Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jitħalla foreshore aċċessibbli għan-nies mad-dawra tal-kosta ta' Tigne fejn tiela' l-proġett tal-Midi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-foreshore sa wiesgħa ta' ħames metri kien ġie appożitament eskluż mill-art tal-proġett MIDI sabiex jitħalla aċċess għall-pubbliku mad-dawra tal-kosta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru regolamenti u standards xierqa u taħriġ serju addattat b'formazzjoni professjonali fil-qasam ta' l-investigaturi privati? Kemm hawn persuni liċenzjati li jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 15-il aġenzija privati li huma liċenzjati sabiex jipprovdu servizzi ta' investigazzjoni privata skond l-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali (Cap 389).
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna qed jagħti l-gvern lill-pazjenti morda bil-kanċer li jingħataw il-mediċinali 'Perceptin' li tiswa Lm1,065, kull darba? Hemm il-ħsieb li l-gvern jgħin iżjed lil dawn il-morda peress li l-prezz qawwi ta' din il-mediċinali jfisser li ħafna pazjenti ma jaffordjawhiex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nassumi li l-Onor Interpellant qed jirreferi għall-mediċina Herceptin.
Ninforma lill-Onor Interpellant li sa llum il-mediċina Herceptin mhix waħda minn dawk il-mediċini fil-formularju approvata għat-trattament tal-kanċer.
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tieħu passi biex ma tibqax tibgħat il-kontijiet tad-dar fi Triq Sant'Elena, Sliema lil min jgħix fir-residenza ta' ħdejha li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26895 u jgħid meta se ssir it-tiswija meħtieġa tal-binja magħrufa bħala "Il-Kamra tas-Sajjieda" fl-Għadira fil-Mellieħa għax se tkompli ssirilha ħsara kbira u b'periklu li taqa'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tiswija meħtieġ fuq “Il-Kamra tas-Sajjieda” fl-Għadira fil-Mellieħa ser jibda dalwaqt mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Tista' l-Ministru tara li l-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata b'kera biċċa mill-kuritur fuq in-naħa ta' wara tad-dar biex ikollha fejn tista' tagħmel kċina diċenti għax bħalissa jkollha tuża kamra li lanqas konnessjonijiet mad-drain ma jista' jkollha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra figuri dwar il-ħaddiema kollha ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, kemm f'Malta kif ukoll barra, kemm full-time, part-time, b'kuntratt u b'konsulenza u jgħid f'kull każ x'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onor Interpellant huma kif gej:
Impjegati barra minn Malta li huma mħallsin salarju bażiku mill-Payroll lokali - 2 (Diretturi Germanja u UK).
Impjegati barra minn Malta li huma mħallsin mill-ufficini ta' barra fil-Ġermanja u UK - 14 (3 Managers, 4 Co-ordinators, 7 Executives)
Impjegati lokali Full Time - 122. (5 Diretturi, 1 Konsultent, 14 Senior Managers & Heads, 10 Managers, 9 Assistant Managers, 38 Executives, 6 Divisional Secretaries, 25 Senior Clerks, 4 Clerks, 4 Messenger Drivers, 4 Housekeepers u 2 impressed drivers)
Impjegati Lokali Full bil-Kuntratt definit - 12 ( 2 Diretturi, 1 Manager, 5 Executives, 2 Senior Clerks u 2 Clerks)
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-livelli differenti ta' salarji, allowances u fringe benefitsoħra li jgawdu minnhom il-ħaddiema ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onor Interpellant huma kif gej:
Grad Salarju (Gross) Allowance Fringe Benefits Beneficcji
Lm Fis-Sena Taxxabbli Taxxabbli Oħra
Diretturi Lokali 11,387 2,500 Karozza u Fuel Mobile Phone (capped)
Home Phone (capped)
Senior Managers/ 10,350 3,537 Mobile Phone (capped)
Heads i/c Departments Home Phone (capped)
Senior Managers/ 10,350 1,300 Home Phone (capped)
Heads
Managers 8,945 950 Home Phone (capped)
Assistant Managers 8,451.08 600
Senior Executives 7,390.72 400 + Extra Allowance 250 - Marketing
+ Extra Allowance 100 - Enforcement
+ Extra Allowance 100 - Product Planning
Executive Secretaries 6,491.08
Senior Clerks
i/c of Drivers / Mess. 5,751.40 400
Tourist Info Clerks & 5,751.40
Senior Clerks
Clerks 5,751.40
Office Asst. 4,749 300
Junior Office Asst. 4,449
Il-ħaddiema kollha igawdu minn Health Scheme u Endowment Policy.
