Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #27344 Sitting 556 2007-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Promozzjoni turistika

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27132 jista' issa jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u jgħid x'esperjenza għandha l-Media Consulta International Holding AG fil-qasam tal-promozzjoni turistika?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-kumpanija internazzjonali Media Consulta għandha esperjenza notevoli għal dak li huwa l-marketing ta’ destinazzjonijiet u reġjuni kif rifless fid-dokument li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #27281 Sitting 555 2007-09-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

It-tempji ta' Ħaġrat

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin, mis-sena 2003 sal-lum, x'passi ħadet is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali biex tħares it-tempji ta' Ħaġrat fl-Imġarr minn kull żvilupp ta' bini qribhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali interveniet kemm-il darba fid-dawl tar-rwol tagħha skond il-liġi u fi tweġibiet li tat għal talbiet ta’ konsultazzjoni mingħand l-Awtorita' għall-Ambjent u Ippjanar. Is-Sovrintendenza irrikmandat b’mod konsistenti li applikazzjonijiet ta’ żvilupp li jgħeddu l-integrita' tat-tempji u tal-patrimonju kulturali ma jingħatawx permess. Fost dawn l-Applikazzjonijiet għall-Iżvilupp kien hemm: PA 01272/00 – Id-Dipartiment tal-Mużewijiet kien oġġezzjona għall-iżvilupp f’Settembru u Ottubru tas-sena 2000, u s-Sovrintendenza tenniet din l-oġġezzjoni f’ Novembru ta' l-2005 u f’Ġunju ta' l-2006. PA 03900/02 – Id-Dipartiment tal-Mużewijiet kien oġġezzjona għall-iżvilupp f’Novembru tas-sena 2002, u s-Sovrintendenza tenniet din l-oġġezzjoni f’Ġunju ta' l-2006. PA 00306/06 – Is-Sovrintendenza kienet oġġezzjonat għall-iżvilupp fi Frar tas-sena 2006. PA 02972/06 – Is-Sovrintentenza kienet oġġezzjonat għal dan l-iżvilupp fil-forma oriġinali tiegħu. Ta’ minn iżid wkoll li fit-13 ta’ Awissu 2007, inbdew il-proċeduri għall-esproprju ta’ medda art li tinsab ġewwa l-limiti għall-iżvilupp, iżda li tmiss mal-konfini tas-sit ta’ Ta’ Haġrat. Din il-proċedura saret sabiex ittaffi l-effett ta' l-iżvilupp modern fuq is-sit preistoriku u sabiex titjieb il-konservazzjoni u l- management tat-tempju nnifsu.

Ħaddiema tal-VF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm fondi soċjali mill-Unjoni Ewropea li se jinkisbu biex jiġu mgħejjuna l-ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-fabbrika VF?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li beda l–ezerċizzju biex dawk l-eks ħaddiema tal-VF li sarilhom profiling u għazlu li jitħarrġu, jingħatalhom it-taħriġ li għazlu. Barra minn hekk, Malta applikat formalment mall-Kummissjoni Ewropeja biex l-għajnuna li ser tagħti tiġi parzjalment iffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni.

Mollijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma stmati li se jiswew il-mollijiet taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr bħala spiża totali fuq xogħol ta' kostruzzjoni mill-kuntrattur, fuq konsulenzi u spejjeż oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari 25065.
Leg 10 PQ #27285 Sitting 555 2007-09-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' San Ġorg

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol sodisfaċenti fil-bajja ta' San Ġorġ bit-tfigħ u t-tifrix ta' tunnellati ta' ramel fil-bajja? B'kemm kien ippjanat li tikber din il-bajja bir-ramel ġdid? B'kemm fil-fatt kibret?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' tifrix tar-ramel fil-bajja ta' San Ġorġ kien sodisfaċenti ħafna. Infatti l-operazzjoni ħadet 24 siegħa minn x'ħin niżlet l-ewwel xkora bir-ramel mill-vapur sa kemm ġie mwassal fil-post u mifrux. Il-pjan kien li l-bajja tilħaq wiesgħa għall-medja ta' 25 metru fin-nofs, liema miżura tvarja skond il-livell tal-baħar. Bl-aħħar kunsenja ta' ramel li saret f'Lulju li għadda, il-bajja laħqet dan il-qies ta' 25 metru. Dan kabbar il-bajja b'5 metri jew 800 metru kwadru.

Kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mis-sena 1980 kemm kien hemm kmamar tan-nar li splodew u mietu n-nies fihom u nstab li kienu qed joperaw illegalment u mingħajr il-permessi meħtieġa? Liema kienu dawn il-kmamar tan-nar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 1980 sal-lum kien hemm 3 kmamar tan-nar bla permessi meħtieġa li splodew u li fihom 3 persuni tilfu ħajjithom. Dawn kienu jinsabu fil-lokalitajiet tal-Kalkara, l-Għasri u Ħal-Lija.

Għawdex — Detenturi tal-karta anzjan

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema benefiċċji huma ntitolati d-detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex? Għaliex lill-anzjani Maltin jgħidulhom li l-karta anzjan ma tgħoddx f'Għawdex meta jmorru biex iħallsu n-noll tal-karozza tal-linja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni barranin — Permess biex jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna persuni (mhux ċittadini ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea) minn pajjiżi oħra li għandhom il-permessi meħtieġa biex jaħdmu f'pajjiżna? F'liema qasam għandhom permess jaħdmu? Minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser ngħaddi kopja tal-lista bl-informazzjoni mitluba lill-Onor. Membru.
Leg 10 PQ #27241 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Decompression chamber

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti tekniċi li saru dwar il-passi li jridu jittieħdu biex tibda titħaddem id-decompression chamber f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-ropporti mitluba.
Leg 10 PQ #27243 Sitting 554 2007-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Host families

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna host families bħalissa f'Malta u f'Għawdex liċenzjati li jżommu studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż fostna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi sa llum hemm 1,380 host families reġistrati u liċenzati biex iżommu studenti li jiġu jitgħallmu l-Ingliż. Hemm 1,362 f'Malta u 18 f'Għawdex.

Investigaturi privati

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija 27040, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal xogħol ta' investigaturi privati u meta se jiġu proċessati dawn l-applikazzjonijiet u kemm ilhom pendenti f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hawn applikazzjoni waħda pendenti għal aġenziji privati li jistgħu jipprovdu servizzi ta' investigazzjoni privati skond l-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali (Cap 389). Din saret fit-12 ta' Settembru 2007 u qiegħda tiġi proċessata.
Leg 10 PQ #27134 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dettalji ta' kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-uffiċini, numru ta' ħaddiema li għandha l-kumpanija Media Consulta International Holding AG li preżentat lill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu biex turi l-firxa ta' kuntatti li għandha fil-pajjiżi mnejn irridu nġibu t-turisti fis-snin li ġejjin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Media Consulta tħaddem 230 ħaddiem fil-Ġermanja u 804 impjegat ieħor madwar l-Ewropa. L-istaff totali ta’ Media Consulta madwar id-dinja huwa 1,469.
Leg 10 PQ #27135 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ħlas ta' kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġi finanzjat il-kuntratt bejn l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-Media Consulta International Holding AG? Kif se jsir il-ħlas lill-kumpanija u kif se jsir marbut dan il-ħlas mar-riżultati li tikseb din il-kumpanija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27136 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-kuntratt bejn l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-kumpannija Media Consulta International Holding AG?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-kuntratt bejn l-Awtorita' tat-Turiżmu u l-kumpanija Media Consulta se jiġi ffirmat fil-ġimgħat li ġejjin.

