Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #28540 Sitting 575 2007-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru biex ikun faċli għat-turisti li jridu jiġu fostna minn pajjiżi bħas-Serbja, Ukrajna, ir-Russja u t-Turkija li l-proċeduri għalihom se jiġu kkumplikati malli pajjiżna jidħol fil-Ftehim Schengen?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed isiru l-arranġamenti meħtieġa mal-Ministeru ta' l-Affarjiet Barranin sabiex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-visas għat-turisti minn pajjiżi indikati.
Leg 10 PQ #28541 Sitting 575 2007-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Nefqa kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-flus fuq in-nefqa kapitali li kellhom jintnefqu fis-sena 2007 u ma ntnefqux, fuq liema proġetti u f'liema qasam kellhom jintnefqu? X'se jiġri mill-flus li kellhom jintnefqu u ma ntnefqux?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Gżira — Ilmijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex tiġi rranġata t-triq arterjali f'Xatt il-Gżira li tkun mgħarrqa bl-ilma meta tagħmel ix-xita kif jixhdu r-ritratti annessi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill Onorevoli Nterpellant li l-ADT ser tagħmel speżżjoni fuq il-post sabiex tara jekk jeżistux xi culverts li jistgħu ikunu miżdudin. Madankollu skond il-ftehim tal-1999 bejn il-MEPA u d-dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-manutenżjoni ta’ din it-triq ma taqax taħt l-Awtorita’ imma taħt il-Kunsill rispettiv.

Petizzjoni fuq kontravvenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-Bord dwar il-Petizzjonijiet jikkonsidra l-petizzjoni fuq kontravvenzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-petizzjoni li rrefera għaliha l-Onor Interpellant li ġġib id-data tat-23 ta' Settembru 2007, daħlet għand ir-Reġistru tal-Bord tal-Petizzjonijiet u ġiet mgħoddija għand il-Membru tal-Bord. Naturalment mhux possibbli tingħata data speċifika meta din il-petizzjoni ser tkun ikkunsidrata. Minkejja dan, ta' min isemmi li l-proċeduri kollha quddiem it-Tribunal Lokali huma sospiżi sakemm tiġi deċiża l-petizzjoni. Ta' min iżid li l-Bord tal-Petizzjonijiet għandu disponibbli għall-pubbliku freephone (numru 8007 2373) li fuqu jistgħu isiru l-mistoqsijiet kollha dwar petizzjonijiet, inkluż f'hiex waslet petizzjoni.

Fund for good causes

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930 u 28058 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Qtugħ ta' dawl

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27236, 27802, 27929 u 28059 u jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Aġġustament ta' kera

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28095 li saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u issa ġiet riferuta lilha u tara li d-Dipartiment ta' l-Artijiet jaġġusta l-kera tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, wara li romlot fit-2 ta' Awissu, 2007?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-kuntratt tal-kera dwar ir-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma jipprevedix li ssir revizjoni tal-kera wara xi żmien jew bdil fiċ-ċirkostanzi ta’ l-inkwilini.

Disposable nappies

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġu nvestigati lmenti li d-disposable nappies li jingħataw lill-persuni diżabbli huma ta' kwalita' nferjuri ħażina ħafna u jitqattgħu malajr? Jistgħu jingħataw disposable nappies tajbin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s-servizz indikat mill-Onor. Interpellant hu provdut mid-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Storbju Eċċessiv

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27568 u 27829 u 27978 u 28119 ċjgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dar Malta fi Brussell

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28123 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Investiment flok reġistrazzjoni ta' flus

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27810 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew depożitati flus fl-iskema tal-Gvern u x'għamel il-Gvern biex isir jaf għaliex l-iskema ma tqisetx attraenti biżżejjed biex tiġbed iżjed depożiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28061.

Inħawi ta' Buġibba — Moskeja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fl-inħawi ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawli l-Baħar hemmx xi post reġistrat mal-pulizija biex jintuża bħala moskeja għat-talb? Jista' jgħid jekk il-pulizija qattx irċeviet ilmenti minn ġirien ta' post li jintuża għalhekk f'ħinijiet differenti tal-ġurnata? Jista' jgħid x'passi konkreti ħadet il-pulizija dwar dawn l-ilmenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma tirreġistrax postijiet sabiex jintużaw bħala postijiet għat-talb. Infurmat ukoll illi dan l-aħħar saru lmenti mal-Pulizija illi fi flat ġewwa Buġibba kienu qed jiltaqgħu persuni ta' nazzjonalita' barranija sabiex jitolbu. Is-sitwazzjoni qed tiġi monitored, ħalli jekk ikun hemm ksur ta' liġi, jittieħdu l-passi meħtieġa.

