Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akkomodazzjoni diċenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-applikazzjoni għal akkomodazzjoni diċenti tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li flimkien mal-mara u t-tlett itfal jgħix f'post ċkejken sub-standard, bil-mara diżabbli u ilu jistenna 18-il sena mindu applika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Ċensiment 2005

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jixxandar ir-riżultat taċ-ċensiment tas-sena 2005, speċjalment dak dwar djar u akkomodazzjoni vakanti peress li t-tagħrif hu kruċjali għal sorveljar dwar is-suq tal-proprjeta' f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess biex jinħarġu r-riżultati finali taċ-Ċensiment huwa twil, għaliex l-ewwel trid tiġi assigurata l-enumerazzjoni sħiħa ta’ kulħadd. Fil-fatt dan il-proċess ħa numru ta’ xhur. Sar ukoll proċess sħiħ ta’ ġbir ta’ tagħrif li ngħata nieqes kif ukoll il-proċess ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalita tat-tagħrif li nġabar. Bħalissa qegħdin jinħarġu r-rapporti finali u hu mistenni li r-riżultati finali kollha taċ-Ċensiment 2005 jixxandru iktar tard din is-sena.

Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament m'għadhiex tieħu s-sussidju fuq is-surcharge tad-dawl u ilma kif kienet tieħu qabel meta ma kienx hemm bidla fid-dħul tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Talba għal Għajnuna Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jinvestiga l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandu wġiegħ kbir f'dahru, ma jistax jaħdem u ma jistax jirreġistra, biex tinħariġlu għajnuna soċjali biex ikun jista' jgħix?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 10 PQ #26449 Sitting 534 2007-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26359 u cioe': B'referenza għall-financial estimates2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra jista' jagħti breakdown ta' kif u lil min tħallsu Lm81,476 għas-sena 2005 u Lm91,285 għas-sena 2006 imniżżla bħala management remuneration f'paġna 17?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' Lm81,476 għas-sena 2005 u l-ammont ta' Lm91,285 għas-sena 2006 tħallsu lid-Diretturi, lis-CEO u lill-Executive Chairman għall-qadi tad-dmirijiet u t-twettiq ta' l-obligazzjonijiet tagħhom lejn l-Awtorita' tat-Turiżmu.
Leg 10 PQ #26450 Sitting 534 2007-06-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26358 u cioe : Peress li fil-financial estimates 2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'paġna 17 taħt 13. Staff Costs and Employee Information jingħad li n-nefqa ta' Lm1,932,404 (sena 2005) niżlet għal Lm1,553,292 (sena 2006) għax in-numru ta' mpjegati niżel minn 198 fis-sena 2005 għal 149 fis-sena 2006, jista' jgħid kemm mit-tnaqqis fin-nefqa u fin-numru ta' mpjegati jirriżulta: mill-għeluq ta' uffiċini f'pajjiżi oħra mill-iskema ta' rtirar kmieni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-għeluq ta' tmintax -il uffiċċju barra minn Malta irriżulta fi tnaqqis fin-nefqa ta' Lm307,849 u li l-irtirar ta' disa' impjegati naqqas in-nefqa b'Lm71,263. Matul l-2005 numru ta' impjegati każwali li ġew ingaġġati ma' l-Awtorita' għall-perjodu qasir ta' żmien , fejn taw is-servizz tagħhom fid-dipartiment ta' l-events kienu irrapurtati man-numru ta' impjegati. Matul l-2006 dawn l-impjegati ma kienux irrapurtati.

WSC — Problemi tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xahar x'għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tindirizza l-problemi tad-drenaġġ li jiskula fil-kantini u jnitten id-djar ta' parti min-naħa ta' ġewwa ta' Triq Viani f'Tas-Sliema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-problema imsemmija kienet riferuta lill-Awtoritajiet Sanitarji għaliex instab illi hemm diversi intercepting chambers privati mizduda u jnixxu.

