Legislature:
Category:
Reset
Active:

ADT — Kaz ta' koppja anzjana

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 23603 jista' jgħid x'passi konkreti ttieħdu mindu r-rakkmandazzjonijiet tal-ADT ġew mgħoddija lill-kunsill lokali għal kummenti tagħhom biex jiġu ndirizzati l-problemi tal-koppja anzjana?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ta' l-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li għad m'hemmx risposta mill-Kunsill Lokali Sliema għas-suġġerimenti sottomessi mit-Taqsima.

Pembroke — Tiswija ta' faċċata

Question

Jistgħu jsiru t-tiswijiet meħtieġa fuq il-faċċata tal-bini li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba tal-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-investigazzjoni u azzjoni meħtieġa.

Skola Sir Luigi Preziosi — Studenta

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22951 xahar ilu, jista' jgħid fejn wasal il-proċess ta' ri-evalwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenta konċernata tinsab fi klassi b'numru zgħir ta' studenti fejn tista' tingħata attenzjoni partikolari peress li ma jidhirx li hemm bzonn l-assistenza ta' facilitator. Tajjeb li l-ġenituri jsegwu l-kaz b'appuntament mal-koordinaturi tan-Network ta' l-Edukazzjoni Inklussiva u l-iSkejjel Speċjali fiċ-Ċentru l-Ħamrun. Ser ngħaddi l-Onor. Membru n-numru tat-Telefon fejn jista' jsir l-appuntament.

Ezenzjoni ta' surcharge

Question

Jista' jiġi vverifikat jekk il-koppja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hix eliġibbli biex ma tħallasx surcharge fuq id-dawl u l-ilma għax tgħix fuq il-benefiċċji soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-koppja ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

HSBC — Call centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja ngħata l-Bank HSBC mill-Malta Enterprise biex jiftaħ il-call centre tiegħu f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Malta Enterprise tipprovdi assistenza lill-intrapriżi li jikkwalifikaw taħt il-Business Promotion Act skond kriterji stabbiliti fl-istess Att u fir-Regolamenti (Business Promotion Regulations). L-informazzjoni mitluba hija koperta bis-segretezza uffiċċjali a tenur l-Artkolu 33 tal-kap. 325 tal-Liġijiet ta' Malta.
Leg 10 PQ #23856 Sitting 497 2007-02-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorija Maltija tat-Turiżmu

Question

Fejn se tintbagħat it-taqsima tal-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu li bħalissa topera fil-Palazz Spinola? F'liema indirizz se tkun topera? B'liema kera u kundizzjonijiet inkiseb il-bini ġdid?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 23716.

Lukandi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mid-dipartimenti u entitajiet responsabbli biex impjegati ma' lukandi li ilhom tliet xhur ma jitħallsu pagi, bonus u allowances, jibdew jitħallsu dak li hu dovut lilhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru hu ġentilment mitlub jinforma anke konfidenzjalment liema huma dawn il-lukandi li l-impjegati tagħhom ilhom ma jitħallsu għal tlett xhur biex b’hekk id-Dipartiment ikun jista’ jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu dwar dawn il-każijiet.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' jiġi verifikat jekk iż-żewġ persuni, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, humiex jieħdu l-benefiċċji soċjali kollha li huma ntitolati għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna adulta ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

