B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27810 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew depożitati flus fl-iskema tal-Gvern u x'għamel il-Gvern biex isir jaf għaliex l-iskema ma tqisetx attraenti biżżejjed biex tiġbed iżjed depożiti?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27808 jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat il-ftehim ta' l-MTA mal-Media Consulta u jekk iva, meta ġie ffirmat u jekk ma ġiex ffirmat għaliex għadu ma ġiex iffirmat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-ftehim ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta mal-kumpanija Media Consulta għadu ma ġiex iffirmat għax għadhom qed jiġu diskussi xi punti tekniċi u qed ikun evalwat ix-xogħol li tat s'issa din il-kumpanija.
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27289 u 27091 u 27806 u jgħid liema proġetti turistiċi hemm maħsuba din is-sena għall-inħawi ta' Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija? Kull proġett meta se jinbeda, kemm se jiswa u meta se jitlesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-proġetti turistiċi li hemm maħsuba li jibdew din is-sena għall-inħawi ta’ Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar huma dawn:
· Tisbiħ tat-triq tul il-baħar f’San Pawl il-Baħar 1,550,000 Euros
· It-titjieb tal-bajja fil-Qawra 912,000 Euros
· Faċilità edukattiva, ġnien
promenade
fil-Qawra relata 7,477,000 Euros
mad-
diving
u l-patrimonju li għandna fil-baħar
· L-iżvilupp tal-bajja Ix-Xtajta tal-Qawra f’San Pawl il-Baħar 2,400,000 Euros
L-ewwel tnejn minn dawn il-proġetti huma proġettati li jibdew għall-bidu tas-sena 2008 u jispiċċaw qabel is-sajf 2008. It-tielet proġett jibda għall-bidu tas-sena 2008 u jieqaf qabel is-sajf 2008, ikompli wara s-sajf u jispiċċa qabel is-sajf 2009. Però, dawn huma suġġetti għall-permessi mill-
MEPA,
li qed jiġu pproċessati kif ukoll il-proċess tat-
tender
fl-isfond ta’ l-applikazzjoni għall- fondi strutturali ta’ l-UE.
Fir-rigward tal-bajja qed jiġu konklużi studji xjentifiċi biex jiddeterminaw l-aħjar mudell għall-bajja biex hekk l-
MTA
tipproċedi l-applikazjoni mal-
MEPA
skond ir-riżultati ta’ dawn l-istudji. Il-proġett għandu jibda fix-xitwa 2008.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27805, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu matul din is-sena biex l-anzjani Maltin ikunu jistgħu jużaw il-Karta Anzjan meta jiġu biex iħallsu n-noll tal-karozza tal-linja f'Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li riċentament ma sarux kuntatti fuq din il-kwistjoni. Infurmat ukoll li d-Dipartiment konċernat se jagħmel rappreżentazzjonijiet mal-Awtorita' Dwar it-Trasport (ADT) biex din tqajjem dan il-punt mal-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku ġewwa Għawdex.
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27236 u 27802 u jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27278 u 27799 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?
Jista' l-Ministru jgħid kemm flus iżjed mill-budget ivvutati minn din il-Kamra ngħatat l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorita’ tat-Turiżmu ngħatat Lm1,000,000 (miljun Lira Maltin) iżjed mill-budget ivvutat mill-Kamra.
Dawn il-fondi qed ikunu mgħoddija lill-Awtorita’ xahar b’xahar, skond l-eżigenzi ta’ l-istess Awtorita’.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'talbiet intlaqgħu s'issa mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu biex jingħata iżjed fondi minn dawk ivvutati għal din is-sena minn din il-Kamra? Jista' jgħid jekk hux qed jiġu kunsidrati talbiet ġodda mill-Awtorita' b'żieda ma' dak li ngħatat din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi nikkonferma li l-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura flimkien ma’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qablu li, għal din is-sena, iċ-ċifra msemmija fiż-żewġ partijiet tal-Mistoqsija tammonta għal miljun lira Maltija.
Jista' l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 27565 u jgħid kemm ġew reġistrati ammonti ta' flus fl-iskema li ħareġ il-gvern għall-flus moħbija Maltin qabel id-dħul tal-euro? Huwa sodisfatt bil-livell tar-reġistrazzjoni? X'persentaġġ ta' flus ġew reġistrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont li ġie reġistrat kien ta’ Lm69 miljun, li 32% kienu flus kontanti.