Kostruzzjoni — Regolamenti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-regolamenti ġodda dwar il-kostruzzjoni hux se jkun hemm il-livelli massimi ta' storbju li jistgħu jagħmlu inġenji tal-kostruzzjoni fuq il-lant tax-xogħol u x'ħinijiet permessibbli se jkunu jistgħu jaħdmu u x'livell ta' ħoss se jkun permess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Avviż Legali 295 ta' l-2007 rigward Regolamenti ta' l-2007 dwar L-Immanġġar Ambjentali Tas-Siti tal-Kostruzzjoni, Regolament Nru 5 jgħid li l-ħin permessibbli biex isir xogħol ta' kostruzzjoni li joħloq ħsejjes li jinstemgħu minn barra s-sit huwa hekk: (A) Xogħol ta' kostruzzjoni m'għandux jibda qabel is-7.00 a.m. u għandu jieqaf fit-8.00 p.m. (B) Xogħlijiet li jiġġeneraw aktar minn 65 db ta' ħoss meta mkejla biswit is-sit għandhom jieqfu bejn is-2 p.m. u l-4 p.m. (Ċ) Fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru, xogħol ta twaqqigħ u skavar mhux permessibbli f'żoni turistiċi hekk kif stabbiliti minn żmien għal żmien mill-awtorità kompetenti għat-turiżmu. (D) L-ebda xogħol ta' kostruzzjoni m'għandu jsir fil-Ħdud u fil-Festi Pubbliċi. Il-kundizzjoni (B) inizjalment mhux ser tkun implimentata u tiddaħħal fis-seħħ iktar 'il quddiem biex għalissa jkun hemm konċentrazzjoni fuq l-elementi l-aktar ta' priorità. Kif għidna mill-bidu, dawn ir-regolamenti qed ikunu introdotti gradwalment.
Leg 10 PQ #28170 Sitting 568 2007-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita Maltija tat-Turiżmu — Rapporti ta' fastidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kien hemm każi ta' rapporti ta' fastidju sesswali minn xi impjegat ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu u jekk iva x'passi ttieħdu dwar dawn ir-rapporti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'din is-sena kien hemm każ wieħed irrappurtat ta' allegat fastidju sesswali minn impjegat ta' l-Awtorita' tat Turiżmu ta' Malta. Dan il-każ qed jigi investigat minn Bord ta' Dixxiplina.
Leg 10 PQ #28171 Sitting 568 2007-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Media Consulta — Ftehim

Question

Peress li hemm min fis-settur turistiku qed ikollu dubji serji dwar kemm se tkun deċiżjoni tajba li jiġi ffirmat ftehim mal-Media Consulta li jorbotna għal tliet snin u jiswa 21 miljun ewro, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-gvern se jibqa' għaddej u jiffirma dan il-ftehim bla ma jindirizza b'mod serju d-dubji dwar ftehim ma' kumpannija bħal din mingħajr l-esperjenza meħtieġa għal dak li għandna bżonn biex nippromwovu d-destinazzjoni turistika tagħna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qed tikkunsidra ċ-ċirkostanzi u l-fatti kollha dwar dan il-kuntratt qabel tiffirma.

Pont Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq il-Pont Manwel Dimech, l-ADT għamlet għadd kbir ta' sinjali tat-traffiku suppost temporanji biex juru minn fejn għandek tgħaddi biex tevita li tuża l-pont: Min ingħata l-kuntratt biex iwaħħal dawn is-sinjali? Kemm swew is-sinjali? Din l-ispiża tinkludi li l-istess kuntrattur jaqla' s-sinjali meta l-Pont Manwel Dimech jitlesta? Jekk le, kemm hu stmat li se jiswa x-xogħol biex jinqalgħu s-sinjali u jerġgħu jitranġaw il-bankini fejn huma preżentament imwaħħlin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li: 1. Il-kuntratt inghata lill-Koptasin – Koperattiva Tabelli u Sinjali tat-Traffiku 2. L-ispiza tas-sinjali hija skond it-tabella hawn taht: Sal-lum is-sinjali swew Lm15,593.79 li jinkludi wkoll xoghol ta’ zebhga ta’ triq u tabelli fir-rotot alternattivi. Quotation No. Item Amount Approved (incl. VAT) Provisional Amount for maintenance works during the project (incl. VAT) Amount used to date (incl. VAT) 63/06 Supply, commission and installation of directional traffic signs, and other works related to traffic management in conjunction with works on Manwel Dimech Bridge, St. Julians (Northbound) Lm6,777.43 Lm3,452.95 Lm6,276.18 64/06 Supply, commission and installation of directional traffic signs, and other works related to traffic management in conjunction with works on Manwel Dimech Bridge, St. Julians (Southbound) Lm6,777.43 Lm3,452.95 Lm5,647.31 65/06 Supply, commission and installation of Informatory and regulatory traffic signs, and other works related to traffic management in conjunction with works on Manwel Dimech Bridge, St. Julians Lm3,618.63 Lm2,646.92 Lm3,670.30 TOTAL Lm17,173.49 Lm9,552.82 Lm15,593.79 3. Din l-ispiza tinkludi wkoll li jitnehhew is-sinjali temporanji kollha u jitrangaw il-bankini u l-kurduna fejn kienu mwahhlin is-sinjal la darba jitlesta l-progett tal-pont Manwel Dimech.