Fil-ħarġa ta' "The Commercial Courier" ta' June-July 2007 il-Ministru ġie kkwotat li qal li "the total cost of the low cost routes will reach Lm2 million". Qed jirreferi għal sena sħiħa? Kemm linji tal-ajru differenti se jibbenefikaw minn din is-somma? Kemm rotot differenti se jiġu finanzjati minn din is-somma? Għal kemm snin se titħaddem din l-iskema?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi s-somma tirreferi għal sena. L-għajnuna għall-iżvilupp ta’ rotot ġodda tista’ tingħata għall- perjodu ta’ ħames snin. Ta' min josserva iżda li Malta f'dan ir-rigward tibqa' ssegwi l-eżempju u l-prattiċi ta' pajjiżi oħra. Iktar informazzjoni bi tweġiba għal din il-mistoqsija ma tistgħax tingħata minħabba li hija kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi proċeduri ntużaw biex il-Birzebbuga Water Polo and Aquatic Sports Club u l-art ta' ħdejh għaddew lill-privat? Jista' jpoġġi pjanta fuq il-mejda tal-Kamra ta' l-art li għaddiet lill-privat? Jista' jgħid min hu l-privat li lilu ġiet trasferita din l-art pubblika?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proprjeta' fejn hemm il-waterpolo club u pitch ta' B'Bugia, u li kienet ingħatat mill-Gvern b'ċens temporanju lil B'Bugia Sports Club, hija proprjeta' assenjata taħt l-Att Dwar l-Isports u bħala tali taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Isports. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol biex jitfassal pjan ta' marketing u promozzjoni turistika ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu li għandu jservi ta' bażi għal pjan ta' ħidma ta' tliet snin tal-Media Consulta International Holding AG?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi t-tfassil tal-Marketing Plan ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta jinsab fi stadju avvanzat ħafna. Wara l-analiżi dettaljata ta’ informazzjoni fuq xejriet fis-swieq internazzjonali u lokali li wasslet għal gap analysis li għenet l-identifikazzjoni ta’ areas ta’ potenzjal, sar workshop ta’ tliet ijiem li kellu l-parteċipazzjoni attiva ta’ uffiċjali ta’ l-MTA, ta’ l-Air Malta u tal-Media Consulta. Matul dan il-workshop ġew stabbiliti l-oġġettivi u l-miri għal kull suq li abbażi tagħhom il-Pjan qed jiġi formulat sabiex jitlesta draft, għad-diskussjoni interna, għall-aħħar ta’ Awissu ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk s'issa l-Media Consulta International Holding AG għamlitx xi xogħol għall-Ministeru u għall-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u jekk iva jgħid fhiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u xi ħlasijiet intalbu għalih?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi Media Consulta diġa' pprovdiet numru ta' servizzi lill-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta li jinkludu fost l-oħrajn:
assistenza fl-aħħar fażi tan-negozjati ma’ l-
MTV
b’konnessjoni ma’ l-attività
Isle of MTV
u l-pakkett ta’ promozzjoni marbut magħha
u
l-iżvilupp ta’ diversi inizjattivi inklużi fil-proposta ta’
Media Consulta
.
Media Consulta
qed tipparteċipa wkoll fl-iżvilupp tal-
marketing plan
ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta
Il-ħlas lil
Media Consulta
se jsir skond it-termini tal-kuntratt. Dawn it-termini huma kummerċjalment sensittivi u għalhekk ma nħossx li għandi nagħti aktar dettalji b'mod pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom intgħażlet il-kumpanija Media Consulta International Holding AG biex tmexxi l-promozzjoni turistika ta' pajjiżna għat-tliet snin li ġejjin? Jista' jgħid x'esperjenza għandha din il-kumpanija fl-qasam tal-promozzjoni turistika?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi Media Consulta intgħażlet wara proċess twil ta’ selezzjoni. F’dan il-proċess, ħareġ ċar li Media Consulta kienet qed tipproponi l-aħjar offerta skond it-termini tat-Tender for Advertising and Marketing Communications Services u wrew biċ-ċar li kapaċi iġibu rati favorevoli ħafna mingħand l-organizzazjonijiet tal-Media li tirreklama magħhom l-MTA.