Diretturi Stazzjonati fl-ufficini ta' barra minn Malta (Ġermanja /UK)
Grad Salarju (Gross) Allowance
(Lm Fis-Sena) Taxxabbli
Lokali (Grad ta' Direttur) 11,387 23,829
Lokali (Grad ta' Senior Manager) 10,350 26,236
Allowance oħra applikabbli ma' L'emolumneti globali:
Settling in Allowance - 40 gurnata / Jew klassi A jew B. B tiddependi mill-grad.
Titjira lill-Ufficjal fil-bidu w fl'aħħar tas-servizz tiegħu barra minn Malta.
Trasport ta' l-affarijiet personali għal / mill post ta' stazzjonar barra minn Malta.
Insurance ta' saħħa u ħlas ta' 90% għal spejjes medici li ma humiex koperti bl' insurance.
Hlas tat-telephone calls u kera tat-telephone.
Allowance għal edukazzjoni tad-dipendenti (100%)
Kiri ta' karozza inkluz ir-running expenses. (Applikabbli biss għad-Direttur tal-Germanja minħabba il-Grad Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena s'issa, mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2007, x'passi ttieħdu kontra time-share toutsli għadhom idejqu u jabbużaw mit-turisti f'diversi lokalitajiet? Jista' jgħid kemm kien hemm time-share touts involuti u f'liema lokalitajiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mill-ewwel ta' Jannar 2007 sat-tletin ta' Gunju 2007 ittieħdu 21 azzuoni legali kontra 18-il Ouside Promotional Contact. Il-pieni jammontaw għall Lm 6,500. L-infrazzjonijiet tal-ligi saru kif gej:
Qawra 13
Bugibba 1
Sliema 5
San Giljan 1
Mellieha 1
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-kontribuzzjonijiet ( u l-kontributuri) li saru s'issa biex jitħawlu mill-ġdid siġar li ġew vandalizzati ħdejn it-Torri l-Aħmar tal-Għadira, Mellieħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din hija l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant:
Actavis
1,000
Atlas Insurance
1,500
Dingli & Dingli
500
Gasan Group Limited
2,500
HSBC
7,000
Italian Ambassador
150
Lighthouse Communications
500
Local Councils Associations
210
Louis Deguara MP
250
Malta Enterprise
200
Maltacom
3,000
Mater Boni Consiglii - Paola
300
Melita Cable Plc
2,500
Mellieha Local Council
1,500
Methode Electronics
154.05
MFIN
3,000
Middle Sea Insurance
2,000
Edible Oil
1,000
Playmobil
100
PN
1,500
PN Mellieha
2,000
Public to HSBC/BOV Fund
2,188
Donazzjonijiet mill-pubbliku permezz ta’ SMSs*
147
Strickland Foundation
600
Tumas Group
5,000
Uniblue Systems
1,000
Vodafone Foundation
3,000
Wasteserv
500
Lm
43,299
Ingħataw ukoll dawn is-siġar:
ELC
500
Italian Government
1,000
Gaia Foundation
350
1,850
* Donazzjonijiet ta’ inqas minn Lm50 minn entitajiet ġew magħduda ma’ donazzjonijiet mill-pubbliku.
Hemm Lm2,000 minn dan l-ammont li ġew imwegħda (pledged) iżda għadhom ma daħlux fil-kont. L-istess jista’ jingħad għas-siġar li ġew imwegħda iżda għadhom ma waslux.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tinkesa t-triq bejn il-Manikata u l-Mellieħa li ilha magħluqa sentejn b'inkonvenjenzi kbar għar-residenti tal-Manikata u għal dawk li jużaw din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li saru stimi sabiex jkun ditterminat l-ispiża żejda li trid toħroġ l-Awtorita’ tat-Toroq, ħalli jingħata wiċċ sħiħ tul it-triq kolha u jikkumplimenta dak li jridu joħorġu l-Enemalta u WSC għal xogħol ta' reinstatement' fuq it-trinek tagħhom. L-ispiża addizzjonali fuq l-ADT hija ta’ madwar LM50.000. Kif din l-ispiża addizzjonali tkun approvata t-triq tingħata wiċċ ġdid għat-tul kollu tagħha.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-kontribuzzjonijiet ( u l-kontributuri) li saru s'issa biex jitħawlu mill-ġdid siġar li ġew vandalizzati ħdejn it-Torri l-Aħmar tal-Għadira, Mellieħa?
