Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħsejjes Qawwija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul x-xahar ta' Ottubru, 2007 x'passi ħadu l-pulizija dwar ilmenti minn residenti l-Qawra dwar disturb u ħsejjes qawwija fis-sighat bikrin ta' filgħodu minn bars bħal Quenn's Head?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b'żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27569, matul ix-xahar ta' Ottubru il-Pulizija tal-Qawra kompliet tagħmel spezzjonijiet għall storbju fil-bars. B'riżultat ta' dan, instab li kien hemm żewġ bars, wieħed minnhom il-bar imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, li fihom kien qed isir storbju. Il-Pulizija qed tieħu passi skond il-liġi fiż-żewġ każi.

Disposable nappies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28410 li saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jara li jiġu nvestigati lmenti li d-disposable nappies li jingħataw lill-persuni diżabbli huma ta' kwalita' nferjuri ħażina ħafna u jitqattgħu malajr? Jistgħu jingħataw disposable nappies tajbin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-każ ta' disposable nappies li jingħataw lil persuni b'diżabilita, mit-Tnejn 22 ta' Ottubru hemm kuntrattur differenti bi prodott differenti ukoll.

Riforma fil-Portijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28167 u 28413 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq dwar ir-riforma tal-portijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim. Dettalji dwar drittijiet individwali ta' kull port worker mhux qed jingħataw.
Leg 10 PQ #28623 Sitting 582 2007-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi u sodod

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28525 u jgħid kemm hemm lukandi u sodod, f'kategoriji differenti f'Malta u f'Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif ġej: Hotels u Apart hotels sodod Ħames stillel 15 6,460 Erba’ stillel 49 16,178 Tlett stillel 55 11,444 Żewġ stillel 24 2,286 Total 143 36,368 Guest houses sodod Comfort 11 257 Standard 22 532 Total 33 789 Hostels sodod Standard 12 1,094 Total ta’ kollox 188 38,251

Lukandi u ristoranti — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28523 u jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati full time u part-time fil-lukandi u fir-ristoranti kemm f'Malta u f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' ħaddiema full-time u part-time li kienu jaħdmu fil-lukandi u ristoranti f'Malta u f'Għawdex fl-aħħar ta' Ġunju 2007, kienu kif ġejjin: Lukandi u Ristoranti Malta Għawdex Total Full Timers 7,907 671 8,578 Part Timers bħala xogħol ewlieni tagħhom 4,914 482 5,396 Part Timers li għandhom xogħol full time ukoll 3,135 217 3,352 Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li l-aħħar statistika ppublikata hi dik ta' Ġunju 2007.
Leg 10 PQ #28625 Sitting 582 2007-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Mellieħa — Tisbiħ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28518 u jgħid xi proġetti ta' tisbiħ hemm maħsuba tul is-sena 2008 fl-Armier u fl-Għadira tal-Mellieħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 m'hemmx maħsuba proġetti ta' tisbiħ fl-Armier u fl-Għadira tal-Mellieħa għalkemm il-Gvern lest u qed jikkonsidra proposti għal proġetti f'dawn l-inħawi.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi aġġustata l-pensjoni ta' l-ex ħaddiema ta' l-Enemalta li għandhom jieħdu b'lura minn Jannar 2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-pensjoni tas-Sigurta Socjali ta' l-ex-impjegati ta' l-Enemalta tigi riveduta a bazi tal-Ftehim Kollettiv wara li dan jigi konkluz.

Mellieħa — Triq Għar u Casa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir it-Triq Għar u Casa fil-Mellieħa? Jista' jgħid liema livelli se jsiru fi Triq Ghar u Casa b'sodisfazzjon għar-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija hija nkluża fil-programm ta' toroq għall-perjodu 2006-2008. Sa llumm tlesta jew qed isir xogħol f'madwar nofs l-468 triq inklużi f'dan il-programm. Ix-xogħol fuq il-kumplament tat-toroq għandu jitkompla fil-ġimgħat u xhur li ġejjin u matul is-sena d-dieħla Dwar il-kwistjoni tal-livelli, waqt li għaddej ix-xogħol fi Triq l-Għajn tal-Mellieħa saru diversi talbiet mir-residenti tal-blokki f'din it-triq kantuniera ma' Triq Għar u Casa fejn ġie mitlub li livelli mogħtija mill-MEPA jitbaxxew biex jiġi żgurat li l-propjetarji ta' garaxxijiet f'din il-parti tat-triq jibqa jkollhom aċċess għall-propjetajiet tagħhom. Fil-fatt saru diversi laqgħat mar-residenti ta' din il-parti tat-triq fejn ġew diskussi dawn id-diffikultajiet u saru proposti biex il-livelli fil-kantuiera bejn Triq il-Għajn tal-Mellieħa u l-ewwel parti ta' Triq Għar u Casa jiġu maħduma mill-ġdid biex jiġi assigurat li jibqa jkun hemm aċċess tajjeb għall-garaxxijiet kollha.

Qtugħ ta' dawl

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27236, 27802, 27929, 28059 u 28258 u jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena sal-15 ta' Lulju kien hemm 176 qtugħ ta' dawl aktar minn nofs siegħa ippjanat mill-korporazzjoni ta' l-Enemalta b'medja ta' erba' siegħat għal kull qtugħ u 157 qtugħ ta' dawl kawża ta' fault għal aktar minn nofs siegħa b'medja ta' 3.1 siegħat kull qtugħ.

Fund for good causes

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058 u 28255 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Storbju eċċessiv

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27568, 27829, 27978, 28119 u 28411 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta l-ittra waslet, uffiċjal tas-Segretarjat Privat tiegħi għadda l-ittra lill-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern sabiex il-pulizija jinvestigaw il-każ u jieħdu l-passi meħtieġa.

Dar Malta fi Brussell

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 u jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28123 u 28412 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Restawr ta' galleriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm kien hemm f'Malta u f'Għawdex li applikaw biex ikollhom il-gallerija tagħhom irrestawrata? Jista' jgħid x'somma alloka l-gvern għax-xogħol ta' restawr fuq il-galleriji skond l-iskema li ħabbar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għal darb'oħra, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28197.

Kazi ta' serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-bidu ta' din is-sena sal-aħħar ta' Settembru, 2007 x'każi ta' serq u ksur tal-liġi oħra ġew rrappurtati f'dawn il-lokalitajiet: Mellieħa, San Pawl il-Baħar, n-Naxxar, San Ġiljan, Pembroke, Sliema u l-Gżira?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Restawr ta' galleriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm kien hemm f'Malta u f'Għawdex li applikaw biex ikollhom il-gallerija tagħhom irrestawrata? Jista' jgħid x'somma alloka l-gvern għax-xogħol ta' restawr fuq il-galleriji skond l-iskema li ħabbar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

MCAST — Żgħażagħ diżabbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar tliet snin, sena b'sena, kien hemm żgħażagħ diżabbli li applikaw jew urew ix-xewqa li jattendu kors fl-MCAST u ġew aċċettati? Jekk ma ġewx aċċettati, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni diżabbli li qed jattendu xi kors fl-MCAST? Jista' jgħid f'liema istituti jattendu u liema kors qed jieħdu? Jista' jgħid kemm hemm studenti (abbli u diżabbli) b'kollox f'MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.