WSC — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tispezzjona partijiet fi Triq Frencesco Balbi, San Ġiljan fejn is-sistema tad-drenaġġ ma tlaħħaqx ma' l-ilma tax-xita, tfur fit-triq u minn dan il-post jitilgħu wkoll ħafna ġrieden? Jista' jinstab rimedju għal din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ mhux qiegħda biex tlaħħaq ma’ l-ilma tax-xita għax mhix iddisinjata biex tieħu dan l-ilma wkoll. Madankollu il-Korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-ilma se tagħmel tindif fil-mejn tad-drenaġġ biex din il-problema tittaffa.

Ċensiment 2005

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jixxandar ir-riżultat taċ-ċensiment tas-sena 2005, speċjalment dak dwar djar u akkomodazzjoni vakanti peress li t-tagħrif hu kruċjali għal sorveljar dwar is-suq tal-proprjeta' f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26429 Sitting 533 2007-06-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bugibba, Sliema u San Ġiljan — Kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex xogħlijiet ta' tħammil u kostruzzjoni f'inħawi ta' Buġibba, Sliema u San Ġiljan ma jkomplux iħarbtu n-negozju ta' stabbilimenti turistiċi u lukandi bħal Fortina u Rafael Spinola?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura bi qbil mall-BICC kull sena jieħu ħsieb li jippubblika avviż li hu ntenzjonat inaqqas l-iskomdu fiż-żoni kollha turistiċi matul ix- xhur tas-sajf. Minbarra dan, il-Ministeru ta s-sehem tiegħu fil-Building Regulations maħruġa din is-sena u li bħalissa qegħdin fi stadju ta’ konsultazzjoni pubblika. Bi ftehim mal-ADT u l-MHRA ġie msaħħaħ il-mod ta’ kif jingħataw il-permessi għall- trenching works f’żoni turistiċi matul ix-xhur tas-sajf biex jiġi minimizzat iċ-ċans li l-industrija tintlaqat ħażin.

Skemi ta' qbiela

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi skemi differenti ħarġu ta' qbiela fuq art agrikola lill-bdiewa u raħħala matul din is-sena mid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta'? Kemm se jkollhom iħallsu iżjed il-bdiewa u r-raħħala meta mqabbel ma' kemm kienu jħallsu qabel? X'effett se jkollha ż-żieda fuq il-vijabilita' tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' fi ħdan it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern matul din is-sena ma ħareġ l-ebda skema ġdida ta' qbiela fuq art agrikola tal-Gvern.
Leg 10 PQ #26362 Sitting 531 2007-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-aħħar ta' April 2007 l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha arretrati x'tiġbor f'liċenzji minn operaturi turistiċi? X'ammonti għandhom dovuta għas-sena 2005 u għas-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ April 2007, l-arretrati li kellha tiġbor l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu f’liċenzji minn operaturi turistiċi jammontaw għal Lm387,248. Id-Dettalji tagħhom jidhru hawn taht: Dettalji Ammont (Lm) 2006 220,230 2005 92,185 Qabel 2005 74,833

Cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'garanzija se tingħata l-kumpannija Taljana tal-cruiseliners li meta l-vapuri tagħha jidħlu fil-Port il-Kbir f'Ġunju u Lulju 2007 jkunu jistgħu jitrakkaw mad-deep water quay bla problemi bla ma jsibu containers jimblukkaw il-moll?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dejjem ittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiġi assigurat li kull vapur tal-passiġġieri, u mhux biss dawk Taljani, ikollu moll adekwat fejn isorġi. L-Awtorita’ Marittima dejjem rat li kull meta jintrabat bastiment tal-passiġġieri mad-DWQ ikun żgurat li jittieħdu l-prekawzzjonijiet kollha meħtieġa għas-sigurta` tal-bastiment u tal-passiġġieri. Infurmat ukoll li l-Awtorita` Marittima qedgħa fil-fażi li tistabilixxi pjani sabiex tiżdied il-kapaċita’ tad-Deep Water Quay u b'hekk ikunu jistgħu isorġu vapuri tal-passiġġieri akbar u li ta' spiss iżuru l-Port il-Kbir. Dan flimkien ma’ studji u pjani oħra sabiex jiżdiedu n-numru ta' mollijiet, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, sabiex inkunu nistgħu nkabbru din l-industrija tant importanti għal pajjizna.
Leg 10 PQ #26324 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Uffiċjal eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26270 u jgħid kemm huwa s-salarju ta' l-uffiċjal eżekuttiv ewlieni ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? X'pakkett ta' ħlasijiet u benefiċċji oħra għandu għall-funzjoni tiegħu fl-MTA? X'ħinijiet tax-xogħol għandu? Kemm qed iżomm kuntatt kontinwu ma' l-impjegati ta' l-MTA?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi s-salarju u l-pakkett ta' ħlasijiet u benefiċċji li għandu l-uffiċjal eżekuttiv ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu huwa kif ġej: salarju li jammonta għal Lm36,091 fis-sena bonus tal-Gvern Performance Bonus ħlas tat-telefon ċelulari u tad-dar (skond il-proċedura tal-MTA) Il-ħinijiet tax-xogħol tal-kap eżekuttiv huma dawk stipulati fil-kuntratt tax-xogħol, jiġifieri 40 siegħa fil-ġimgħa. Madankollu minħabba n-natura tal-kariga hija prassi illi l-kap eżekuttiv jaħdem siegħat li jmorru ferm 'l hinn mill-40 siegħa fil-ġimgħa, inkluż filgħaxijiet u weekends. Ninsab infurmat illi l-kap eżekuttiv tal-MTA qiegħed iżomm kuntatt kostanti u kontinwu mal-ħaddiema kollha ta' l-Awtorita', f'kull livell, min dak maniġerjali sa dak klerikali u ta' taħtu.
Leg 10 PQ #26358 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Peress li fil-financial estimates 2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'paġna 17 taħt 13. Staff Costs and Employee Information jingħad li n-nefqa ta' Lm1,932,404 (sena 2005) niżlet għal Lm1,553,292 (sena 2006) għax in-numru ta' mpjegati niżel minn 198 fis-sena 2005 għal 149 fis-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis fin-nefqa u fin-numru ta' mpjegati jirriżulta: mill-għeluq ta' uffiċini f'pajjiżi oħra mill-iskema ta' rtirar kmieni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26359 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

B'referenza għall-financial estimates2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra jista' jagħti breakdown ta' kif u lil min tħallsu Lm81,476 għas-sena 2005 u Lm91,285 għas-sena 2006 imniżżla bħala management remuneration f'paġna 17?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26360 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

B'referenza għall-financial estimates2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, min huma related parties msemmija f'paġna 24 li l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għandha tagħti Lm400,763 għas-sena 2005 u Lm883,285 għas-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi r-related parties imsemmija f'Paġna 24 tal-Financial Estimates 2007, li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha tagħti Lm400,763 għas-sena 2005 u Lm883,285 għas-sena 2006 huma kif ġej: Related Party 2006 (Lm) 2005 (Lm) Malta Marketing Co. Ltd 748,183 386,531 AirMalta plc 121,513 14,232 Dipartimenti tal-Gvern 13,589 - Total 883,285 400,763
Leg 10 PQ #26361 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-aħħar ta' April 2007 l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha arretrati x'tiġbor minn operaturi turistiċi? X'ammonti għadhom dovuti għas-sena 2005 u għas-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ April 2007, l-arretrati li kellha tiġbor l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu minn operaturi turistiċi esklużi l-liċenzji għas-snin 2005 u 2006 jammontaw għal Lm326,735. Id-dettalji jidhru hawn taħt : Dettalji Ammont (Lm) 2006 116,332 2005 90,059 Qabel 2005 120,344

Kiosks f'bajjiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kiosksf'Malta u Għawdex f'bajjiet li huma rreġistrati mad-Dipartiment tal-VAT?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartment tal-VAT ma jżommx informazzjoni separata ta’ kemm hemm kiosks f’bajjiet f’Malta u Għawdex.