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru għamilx ir-rakkmandazzjonijiet tiegħu lill-Gvern u lill-Kummissjoni Ewropea skond it-trattat ta' adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp ta' Għawdex biex jitnaqqsu l-iżvantaġġi bejn Għawdex u Malta u mal-bqija Ewropea? X'kienu dawk ir-rakkmandazzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fuq parir tal-Gvern, ir-rakkmandazzjonijiet imsemmija ma sarux minħabba l-fatt li l-pajjiż kollu, Malta kif ukoll Għawdex, baqa’ taħt l-ambitu ta’ Objective 1 (illum magħruf bħala l-Għan ta’ Konverġenza). Kif kulħadd jaf, Għawdex dejjem kien priorita’ ghall-Gvern Nazzjonalista u hekk se jibqa’. Fil-fatt, fil-Qafas ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali (2007-2013) u fil-Programmi Operattivi rispettivi, il-Gvern impenja ruħu li jonfoq mill-inqas 10 fil-mija tal-Fondi biex jissaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku f'Għawdex.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 26893 dwar it-triq bejn il-Manikata u l-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tkun approvata l-ispiża addizzjonali ta' Lm50,000 biex din it-triq tingħata wiċċ ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża addiżżjonali ta' madwar Lm50,000 trid tkun approvata mid-Dipartimenti tal-Kuntratti u Finanżi. Fit-triq bejn il-Manikata u l-Mellieħa ħadmu żewġ kuntratturi differenti għall-xogħlijiet tat-trinek għall-Korporazzjoni tal-Ilma u tad-Dawl. Minħabba raġuni ta' garanzija fuq ix-xogħol tat-trinek, ix-xogħol addiżżjonali jrid jingħata bħala "Direct Order" lil istess kuntratturi. Id-Dipartiment tal-Kuntratti u Finanżi jrid japprova iżjed l-għoti tax-xogħol bħala " Direct Order" minħabba r-raġuni msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid fuq xiex kellhom jintefqu Lm1,550,000 ta' fondi strutturali EU Post Accession Programmes matul is-sena 2006? Għaliex intnefqu Lm803,454 biss? Fuq xiex intnefqu? X'se jiġri mill-Lm746,546 li ma ntnefqux?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi dawn il-fondi huma għal erba' proġetti: il-proġett ta' taħriġ għas-settur tat-turiżmu u servizzi anċillari, il-proġett ta' konservazzjoni ta' Ħagar Qim u l-Imnajdra, il-proġett ta' tisbiħ ta' prodott turistiku u l-iskema għall-intrapriżi turistiċi.
Il-flus intużaw għat-taħriġ, biex jitħallsu xogħolijiet relatati mal-proġetti infrastrutturali, u biex jitħallsu l-intrapriżi li ipparteċipaw fl-iskema. Il-bilanċ qed jiġi minfuq fl-2007. Xi uħud minn dawn il-proġetti ngħatatilhom estensjoni ta’ żmien u għalhekk il-flus qed jintefqu din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid fuq xiex kellhom jintnefqu t-Lm3,000 tal-EU-INTERREG matul is-sena 2006? Jista' jgħid għala ma ntnefqux? X'se jiġri minn dawn it-Lm3,000 li kellhom jiġu mill-EU?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u l-Heritage Malta huma l-entitajiet li qed jipparteċipaw fi proġetti tal-INTERREG. L-entitajiet qegħdin jippreparaw it-talbiet tagħhom għal dawn il-proġetti li ġew estiżi sas-sena 2007.
Jista' l-Ministru jgħid liema proġetti turistiċi hemm maħsuba din is-sena għall-inħawi ta' Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija? Kull proġett meta se jinbeda, kemm se jiswa u meta se jitlesta?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu bħala diretturi mal-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? F'kull każ kif ġie mogħti l-ħatra kull direttur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
In-numru ta’ persuni li jaħdmu bħala Diretturi ma’ l-Awtorita’ tat- Turiżmu huwa ta’ sitta.
Ninsab infurmat iili il-ħatra ta’ kull persuna saret kif ġej:
Żewg diretturi inħatru wara li harġet sejħa interna u ntagħżlu wara li attendew għal
interview
.
Żewg diretturi inħatru wara li kienet harġet sejħa interna u ma ntagħżel ħadd u wara ħarġet sejħa esterna u ntagħżlu wara li attendew għal
interview
.
Direttur ġie appuntat wara li sar ir-ristrutturar fid-Direttorat tal –
Marketing Support & Development.
Direttur ġie trasferit mid- Dipartiment tat-Turizmu, fuq bażi permanenti skond termini ta’ Parti II, sezzjoni 6 (3) ta' l-att tal-1999 tal ‘Malta Travel and Tourism' (Att. Nru. XII 1999).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x'tip ta' spezzjonijiet saru, minn min u kemm drabi, fi kmamar tan-nar bil-permess li jaħdmu n-nar? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet u x'passi ttieħdu biex joperaw b'ħarsien għas-saħħa u s-sigurta'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kumitat dwar l-esplossivi jagħmel spezzjonijiet fi kmamar tan-nar skond kif ikun meħtieġ.