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tiswija meħtieġa tal-binja magħrufa bħala "Il-Kamra tas-Sajjieda" fl-Għadira fil-Mellieħa għax se tkompli ssirilha ħsara kbira u b'periklu li taqa'?
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienu l-individwi u/jew ażjendi li l-Malta Industrial Parks Limited infurmat li jridu jitilqu minn Ħal Far u jmorru l-qasam industrijali ta' Ħal Luqa? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li qed tesiġi l-Malta Industrial Parks Limited mill-ażjendi nvoluti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din is-sena l-ebda individwu jew ażjenda ma ġie/ġiet infurmat/a sabiex titlaq minn Ħal Far u tirreloka ġewwa Ħal Luqa.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-persuni u l-grad tagħhom li ntervistaw lill-impjegati ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu fil-proċess ta' ristrutturar li sar mis-sena 2004 sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-intervisti lill-impjegati ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (l-MTA) fil-proċess ta’ ristrutturar li sar mis-sena 2004 sal-lum saru minn Senior Manager ta’ l-MTA li kien assistit minn Senior Executive, fil-preżenza tad-Direttur jew Head tad-Dipartiment konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadu qed jirċievi avviżi biex iħallas il-liċenzja tat-televiżjoni meta ilu snin bla sett tat-tv u ilu snin li avża lid-dipartiment ikkonċernat li hu bla sett tat-tv u ħadilhom anke stqarrija ġuramentata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni li ngħatat mad-domanda ma tagħmilx referenza għal data partikolari u għalhekk huwa diffiċli biex issir verifika sodisfaċenti, għalkemm il-liċenzja ndikata ma turi ebda regġistrazzjoni jew preżentazzjoni ta' ġuramanet.
Għalhekk nitlob lill-persuna kkonċernata titkellem mad-Dipartiment Tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru tal-Kompetittivita u Komunikazzjoni f'Evans Building Triq Merkanti l-Belt, possibilment bil-kopji tad-dokumenti relattivi sabiex tkun tista ssir il-verifika neċessarja u jsiru l-korrezzjonijieit neċessarji jekk ikun hemm il-bżonn.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26428 u jgħid meta se jixxandar ir-riżultat taċ-ċensiment tas-sena 2005, speċjalment dak dwar djar u akkomodazzjoni vakanti peress li t-tagħrif hu kruċjali għal sorveljar dwar is-suq tal-proprjeta' f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26428.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienu l-individwi u/jew ażjendi li l-Malta Industrial Parks Limited infurmat li jridu jitilqu minn Ħal Far u jmorru l-qasam industrijali ta' Ħal Luqa? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li qed tesiġi l-Malta Industrial Parks Limited mill-ażjendi nvoluti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jitwaħħal il-bus stop li kien hemm qabel fi Triq San Ġorġ, f'San Ġiljan peress li ħafna residenti ta' l-inħawi huma anzjani u jsofru tbatija kbira u inkonvenjenza biex jaslu sal-bus stop tal-bajja ta' Spinola jew f'tarf is-Swieqi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-bus stop li kien hemm fi Triq San Ġorġ ġie imneħħi minħabba li kien qiegħed ikun ta’ ostaklu għat-traffiku.
Jien infurmat ukoll li dan l-aħħar saret żjara fuq il-post bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, id-Direttorat tat-Trasport Pubbliku u l-
Unit
inkarigat mill-Immaniġġjar tat-Traffiku fejn ġie maqbul li fuq żmien ta’ prova jiġi installat
b
us stop
fi Triq San Ġorġ kantuniera ma’ Triq il-Qaliet mal-ġenb tal-HSBC Bank.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' l-MCAST li qed jattendu ċentri privati ta' l-IT għall-korsijiet tagħhom peress li m'hemmx spazju u faċilitajiet għalihom fl-MCAST fil-qasam ta' l-ITC? Jista' jgħid kemm kienu dawn l-istudenti fil-bidu tal-kors u kemm hemm minnhom li m'għadhomx jattendu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti ta' l-MCAST li qed jattendu ċentri privati ta' l-IT hu kif ġej:
Registered Currently
Training Providers 01 Dec '06 Attending Resigned
Computer Domain 55 50 5
Key Training Services 54 42 12
St Martin's Institute of IT 31 29 2
STC Training 23 23 0