Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #24655 Sitting 511 2007-03-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed issir evalwazzjoni ta' l-effetti fuq pajjiżna lill-merger tal-first choice u Thomson? X'passi qed jittieħdu biex nilqgħu għal dawn l-effetti fuq it-turiżmu tagħna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-għaqda bejn il-First Choice u Thomson qiegħda tkun evalwata f'dawn il-ġranet mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu. L-Awtorita' miexja l-quddiem fil-pjani ma' dawn l-operaturi, mhux biss għal din is-sena, imma wkoll għas-snin li ġejjin.

Pembroke — Sistema tad-drenaġġ

Question

Tista' l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tispostja l-parti pubblika tas-sistema tad-drenaġġ minn appartament li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jiġi evitat kull inkonvenjent għall-familja li tgħix f'dak il-bini?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tistudja l-possibilita’ li tiġi spostjata s-sistema tad-drenaġġ imsemmija.
Leg 10 PQ #24658 Sitting 511 2007-03-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Online booking

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex fil-portal ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu jidħol tagħrif u faċilitajiet għal booking on line għal stabbilimenti self-catering, għax bħalissa mhumiex hemm u qed jitilfu ħafna bookings u negozju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi dawk il-kategoriji ta' akkomodazzjoni turistika li bħalissa mhumiex preżenti fuq il-portal ta' l-Awtorita' Maltja tat-Turiżmu se jiġu introdotti fil-ġimgħat li ġejjin, kif kien maħsub fil-pjan oriġinali ta' implimentazzjoni. Ix-xogħol fuq dan diġa' beda u qed jingħata prijorita' sabiex jitlesta fl-iqsar żmien possibli. Il-portal se jinkludi lista ta' l-istabbilimenti ta' l-akkomodazzjoni, mqassma skond il-kategorija, kif ukoll konnessjoni diretta permezz ta' link ma' l-indirizz tal-e mail u mas-sit elettroniku ta' l-istabbiliment. Hemm il-ħsieb li, aktar 'il quddiem, dawn ukoll jiddaħħlu fis-sistema ta' l-online booking tal-portal, simili għall-dik tal-lukandi.

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Għoti ta' art

Question

Jista' l-gvern jgħaddi lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni art maġenb il-bitħa ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa biex ikunu jistgħu jsiru faċilitajiet sportivi fosthom mini pitch b'turf artifiċjali li għalih hemm fondi mill-UEFA?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma rċeviet l-ebda talba mingħand id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni dwar il-biċċa art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Meta ssir tali talba t-Taqsima tkun tista' tagħtiha l-kunsiderazzjoni xierqa.

Urban Improvement Fund

Question

Matul is-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid liema proġetti f'Malta u Għawdex saru b'fondi (in parti jew totali) ta' l-Urban Improvement Fund tal-MEPA? Liema proġetti se jiġu ffinanzjati minn dan il-fond matul is-sena 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Mellieħa — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex tibda tinbena d-dar għall-anzjani fil-Mellieħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fażi ta' aġġudikazzjoni tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa issa tlestiet u kollox jinsab għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-kunsiderazzjoni tagħhom.

Mellieħa — Misraħ iż-Żjara tal-Papa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA biex ikun jista' isir il-proġett tat-tisbiħ tal-Misraħ iż-Żjara tal-Papa fil-Mellieħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li permess ta’ l-Iżvilupp PA 2671/03 għat-tisbiħ ta’ Misraħ iż-Żjara tal-Papa fil-Mellieħa nħareġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fis-17 ta’ Ġunju 2004 lis-Sur Carmel Debono f'isem il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Sussegwentement, sar appell minn terzi quddiem il-Bord ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar kontra l-ħruġ ta' dan il-permess u dan għadu mhuwiex deċiż.

Mellieħa — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni se tittieħed dwar toroq tas-Cenmed f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa? It-toroq se tagħmilhom is-Cenmed jew tagħmilhom l-ADT bi flus is-Cenmed?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejin taħdidiet bejn is-Cenmed u l-ADT biex tittieħed pożizzjoni dwar it-toroq tas-Cenmed f’Santa Marija Estate.
Leg 10 PQ #24522 Sitting 508 2007-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-ħruġ tad-duħħan miċ-ċumnija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jaffettwax b'xi mod jew ieħor il-hyperbaric unitli ġiet installata? X'effett qed ikollu u x'passi qed jittieħdu biex jiġi ndirizzat dan l-effett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru għal Għawdex qabbad espert biex jistudja jekk iċ-ċumnija ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex hux qed ikollha effett fuq ir-recompression chamber li għadha kif ġiet stallata. Bħalissa qed isiru t-testijiet meħtieġa.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' single mother li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal akkomodazzjon soċjali peress li biex ikollha saqaf fuq rasha u ż-żewġ uliedha toqgħod mal-familja tal-ġenituri tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant m'għandiex applikazzjoni attiva mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lil din il-persuna biex tmur it-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment.

