ċekk lil persuna konċernata, ekwivalenti għall-bilanċ dovut skond il-ftehem iffirmat mal-Awtorita' tad-Djar fit-18 ta' Novembru 2004.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22329 u jgħid jekk il-Forzi Armati Maltin humiex se jgħinu fl-ispejjeż tal-funeral ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Pembroke li miet dan l-aħħar kif soltu jsir meta jmutu membri tal-Forzi Armati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li tweġiba għall-din il-mistoqsija parlamentari diga giet mogħtija f’mistoqsija parlamentari numru 22329.

Maltacom — Servizz tat-telefon

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-awtorita' Maltija għall-kommunikazzjoni biex tipproteġi l-ġid ta' 400 abbonat tal-Maltacom fl-inħawi ta' San Ġiljan li ilhom żmien imċaħħda mis-servizz tat-telefon għax xi kuntrattur għamel ħsara fil-cable? Meta se ssir it-tiswija meħtieġa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qabel ma saret din id-domanda parlamentari, l-Awtorita' Maltija għall-Kommunikazzjoni ma rċiviet l-ebda lment minn jew f'isem l-abbonati msemmija.

ADT — Liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-awtorita' dwar it-trasport (ADT) milli ġġedded lill-persuna minn B'Kara, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, il-liċenzja 01 tas-sewqan ta' coaches u mini-vans maħruġa fl-10/05/04 li sservih bħala mezz ta' għajxien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jinforma lil din il-persuna sabiex tikkuntatja lid-Direttur tad-Direttorat dwar it-Trasport Pubbliku fl-Awtorita' dwar it-Trasport biex jistudja il-każ.

Air Malta — Ajruplani

Question

Bħalissa l-Air Malta kemm għandha ajruplani li qed tillisja għal titjir f'pajjiżi oħra? Xi ħsieb hemm matul is-sena li ġejja li l-Air Malta tillisja ajruplani oħra barra minn Malta? X'effett huma maħsuba li jħallu fuq seat capacity f'rotot differenti għal min irid jiġi f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #22525 Sitting 474 2006-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Marketing fil-Ġermanja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kampanja ta' marketing hemm maħsub li ssir mill-awtorita' Maltija għat-turiżmu fil-Ġermanja? Meta se tibda din il-kampanja? X'se jkun is-seat capacity fuq ir-rotta Ġermanja-Malta matul is-sena li ġejja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-attività ta’ marketing mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta fil-Ġermanja, u l-istess f’pajjiżi oħra, hija kontinwa. Fl-2007, konxji mix-xejra pożittiva li qegħdin igawdu l-Gżejjer Maltin fis-suq Ġermaniż, ħejjejna pjani sabiex insaħħu u nintensifikaw il-ħidma u l-preżenza tagħna fis-suq. Dawn il-pjani jinkludu parteċipazzjoni fil-fieri ewlenin tat-Turiżmu u l-organizzazzjoni ta’ workshops u roadshows b’aċċenn partikolari fuq il-promozzjoni tad-diversi segments li joffri l-prodott turistiku Malti. Għas-sena 2007, l-Awtorità qegħda tħejji wkoll programm vast ta’ PR b’inizjattivi ġodda mmirati li jilħqu u jippenetraw firxa dejjem ikbar tas-suq Ġermaniż. Apparti dan kollu li semmejt, il-kampanji ta’ pubbliċita' se jkunu parti integrali mill-pjani ta’ l-Awtorità, b’iżjed flus jiġu allokati għal pubbliċita' flimkien ma’ l-operaturi, bil-għan li l-pubbliċita' tagħna tkun dejjem iżjed sales driven. Ma’ l-operaturi Ġermaniżi ppjanajna wkoll diversi attivitajiet promozzjonali oħra li jilħqu kemm lill-aġenti ta’ l-ivvjaġġar kif ukoll il-pubbliku in ġenerali. Għas-Sajf 2007 hemm pjani ta’ żieda fit-titjiriet mill-Ġermanja mill- Air Malta kif ukoll titjiriet ġodda mill-kumpanija Ġermaniża, German Wings .

Surcharge fuq kontijiet tad-dawl

Question

Issa li s-surcharge tniżżlet minħabba tnaqqis fil-prezz taż-żejt, jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jbaxxi l-cappingtal-prezz tad-dawl fuq il-lukandi u li jdaħħal capping fuq il-kont tad-dawl tar-ristoranti li qed ibatu ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #22527 Sitting 474 2006-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-gvern jiddeċiedi dwar servizz regolari bl-ajru bejn Malta u Għawdex peress li iżjed ma jintilef żmien iżjed se jkun diffiċli għall-operaturi Għawdxin li jirriklamaw vaganzi f'Għawdex fix-xitwa u s-sajf li ġej?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pulizija — Investigazzjoni ta' każi dwar kunsilliera u sindki

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum kemm kien hemm każi nvestigati mill-pulizija dwar ħidma ta' kunsilliera u sindki wara rapporti ta' irregolaritajiet fl-operat tagħhom fil-kunsilli lokali? Jista' jagħti l-lista tal-kunsilli lokali kollha fejn saru dawn l-investigazzjonijiet? Kemm kellu każi kull kunsill lokali u kemm minn dawn il-każi tressqu l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx mill-Pulizija taħt forma ta' statistika.