Waqt li l-Gvern jemmen li seta’ kien hemm aktar li ħadu okkażjoni minn din l-iskema, huwa impossibbli li wieħed ikun jaf x’persentaġġ ġie rreġistrat billi l-Gvern m’għandux informazzjoni dwar kemm hu l-ammont ta’ flus li setgħu kienu eliġibbli.
Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27563 u jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jibdew il-kors tal-pilots ma' l-Airmalta? Kemm minnhom, skond l-applikazzjoni li tefgħu, kienu eliġibbli biex joqogħdu għall-Psychometric Test tat-22 ta' Awissu? X'kienet ir-raġuni li l-Airmalta ma talbitx lill-kandidati jissottomettu ċ-ċertifikati tagħhom u fl-għażla tagħha qagħdet biss fuq dak li kitbu l-kandidati fl-applikazzjoni tagħhom? Kemm kien in-numru ta' kandidati li ma attendewx għall-Pyschometric Test tat-22 ta' Awissu? Kemm huwa n-numru ta' kandidati li ma attendewx għat-test u ngħataw l-opportunita' li jerġgħu jagħmluh fl-24 ta' Settembru? Kienx hemm kandidati li ma kenux issejħu biex joqogħdu għall-ewwel test tat-22 ta' Awissu imma mbagħad issejħu biex jagħmlu l-eżami fl-24 ta' Settembru? U jekk kien hemm x'kienet ir-raġuni? Kemm beħsiebha ddaħħal pilot trainees l-Airmalta f'dan l-istadju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm 178 persuna li applikaw biex jibdew il-kors ta’ pilota ma’ l-Air Malta. Minnhom, skond l-applikazzjoni li tefgħu, 136 kienu eliġibbli biex jagħmlu il-Psychometric Test.
Il-proċess ta’ l-għazla għadu fil-bidu tiegħu u s’issa ħadd mill-kandidati ma ġie magħzul. Iċ-ċertifikati ser jiġu mitluba mill-kandidati fit-tieni fażi ta’ l-għażla.
Sittax–il kandidat (16) ma attendewx għal Phsycometric Test tal-22 ta’ Awissu u dawn kollha ingħataw opportunita oħra fil-25 ta’ Settembru biex jagħmlu dan it-test. Kien hemm ħames (5) applikanti oħra li gew imsejħa biex jagħmlu il-Psychometric Test peress li sadanittant ħareg ir-riżultat ta’ l-eżamijiet li kienu għamlu u irriżulta li ġabu l-kwalifiċi minimi meħtiega.
L-Air Malta beħsiebha tingaġġa tnax–il persuna (12) biex jibdew l-kors ta’ piloti mal- kumpanija.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27568 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?
Jista' l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 27567 u jgħid matul ix-xhur tas-sajf kemm-il darba ltaqa' l-kumitat inter-ministerjali tat-turiżmu u x'temi ddiskuta u ddeċieda dwarhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-aħħar laqgħa plenarja tal-Kumitat li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant saret fid-29 ta’ Mejju 2007. Matul dan is-sajf ix-xogħol tal-Kumitat tkompla fi gruppi żgħar. Dawn il-gruppi iffukkaw fuq il-Linji ta’ l-Ajru Low Cost, proġetti li ġew sottomessi għall-kunsiderazzjoni għal finanzjament mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea u l-monitoraġġ assidwu ta’ l-andament tas-settur turistiku.
Irrid ngħid li r-riżultati bdejna narawhom, u ta’ dan pubblikament nirringrazzja lis-settur kollu, lil kumitat konsultattiv, lill-membri tal-IMCT u lil kull min ħa sehem fix-xogħol tal-IMCT għax-xogħol enormi li twettaq bla ħafna daqq ta’ trombi, u li illum qed jagħti l-frott għall-gwadann tal-poplu Malti kollu.
Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar sa Settembru 2007 kemm nefqet l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? Kemm ikkommettiet ruħha li tonfoq iżda li għadha ma nefqitx?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi L-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta bejn Jannar u Awwissu 2007 nefqet is-somma ta' Lm 7,882,528 li minnhom Lm 5, 818,805 intefqu fuq pubbliċita' u promozzjoni.