ADT — Files

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm files mitlufa fl-awtorita' dwar it-trasport ta' persuni li xtraw karozzi minn barra u applikaw għal number plates lokali? Kif intilfu dawn il-files? X'passi se jittieħdu biex jinstabu dawn il-files?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta' Malta m'għandhiex files mitlufa ta' persuni li xtraw karozzi minn barra u applikaw għal number plates lokali.

Pilloli Atacard

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni li huma ntitolati għall-pilloli (kontra l-pressjoni) bl-isem ta' Atacard mhumiex isibuhom mis-servizz nazzjonali tas-saħħa? Meta se jkunu jistgħu jsibu dawn il-pilloli li bil-prezz ta' Lm17-il waħda żgur ma jaffordjawhomx ħafna anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li dawn il-pilloli issa jinstabu fl-ispiżeriji tal-Gvern.

Manoel Island — servizz ta' ilma, drenaġġ u elettriku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24089 u jgħid xi studji saru biex jiġi evalwat jekk is-servizzi ta' l-ilma, drenaġġ u ta' l-enerġija elettrika humiex biżżejjed għaż-żieda qawwija f'appartamenti ġodda li telgħin jew se jitilgħu fl-inħawi ta' Manoel Island, il-ponta ta' Tigne', Pender Place u Fort Cambridge Square?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 24190.
Leg 10 PQ #24266 Sitting 506 2007-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' l -Ministru jgħid xi proċeduri ntużaw biex il-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħażel għal xogħol għall-awtorita' Maltija tat-turiżmu? Jista' jgħid ġewx avviċinati individwi/kumpanniji għall-istess xogħol? Fuq liema bażi ntagħżlet il-kumpannija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi minħabba n-natura urġenti tax-xogħol kif indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24267, din il-kumpannija tqabbdet permezz ta' direct order li ngħatat a bażi ta' l-esperjenza u track record eċċellenti tagħha.
Leg 10 PQ #24267 Sitting 506 2007-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet saru jew iridu jsiru lill-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għax-xogħol li għamlet għall-awtorita' Maltija tat-turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-kumpannija msemmija ingħatat ħlasijiet kif ġej: Lm 742; Lm 1,000; Lm 2,318 u Lm 61 biex jiġi ppreparat rapport fuq l-istruttura tal-marketing ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu. Dan l-inkarigu ingħata minħabba li nħass il-bżonn urġenti ta' re-engineering estensiv tal-mod kif jopera l-marketing fl-MTA biex jiġi assikurat li l-bidliet msemmija jsiru sa tmiem l-2006 sabiex jibda jinħass l-impatt immedjat tagħhom fl-2007.
Leg 10 PQ #24269 Sitting 506 2007-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Malta Song Board — Membri/chairperson

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-membri u chairperson tal-Malta Song Board 2005/2006 u 2006/2007? Jista' jagħti l-ħlasijiet, salarji, allowances kollha li ħadu/jieħdu tul il-ħatra tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Leg 10 PQ #24270 Sitting 506 2007-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Proġetti turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-proġetti turistiċi li se jsiru f'Malta u Għawdex b'fondi ta' l-Unjoni Ewropea matul din is-sena? Jista' jgħid kemm se jintnefqu fuq kull proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-proġetti turistiċi li l-finanzjamenti tagħhom mill-Unjoni Ewropea huwa diġa magħruf u deċiż huma kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dawn ma jinkludux proġetti li jistgħu jiġu ko-finanzjati mill-Programm ta' Fondi Strutturali għal matul is-snin 2007-2008 kif indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 24086. Isem tal-Progett Agenzija li qed timplimenta l-progett Valur tal-Progett European Destinations of Excellence (European Commission – DG Enterprise and Industry, Tourism Unit) Ministeru ghat-Turizmu u l-Kultura Lm28,000 Jinkludi Ko-finanzjament mill-Kummissjoni Ewropea ta’ 50% Tourism and Support Services Training Programme (European Social Fund) Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu Lm 159,300 (Lm89,598 matul 2007) Jinkludi kofinanzjament mill-Fond Socjali Ewropew (ESF) ta’ 75% Hagar Qim and Mnajdra Conservation and Interpretation Project Heritage Malta Lm 2,134,305 Jinkludi kofinanzjament mill-Fond Ewropew ghall-Izvilupp Regjonali (ERDF) ta’ 63% Empoka (Intelligent Energy Europe Programme) Fondazzjoni Temi Zammit b’ghajnuna finanzjarja ta’ l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu (il-progett ghandu numru ta’ partners barranin, u l-valur shih tal-progett jirrifletti l-valuri allokati lill-partners kollha) L-ghajnuna ta’ l-MTA tammonta ghal Lm30,000 fuq it-tliet snin tal-progett 2006-2008 (Lm10,000 matul 2007) Jinkludi Ko-finanzjament mill-Kummissjoni Ewropea ta’ 50%