Mellieħa — Dwal pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu d-dwal pubbliċi fl-inħawi li sal-lum għadhom mudlama f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa, peress li hemm ħafna dwal x'jitwaħħlu u l-kunsill lokali tal-Mellieħa m'għandux il-budget meħtieġ u allokat għal dan il-għan biex isiru d-dwal pubbliċi meħtieġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi r-responsabbilta għat-twaħħil ta' l-imsemmija bozoz hi tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, l-Enemalta tkun qed tikser il-liġi kemm il-darba twaħħalhom hi.

Mellieħa — Kamra tas-Sajjieda

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ fuq il-bini magħruf bħala "il-kamra tas-sajjieda" fl-Għadira tal-Mellieħa peress li hemm periklu kbir minħabba ħsarat strutturali fis-saqaf u l-ħitan tal-bini?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi dan l-aħħar sar xogħol biex jitneħħa l-periklu fuq il-bini magħruf bħala “il-Kamra tas-Sajjieda” fil-Mellieħa u ser toħroġ sejħa għall-offerti f’isem il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent sabiex ix-xogħlijiet meħtieġa jsiru mill-aktar fis possibbli.

Ħwienet fil-Gżira u Birżebbuġa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ħwienet fil-Gżira u Birżebbuġa li isimhom qed jintbagħat separatament, għandhomx il-permessi meħtieġa biex idoqqu mużika tgħajjat sa l-4.00 a.m. peress li ġirien fl-inħawi lmentaw miegħi bi storbju fis-sigħat tard ta' bil-lejl u bikrin ta' fil-għodu li qed iħarbat il-ħajja tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Kif ġa kelli l-okkażżjoni nispjega, il-liċenzji tan-negozju imsemmi, m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, dwar l-ewwel parti, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi, għalkemm ma jirriżultax illi kien hemm xi lmenti mal-Pulizija dwar l-ewwel ħanut imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija tagħmel spezzjonijiet f'dan il-ħanut u tieħu passi kull meta jirriżulta li jkun hemm xi ksur tal-liġi. Dwar il-ħanut l-ieħor kien hemm diversi lmenti mal-Pulizija, pero' f'dan il-każ ukoll il-Pulizija ħadet il-passi skond il-liġi.

Mellieħa — Skola Primarja

Question

Tista' il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada tagħmel ix-xogħol meħtieġ ta' tqattigħ ta' blat fl-iskola primarja tal-Mellieħa biex jintrebaħ l-ispazju meħtieġ fil-bitħa ta' l-iskola biex isir mini-pitch tal-football u hekk ma jintilfux il-fondi li tat il-UEFA permezz ta' l-MFA lill-Mellieħa Sport Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-blat li għalih qed jirreferi l-Onor. Membru ma jiffurmax parti mill-għarja ta' l-iskola u għallura ma jistax ikun soġġett ta' xogħol li jista' jiġi allokat lill-FTS.

Mellieħa — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol fuq il-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa li ilha mwiegħda snin twal u ma sar xejn dwarha s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa qiegħed fl-Adjudication Processgħaldaqstant l-allegazzjoni li ma sar xejn dwarha hija żbaljata.

Technology Part I — Exam paper II

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'wassal biex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġie nformat fis-7 ta' Novembru 2006 li wara li talab reviżjoni tal-karta kien għadda minn Paper II Technology Part I? Għaliex m'għaddiex mill-ewwel? X'sar minnha l-karta tiegħu fejn wieġeb fl-eżami? Kif se jsir l-interview miegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li, f’dan il-każ partikulari, bi sviżta, parti minn mistoqsija nqabżet minn eżaminatur bil-konsegwenza li t-total tal-marki fuq din il-mistoqsija kien inqas milli suppost. Informat li wara li dan l-iżball ġie aġġustat, it-total tal marki tal-kandidat ġie jammonta eżattament għal ħamsin marka, li huwa l-minimu preċis sabiex wieħed jiġi kkonsidrat li għadda mill-eżami. Il-proċedura normali hi li l-karti kollha ta’ l-eżami jingħalqu f’post sigur. Il-karta ta’ l-eżami ta’ dan il-kandidat partikulari, u ta’ kull kandidat li jitlob reviżjoni, tinżamm fil-file taħt kunfidenzjalita. Bi qbil mal-kandidat msemmi, l-interview għandu jerġa jsir bl-istess mod kif sar mal-kandidati kollha f’data fil-futur qarib.