Sa l-aħħar tas-sena l-Awtorita' ikkomettiet infieq ieħor li jammonta għal Lm 4,208,439 li minnhom Lm 2,932,196 se jkunu għal promozzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu n-negozjati mal-Media Consulta mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? Ġie ffirmat xi ftehim ma' din il-kumpannija Ġermaniża? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Wara li saru negozjati, l-kuntratt bejn l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u Media Consulta wasal biex ikun konkluż u ffirmat fil-jiem li ġejjin.
Minħabba raġunijiet ta’ natura kummerċjali, ma nħossx li dan il-kuntratt għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27278 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27236 u jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27234 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għal liema benefiċċji huma ntitolati d-detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex? Għaliex lill-anzjani Maltin jgħidulhom li l-karta anzjan ma tgħoddx f'Għawdex meta jmorru biex iħallsu n-noll tal-karozza tal-linja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex huma ntitolati għall-istess benefiċċji ta' l-anzjani Maltin.
L-Assoċjazzjoni Trasport Pubbliku ta' Għawdex ma laħqitx ftehim ma' l-ADT biex l-anzjani Maltin ikunu jistgħu jużaw il-kartanzjan meta jiġu biex iħallsu n-noll tal-karozza tal-linja f'Għawdex.
Jista' l-Ministru issa jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27346 u 27135 u jgħid kif se jiġi finanzjat il-kuntratt bejn l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u l-Media Consulta International Holding AG? Kif se jsir il-ħlas lill-kumpanija u kif se jsir marbut dan il-ħlas mar-riżultati li tikseb din il-kumpanija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Kuntratt ser jiġi ffinanzjat minn fondi pubbliċi.
Saret applikazzjoni biex parti minn dawn l-ispejjeż jinħarġu mill-fondi strutturali. Din l-applikazzjoni daħlet tard u għalhekk jista’ jkun li din ma tintlaqax. F’dan il-każ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (l-
MTA)
ikollha terġa’ tapplika meta toħroġ sejħa oħra jew tkopri l-ispejjeż kollha mill-fondi li jagħtieha l-Gvern.
Il-Kuntratt fih
performance schedule
li tispeċifika li 20% tal-ħlas annwali dovut lill-kumpanija huwa dipendenti fuq miri speċifiċi maqbulin bejn iż-żewġ naħat.
Jista' l-Prim Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 27566 u jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern jew awtoritjiet finanzjarji dwar banek u konsulenti finanzjarji li taw parir lill-klijenti tagħhom ma jirreġistrawx flushom fl-iskema tal-gvern għar-reġistrazzjoni ta' flus Maltin qabel id-dħul ta' l-euro iżda f'tipi oħra ta' investiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, la l-Gvern u l-anqas l-Awtoritajiet Finanzjarji responsabbli mill-Banek f’pajjiżna, m’hu qed jifhmu eżatt x’immotiva lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din id-domanda li fiha nnifisha timplika li l-Gvern għandu b’xi mod jinvestiga l-professjonisti f’pajjiżna fuq x’pariri li jagħtu lill-klijenti tagħhom, b’riferenza għall-iskema ta’ reġistrazzjoni ta’ flus qabel id-dħul ta’ l-ewro.
Dan il-Gvern jemmen fid-dritt ta’ l-individwu għall-parir indipendenti fl-isfond taċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu/tagħha u b’rispett għar-relazzjoni ta’ kunfidenzjalità li teżisti bejn l-istess klijent u l-konsulent. Hu tal-mistħija li fl-2007 għad hawn politiċi li jemmnu li din ir-relazzjoni għandha tkun suġġetta għal xi tip ta’ investigazzjoni.
Dan il-Gvern la qatt ħa, la qed jippjana li jieħu u wisq anqas għandu intenzjoni li jieħu xi passi f’dan is-sens, kif qed jiġi instigat mill-Onorevoli Interpellant.
L-Awtoritajiet Finanzjarji li jirregolaw l-intermedjarji finanzjarji għandhom ir-responsabbilità li jassiguraw li l-pariri li jingħataw il-klijenti huma fl-aħjar interess tal-klijent u mhux x’jaħsbu li l-Gvern iridhom jgħidu.