San Pawl il-Baħar — Limbordin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23604 għal skedar ta' proprjeta' mħabbra fid-19 ta' Diċembru 2006 fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 1070 għall-inħawi ta' Simar mit-Triq tal-Miżieb sa Xatt il-Pwales, jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkollu dan l-iskedar fuq it-triq il-ġdida li qed tiġi ppjanata fil-Limbordin u li se jikkonsisti fil-qerda ta' raba' saqwi u tħaffir ta' mina taħt ix-Xagħra ta' l-Għansar li tħarbat l-ilma tal-bdiewa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-iskedar ta' proprjetá, kif ġie mħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 1070 fid-19 ta' Diċembru 2006, joffri protezzjoni lill-ambjent naturali f'din iż-żona tax-Xemxija, partikolarjament lir-Riserva Naturali tas-Simar (li tikkonsisti f'sistema ta' għadajjar salmastri) u s-sies u x-xagħri fl-inħawi tax-Xagħra ta' l-Għansar. Ir-raba' u l-masġar tal-madwar ġew skedati bħala buffer zones biex jiżguraw il-protezzjoni tas-Simar u x-Xagħra ta' l-Għansar. L-iskedar jibni fuq id-dikjarazzjoni ta' l-istess sit bħala 'Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni’ skond it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-Konservazzjoni ta’ Ambjenti Naturali u ta’ Fawna u Flora Selvaġġi. Madankollu l-linja ta’ l-iskedar testendi ‘l barra miż-Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni sabiex tinkorpora bis-sħiħ il-masġar u s-sies fix-Xagħra ta' l-Għansar. Kull proposta ta’ żvilupp fiż-żona skedata, kif ukoll fiż-Żona Specjali ta’ Konservazzjoni, għandha tiġi evalwata skond l-impatti tagħha fuq l-ambjent naturali li jistgħu jinkludu impatti fuq il-pajsaġġ, il-ġeoloġija u l-ekoloġija ta’ din iż-żona. Partikolarjament għandhom jiġu evalwati l-impatti kemm diretti kif ukoll indiretti fuq l-għadajjar tas-Simar, is-sies u x-xagħri, u l-ambjenti u l-ispeċi assoċjati magħhom. Il-paragrafi 15.34 sa 15.40 ta’ l- Explanatory Memorandum tal-Pjan ta’ Sruttura ta’ Malta jagħtu gwida dwar il-livell u t-tip ta’ protezzjoni meħtieġa u għaldaqstant ta’ liema żviluppi jistgħu jiġu kkunsidrati jew le. B’hekk, jekk il-mod kif it-triq tkun proġettata ikun ser ikollu impatti negattivi fuq l-aspetti naturali msemmija hawn fuq, din m’għandhiex tiġi kkunsidrata fiż-żona skedata. Madankollu huwa dejjem importanti li t-tfassil tat-triq u tar-rotta minn fejn din tgħaddi jevita jew inaqqas kemm jista’ jkun l-impatti fuq l-ambjent ferm sensittiv ta’ l-inħawi, kemm jekk dawn ikunu skedati u kemm jekk le.

San Pawl il-Baħar — Limbordin

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 23509 u 22918 jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jitħarsu l-bdiewa li għandhom ir-raba saqwi fl-inħawi u se jintlaqtu ħażin mit-triq il-ġdida fil-Limbordin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li qiegħed nagħti għal Mistoqsija Parlamentari Nru 23847.

San Pawl il-Baħar — Limbordin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23512 jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-mina li qed tiġi proposta għat-triq ġdida fil-Limbordin (ara tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22918) ma ssirx ħalli ma jitħarbatx l-ilma ġieri ta' taħt l-għolja tax-Xagħra ta' l-għansar li l-bdiewa tant għandhom bżonn?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23512 rigward l-impatt tal-mina proposta fuq l-ilma tal-pjan, dan jagħmel parti minn l-istudju tal-impatt ambjentali tal-proġett propost. Dan l-istudju flimkien ma konsiderazzjonijiet tekniċi oħra, jiddeterminaw jekk jitwettaqx dan il-proġett. Mhux opportun illi nagħtu risposta għal dawn il-mistoqsijiet qabel ma jiġu konklużi dawn l-istudji.
Leg 10 PQ #23850 Sitting 496 2007-02-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Turisti Russi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23513 jista' l-Ministru jgħid x'inhu mistenni jiġri f'dan il-qasam sal-aħħar tas-sena 2007?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 23643, f'seduta 494.

Buġibba — St Anthony Street

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23510 jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku biex tagħlaq St Anthony Street, f'Buġibba? X'jiġri fil-każ li r-residenti jkollhom bżonn ambulanza jew fire engine għal xi emerġenza f'din it-triq? Kif se tkun aċċessibbli din it-triq f'każ ta' emerġenza?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Applikazzjoni għall-akkomodazzjoni

Question

X'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġabet 50 punt biss meta din qed ikollha torqod fuq sufan f'salott f'dar fejn jgħixu disa' persuni li mhix spazjuża biżżejjed għalihom lkoll?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna ndikata m'għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Sussidju

Question

Ir-residenti li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, huma ntitolati għal sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma peress li jgħixu biss bil-benefiċċji soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili, anki b'mod kunfidenzjali, aktar dettalji minbarra l-indirizz, biex il-każ ikun jista jiġi nvestigat.