Awtorita' tad-Djar — Offerti ta' proprjeta' liċ-chairperson

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul dawn l-aħħar erba' snin kienx hemm okkażjonijiet fejn iċ-chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar qajmitx każi fejn kien hemm min ipprova jikkorrompiha b'offerti ta' proprjeta? X'kienu dawn il-każi jekk tqajmu? X'passi ttieħdu dwar dawn il-każi? Peress li ċ-chairperson kitbet dwar każ ta' korruzzjoni li ppruvaw jagħmlu fuqha, il-Ministru ħadet xi passi dwar dan il-każ? X'passi ħadet? X'kien il-każ li semmiet iċ-chairperson? Min kien involut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Naħseb li l-Onor. Interpellant immisinterpreta l-kitba li għamel referenza għaliha. Hu ċar minn din il-kitba li l-offerta liċ-Chairman ta’ l-Awtorita tad-Djar ma kienetx li hi personali tingħata proprjeta’ iżda offerta ta’ art, li ma kelliex permess għal żvilupp, biex l-Awtorita’ tad-Djar tibni appartamenti fuqha. L-Awtorita’ ma tidħolx fi proġetti bħal dawn tant hu hekk li, kif jikkonferma l-artikolu, min għamel l-offerta ġie muri l-bieb.

WSC — Kont b'indirizz żbaljat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27010 u jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tieħu passi biex ma tibqax tibgħat il-kontijiet tad-dar fi Triq Sant'Elena, Sliema lil min jgħix fir-residenza ta' ħdejha li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex tistabilixxi lil minn jappartjeni il-post inkwistjoni. Sadanittant l-indirizz postali tal-fond imsemmi mill-interpellant ġie aġġustat u mhux ser jintbagħat aktar fir-residenza ta’ ħdejn il-fond imsemmi.
Leg 10 PQ #27232 Sitting 553 2007-07-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Host families

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji liċenzjati bħala host families li diġa' ngħataw il-kontribuzzjoni lura? Kemm tħallsu lura? Kemm fadal familji li jridu jitħallsu l-kontribuzzjoni lura? X'somma fadal titħallas? Id-deċiżjoni li tinħafer il-kontribuzzjoni hija din is-sena biss?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pont reġjonali

Question

Meta tqabbel il-miri ppjanati dwar il-pont reġjonali, kemm waqa' lura x-xogħol skond iż-żmien stabbilit fil-fażi ta' ippjanar? Minbarra l-varjazzjonijiet ta' żmien s'issa kemm kien hemm varjazzjonijiet ta' ħlasijiet? Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol u kemm hu stmat li se jiswa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq il-pont Manwel Dimech issa ħadu spinta il-quddiem wara l-‘casting’ ta’ 50 metru mill-‘bridge deck’. Ix-xogħol ta’ preparamenti għall-konkos tal-bqija tal-‘bridge deck’ fuq in-naħa tal-pont fejn qed isiru x-xoghlijiet qed jimxu b’ritmu mgħaġġel u l-‘casting’ huwa maħsub li jsir f’Awissu. Dan ir-ritmu jawgura tajjeb wara li fl-ewwel xhur ix-xogħol waqgħa lura minħabba numru ta’ raġunijiet fosthom l-effett tan-natura ġdida ta’ dan it-tip ta’ xogħol in kwistjoni fl-industrija lokali. Dan wassal għal xi dewmien fejn ċerta xogħlijiet u dettaljar kienu aktar imprikativi u problematiċi milli kien maħsub fil-fazi tal-ippjanar. L-Awtorita’ qed tniehdi diversi laqgħat mal-konsulenti u l-kuntratti biex iżżomm il-pressjoni meħtieġa u hekk tassigura illi l-andament tax-xogħol ikun għaddej b’mod effiċjenti. L-istess Awtorita’ nfurmat il-kuntrattur biex jirrivedi l-programm tiegħu u jara kif ser jirkupra ħafna miż-żmien mitluf s’issa. Meta dan il-programm ikun imfassal, l-Awtorita’ ser titlob lill-konsulenti tagħha biex jaraw jekk id-dewmien fit-tlestija ta’ numru ta’ xogħlijiet huwiex ġustifikat. Fl-aħħar laqgħa li saret bejn l-Awtorita’, il-periti li qed jieħdu ħsieb il-proġett u l-kuntrattur, dan l-aħħar ta ndikazzjoni ta’ allegati spejjeż addizzjonali li ma humiex koperti mill-kuntratt. Sa d-data tal-lum l-Awtorita’ għad m’għandiex l-ebda approvazzjoni mis-supervisuri tagħha għal xi ħlasijiet addizzjonali jew indikazzjoniet li ser ikun hemm tali.