Legislature:
Category:
Reset
Active:

Disposable nappies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28786 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jivverifika ilmenti li qed jasluli ta' spiss minn għadd ta' ġenituri ta' persuni diżabbli li d-disposable nappies li qed jingħatawlhom mill-gvern għax huma ntitolati għalihom huma ta' kwalita' ħażina u mhux qed iservu l-iskop tagħhom? Jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa biex id-disposable nappies ikunu ta' kwalita' tajba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nappies huma provduti minn żewġ kuntratturi, skond id-daqs ta' nappies li jkunu meħtieġa. Il-kuntratturi kienu mitluba jissottomettu samples ta' dawn in-nappies lid-Dipartiment. Dawn in-nappies għaddew mit-testijiet tal-laboratorju.

Junior College

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28820 u jara x'inhi r-raġuni li l-istudenti Group 4 l-ewwel sena tal-Junior College għadhom mill-bidu tas-sena akkademika mingħajr għalliem tal-IT fil-livell intermediate? Meta se jintbagħat dan l-għalliem biex l-istudenti ma jibqgħux imċaħħda min għalliem ta' l-IT?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-1 ta' Ottubru, 2007, wieħed mill-għalliema tal-Computing/I.T. impjega ruħu post ieħor. Ħarġet aplikazzjoni għal post fil-Computing/I.T. fil-5 ta' Ottubru, 2007 u saru l-intervisti fit-30 ta' Ottubru, 2007. Informat ukoll li sadanittant irrizenja għalliem ieħor ta' l-I.T./Computing. Il-persuna li ġiet l-ewwel fl-interviews irrifjutat l-ħatra, u z-zewġ persuni li ġew wara fil-lista ta' dawk li ġew magħzula kienu offruti l-post. Hemm perjodu ta' notice li wieħed ikollu jagħti qabel jieħu l-ħatra l-ġdida fil-Junior College.

Fund for good causes

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058, 28255, 28584, 28716 u 28839 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din il-mistoqsija ilha li saret ġimgħat sħaħ u għadha ma ġietx imwieġba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Talba għal akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid fhiex waslet l-applikazzjoni ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sa l-aħħar ta' din is-sena se tisfa bla dar għax jgħalqilha l-kuntratt tal-kera tad-dar fejn qed toqgħod? Tista tiġi kkunsidrata t-talba tagħha għal akkomodazzjoni fl-inħawi ta' Tas-Sliema, San Ġiljan, Gżira, Pembroke u Msida?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa. L-applikanta ddikjarat li tixtieq akkomodazzjoni alternattiva tas-Sliema, fejn id-Dipartiment m'għandux postijiet għall-kiri.
Leg 10 PQ #28834 Sitting 589 2007-11-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Visas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28696 u jgħid x'passi se jittieħdu biex ma nitilfux turisti minn pajjiżi bħar-Russja, l-Ukranja u s-Serbja peress li aġenti ta' l-ivvjaġġar qed jilmentaw li se jonqsu drastikament turisti minn dawk l-pajjiżi għax, per eżempju, qed jgħidulhom li mill-ambaxxata ta' Moska se joħorġu 25 visas kuljum biss, u l-Ukrajna qed isibu xi diffikultajiet mill-Ambaxxata Awstrijaka?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari numru 28822 li ngħatat mill-Ministru ta' l-Affarjiet Barranin.

Dar Malta fi Brussell

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24645 jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28123, 28412, 28586 u 28717 u jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta u jgħid liema huma dawn l-organizzazzjonijiet kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fund for good causes

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058, 28255, 28584 u 28716 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din il-mistoqsija ilha li saret ġimgħat sħaħ u għadha ma ġietx imwieġba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.

Storbju eċċessiv

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27568 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.

Storbju eċċessiv

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27568 u 27829 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.

Storbju eċċessiv

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27568 u 27829 u 27978 u jgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.

Storbju Eċċessiv

Question

Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 27568 u 27829 u 27978 u 28119 ċjgħid x'passi ħa dwar ittra mibgħuta lilu fit-18 ta' Settembru, 2006 minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar storbju eċċessiv mill-Queen's Head Pub peress li għaddiet sena oħra u baqa' l-istess storbju eċċessiv sas-siegħat bikrin ta' filgħodu b'inkonvenjenza għall-ġirien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28585.
Leg 10 PQ #28822 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ħruġ ta' visas

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistqosija parlamentari 28540, jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28659 u jgħid f'kull pajjiż x'arranġamenti meħtieġa qed isiru sabiex ikun iffaċilitat l-ħruġ tal-visas għat-turisti li ġejjin minn pajjiżi bħas-Serbja, Ukrajna, ir-Russja u t-Turkija?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Biex ikun iffaċilitat il-ħruġ tal-visas għat-turisti li ġejjin mis-Serbja, Ukrajna, u t-Turkija, dan qed isir b'arranġamenti kemm ma' l-Italja kif ukoll ma' l-Awtrija. Fil-każ tat-turisti li ġejjin mir-Russja, dawn qed jiġu proċessati mill-Konsolat ta' Malta. Malta għandha Konsulat ġdid f'Moska biex jagħti servizz f'dan ir-rigward.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li l-mara separata, li isimha qed jintbagħat separatament, tingħata l-benefiċċji soċjali li hi ntitolati għalihom u li ilha xhur twal li applikat għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Ufficcju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta Socjali tal-lokalita taghha, jew iccempel SPIC fuq numru tat-telephone 159, biex tinghata l-informazzjoni u l-ghajnuna mehtiega.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li l-persuna separata, li isimha qed jintbagħat separatament, tingħata l-assistenza soċjali li hi ntitolata għaliha u li ilha żmien twil tistenna li tingħata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Ufficcju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta Socjali tal-lokalita taghha, jew iccempel SPIC fuq numru tat-telephone 159, biex tinghata l-informazzjoni u l-ghajnuna mehtiega.

Gzira — Triq Belvedere

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema persuna diżabbli ngħatat post ta' reserved parking quddiem Rohan Flats fi Triq Belvedere, l-Gżira peress li f'dawk il-flats m'hemmx persuna diżabbli li għandha bżonn dak l-ispazju?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li r-Reserved Parking għal persuni b’disabbilita’ li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġiet approvata fit-12 ta’ Jannar 2001 fuq rakkomandażżjoni tal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni B’Disabbilita’.

Gzira — Open site

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi mill-awtoritajiet konċernati biex jinbena ħajt li jagħlaq l-open site 44, 45 u 46 fi Triq Belvedere, Gżira li qed jimtela' bi skart, siringi u ġrieden b'inkonvenjenza u periklu għall-ġirien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qed tittieħed azzjoni mill-Pulizija kif meħtieġ skond il-liġi.
Leg 10 PQ #28783 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2007 fl-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu kemm ingħataw promozzjonijiet, x'kienu dawn il-promozzjonijiet u min kienu l-persuni li ngħataw dawn il-promozzjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illli matul is-sena 2007, fl-Awtorita’ tat- Turiżmu ingħataw tmien promozzjonijiet biex jimtlew dawn il-pożizzjonijiet: Financial Controller Head Research Head Communications & PR Divisional Secretary Segment Manager MICE Manager Quality Assurance Manager Legislation, Licensing & Contributions Manager Tourism Services Providers Development