Ninsab infurmat ukoll illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jagħmel spezzjonijiet fil-kmamar tan-nar kull meta jintalab mill-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija u speċifikament fir-rigward ta' prekawzjonijiet kontra nirien. Kull meta jinstab li ħaġa li trid tkun irranġata, is-sid jintalab li jieħu azzjoni qabel ma tinħareġ il-liċenzja.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum x'tip ta' spezzjonijiet saru, minn min u kemm drabi, fi kmamar tan-nar bil-permess li jaħdmu n-nar? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet u x'passi ttieħdu biex joperaw b'ħarsien għas-saħħa u s-sigurta'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-manifattura tal-logħob tan-nar hija regolata mill-Ordinanza dwar l-iSplussivi, li permezz tagħha twaqqaf il-Kumitat għall-Isplussivi, b’funzjonijiet speċifici wkoll fir-rigward tas-sigurta' ta’ min ikun qed jaħdem in-nar, u li jagħmel il-kundizzjonijiet għall-organizzar ta’ dawn il-postijiet u l-kompetenzi ta’ min jista' jaħdem in-nar. Il-liġi li twaqqaf l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol tesiġi li jkun hemm relazzjoni ta’ mpjieg bejn min iħaddem u ħaddiem, din ir-relazzjoni ma tezistix fil-maġġor parti tal-kazijiet li fihom ikun qed jinħadem in-nar. L-Awtorita' m'ghandhiex l-kompetenzi legali jew tekniċi biex tintervjeni f’dawn is-sitwazzjonijiet.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kmamar tan-nar bil-permessi meħtieġa biex jaħdmu n-nar f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet jinsabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 39 kmamar tan-nar liċenzjati, f'dawn il-lokalitajiet:
Żebbiegħ
Ħal Għaxaq
Naxxar
Qrendi
Mġarr
Rabat
Luqa
Burmarrad
Ħaż Żebbuġ
Qormi
Lija
Żurrieq
Gudja
Siġġiewi
Magħtab
Għargħur
M'Xlokk
B'Kara
Safi
Kerċem
Għarb
Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li mietu persuni fi splużjonijiet u inċidenti tal-kmamar tan-nar f'Malta u f'Għawdex mis-sena 1980 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mis-sena 1980 sal-lum kien hemm 36 persuni li tilfu ħajjithom b'konnessjoni mal-logħob tan-nar.
F'inċident fuq patrol boat fl-1984 kienu mietu 5 membri tal-forzi ta' l-ordni waqt tfigħ fil-baħar ta' logħob tan-nar illegali li kien ġie konfiskat.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-istudji tekniċi u ta' l-impatt ambjentali li kellhom isiru għall-mina taħt l-Għolja tax-Xagħra ta' l-Għansar proġettata bħala parti mit-triq ġdida fil-Limbordin f'San Pawl il-Baħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ewwel parti tal-istadju preliminari kemm tekniku u kif ukoll dak ta' l-impatt ambjentali għandhom ikunu lesti mill-konsulenti barranin fi żmien qasir. Ġudizzju aħħari jista biss jingħata meta l-istudji kollha jkunu sottomessi. Dan il-proċess mistenni jitlesta fi zmien ftit xhur oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux qed jikkonsidra l-possibilita' ta' skema park and ride mil-Luxol għall-inħawi ta' Paceville minflok l-użu ta' car park pubbliku taħt il-bini ta' Pender Place? Fhiex waslu dawn il-konsiderazzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT flimkien mal-MEPA u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke ħejjew pjanti għal proġett ta' Park & Ride li jopera mis-sit tal "Parade Ground" ghal Paceville. L-ADT diġa ssottometit applikażżjoni mal-MEPA f'dan ir-rigward. L-Awtorita' se tkun f'poziżżjoni li toħrog it-tenders meħtieġa fil-futur qarib dejjem suġġett għall-permessi mehtiega.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru bejn il-kumpannija Cenmed u l-Awtorita' dwar it-Trasport biex ikunu jistgħu jinksew u jsiru b'mod tajjeb it-toroq f'Santa Maria Estate fil-Mellieħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li għalkemm waslu fi stadju avvanżat id-diskussjonijiet bejn l-ADT u l-kumpanija Cenmed għadhom ma humiex konklużi. Dettalji eżatti jingħataw hekk kif jintlaħaq ftehim aħħari.