San Ġiljan — Ġrieden ħdejn appartamenti tal-gvern

Question

Jistgħu jittieħdu passi minn uffiċjali tas-Sanita' biex jinqerdu l-ġrieden li hemm jiġru ħdejn blokki ta' appartamenti f'Ta' Ġiorni, San Ġiljan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għamlu trattament intensiv fl-akkwati msemmija fit-2 ta' Frar 207. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni. Ninforma wkoll illi t-Taqsima Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika rċiviet ilment wieħed biss dwar dawn l-akkwati matul ix-xahar ta' Jannar 2007.
Leg 10 PQ #23642 Sitting 494 2007-02-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu mir-Russja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-evalwazzjoni tal-ministeru dwar l-impatt ta' l-obbligi tal-ftehim ta' Schengen fuq it-turiżmu mir-Russja lejn Malta? X'passi qed jittieħdu biex ma nitilfux mit-turisti Russi li qed jiġu lejn Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi t-tibdil fir-reġim tal-visa skond il ftehim ta' Schengen, ser ikun ifisser li individwi li japplikaw għal visa minn kwalunkwe pajjiż marbut b'dan il-ftehim, issa jkunu jistgħu iżuru Malta. Dan jiftaħ opportunitajiet akbar għal Malta sabiex tattira aktar turisti minn pajjiżi bħar-Russja. Ovvjament arranġamenti temporanji li kienu jeżistu s'issa bħal Visa on Arrival, se jiġu terminati għaliex turisti mir-Russja issa se jkollhom faċilita' aktar komda sabiex jorganizzaw il-formalitajiet ta' l-ivjaġġar tagħhom b'aktar effiċjenza u kumdita'.
Leg 10 PQ #23643 Sitting 494 2007-02-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Turiżmu mir-Russja

Question

Meta se jiddaħlu l-miżuri ta' l-obbligi ta' Schengen fuq ir-Russja? X'passi se jittieħdu biex dawn il-miżuri ma jolqtux ħażin il-volum ta' turisti Russi lejn Malta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miżuri ta' l-obbligi ta' Schengen huma mistennija li se jiddaħħlu fl-aħħar ta' din is-sena meta se jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni. L-Awtoritajiet tat-Turiżmu jipprevedu li s-Schengen Visa għandha tgħin biex ikun hemm aktar faċilita partikolarment fl-ivvjaġġar ta' turisti mill-pajjizi tas-Schengen u ta' turisti minn pajjizi terzi li jkunu qed izuru pajjizi oħrajn fis-Schengen area. L-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin qed issaħħaħ l-operat tal-ħruġ tal-visas fl-Ambaxxati u Konslijiet ta' karriera ta' Malta f'pajjiżi terzi, sabiex jkunu jistgħu jilqgħu għall-volum ta' turisti minn dawn il-pajjiżi. Apparti dan il-Ministeru kkonkluda wkoll Trattat ta' l-Awstrija li gie in vigore f'Awissu s-sena l-oħra u fejn il-ħrug tal-visas għal-Malta, f'diversi pajjizi terzi diġa qegħdin jiġu pproċessati u maħruġa mill-Ambaxxati u Konsolati Awstrijaċi. Qed nistennew ukoll ir-ratifika mill-Italja ta' Trattat simili ma l-Italja li diġa' huwa iffirmat u għandu wkoll kopertura wiesgħa bħal dik ta' l-Awstrija.
Leg 10 PQ #23645 Sitting 494 2007-02-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Turiżmu

Question

Liema pajjiżi se jkunu obbligati li jdaħħlu l-miżuri tal-Ftehim ta' Schengen fix-xhur li ġejjin? Meta se jidħlu dawn il-miżuri? X'effetti se jħallu fuq it-turiżmu lejn pajjiżna?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri responsabbli.

Sussidju fuq il-kera

Question

Tista' l-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jaġġustawlha s-sussidju fil-kera 'il fuq issa li dalwaqt se togħla u żgur mhux se tkun tista' tlaħħaq mal-kera l-ġdida jekk ma jogħliex is-sussidju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tibbenefika mis-sussidju massimu kif ukoll minn għotja addizzjonali ta’ Lm50 fis-sena peress li hi persuna b’diżabilita’. Ninsab infurmata wkoll li dan is-sussidju jmissu jiġi rivedut f’Ottubru 2008.