Dokumenti maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea – Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’pożizzjoni se tkun qed tieħu Malta fir-rigward tad-dokument maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea f’nofs Jannar ta’ din is-sena li jikkonċerna l-evalwazzjoni tad-Direttivi li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol? Malta taqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li d-Direttivi dwar dan is-suġġett m’għandhomx bżonn ta’ tibdil sostanzjali?
Response (DALLI, HELENA)
Il-konklużjoni prinċipali kif espressa f’dan id-dokument maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea hija li d-Direttivi dwar saħħa u sigurtà huma effettivi u ‘fit for purpose’ u m’għandhomx bżonn reviżjonijiet prinċipali. Fil-fatt il-Kummissjoni qed tipproponi li jkun hemm aġġornar tekniku ta’ sitt Direttivi u ta’ numru ta’ Annessi fid-Direttivi. Il-kummissjoni qed tipproponi wkoll l-iżvilupp ta’ numru ikbar ta’ dokumenti gwida ntenzjonati għall-intrapriżi żgħar, waqt li ser tippromwovi l-użu ta’ għodda elettroniċi interattivi.
Miżuri oħra li qed tipproponi l-Kummissjoni jikkonċernaw l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, ħaddiema domestiċi, u problemi psikosoċjali, muskuloskeletali, u dawk relatati mad-diversità fuq ix-xogħol.
B’mod ġenerali, Malta taqbel ma’ dawn il-konklużjonijiet, u b’mod partikolari tinnota b’sodisfazzjon li ser jittieħdu wkoll miżuri mill-Kummissjoni intiżi li jnaqqsu piżijiet burokratiċi żejda fuq l-iStati Membri relatati mal-implementazzjoni tad-Direttivi.
NGOs u entitajiet pubbliċi – settur ta’ ħidma kontra l-vjolenza domestika
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-miżuri li qegħdin jittieħdu biex jissaħħaħ il-kordinament bejn id-diversi entitajiet pubbliċi u NGOs fis-settur tal-ħidma kontra l-vjolenza domestika?
Response (DALLI, HELENA)
Qed isiru diversi inizjattivi biex jitjieb il-kordinament fosthom;
1 Twaqqaf network ta’ NGOs li jaħdmu fis-settur li jiltaqa’ regolari u jitrattaw hwejjeg komuni li jghinu it-tishih tas-servizzi. Dawn ukoll jiltaqghu ma’ ufficjali minn entitajiet pubblici biex jiddiskutu u jwittu hwejjeg biex ghin it-titjieb ta’ l-operat.
2 Il-kummissarju jiltaqgħa regolarment ta’ ufficjali anzjani minn diversi entitajiet biex ukoll jitjieb l-operat u l-kordinament. Irrid nghid li qed ikun hemm hafna koperazzjoni minn dawn l-ufficjali pubblici.
3 Qed isiru preparazzjonijiet biex titwaqqaf task force bejn diversi operaturi pubblici biex flimkien jikkordinaw l-inizjattivi li johorgu mill- progett ta’ l-UE li applika ghalih id-direttorat ghad-drittijiet umani. Din it-task force tohrog minn dan il-progett imma sa tkun strument ghal aktar kordinament u zvillup fis-settur.
4 Fil 25 u 26 ta’ Mejju il-kummissjoni sa torganizza zewg seminars dwar il-konvenzjoni ta’ Istanbul ghal diversi professjonisti u dan sa jsir bil-ghajnuna ta’ esperti barranin u Maltin. Hawn ukoll irid nghid li il-partecipazzjoni tas-settur pubbliku kif ukoll mill-NGOs huwa nkoragganti hafna.
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – deċiżjonijiet dwar konċentrazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti n-numru ta’ deċiżjonjiet li ħareġ l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni dwar konċentrazzjonijiet minn Mejju tal-2011 sal-aħħar tal-2016 sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li n-numri ta’ decizjonijiet kienu kif jidhru hawn taħt.
2011
5
2012
2
2013
3
2014
7
2015
7
2016
8
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-ħidma li saret mill-Uffiċċju għal-Kompetizzjoni fis-sena 2016 ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fis-sena 2016, fost il-ħidma tal-Uffiċju għall-Kompetizzjoni insibu:
· Il-ħruġ ta’ żewġ deċiżjonijiet, waħda dwar ksur fis-settur tal-bejgħ tad-diesel lill-pompi tal-
petrol
, u oħra fir-rigward tat-tariffi tat-trasport tal-istudenti lejn l-iskejjel tal-Knisja;
· Inħarġu tmien deċiżjonijiet rigward konċentrazzjonijiet fejn kumpaniji ingħaqdu jew fejn kumpanija xtrat kumpanija oħra;
· Rapport fuq talba mill-Qorti skont l-artikolu 27 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, dwar il-kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni mqajma quddiema;
· L-organizzazzjoni ta’ konferenza hawn Malta bl-għajnuna tal-UNCTAD u l-Awtorita għall-Kompetizzjoni tal-Awstrija bit-titolu ‘Euro Mediterranean Competition Forum’;
· Abbozzar ta’ regolamenti li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni li għandhom jiġu fis-seħħ aktar tard din is-sena;
· Ħruġ ta’ komunikazzjoni rigward
commitments
offruti mill- intrapriżi investigati fis-settur tal-uniformijiet sabiex jindirizzaw it-tħassib identifikat mill- Uffiċċju rigward nuqqas ta’ kompetizzjoni;
· Ħruġ ta’
statement of objections
rigward possibbilta ta’ miżuri interim fis-settur tad-divertiment;
· Laqgħat mal-banek u solveljar sabiex isir magħruf kif dawn jattwaw ir-rakkomandazzjonijiet proposti fir-rapport tal-inkjesta settorjali dwar ir-rati ta’ l-imgħax li joffru l-Banek fuq self għall-intrapriżi żgħar u medji;
· Intervjena waqt is-sezzjoni li kienet qed tiddiskuti l-irwol tal-istudji tas-swieq bħala għodda biex tippromwovi l-kompetizzjoni fil-laqgħa annwali tal-OECD
Global Forum on Competition
fejn ġie ppreżentat ir-rapport tal-inkjesta settorjali.
· Ippreżenta r-rapport annwali tal-Uffiċċju fl-OECD għat-tieni sena konsekuttiva minn meta twaqqfet l-Awtorita`.
· Id-difiża ta’ każijiet quddiem it-Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur u quddiem Qrati oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm irċieva ilmenti l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur matul is-sena 2016? Kemm minn dawn l-ilmenti ġew solvuti? X’kien l-ammont ta’ kumpens li ħadu l-konsumaturi wara l-intervent tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul is-sena 2016, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur irreġistra 1205 ilment fejn f’612 minnhom intlaħaq ftehim amikevoli. 190 ġew irtirati minn naħa tal-konsumatur jew ma kinux ilmenti ġustifikati. Il-kumplament ġew mgħoddija lil entitajiet oħra filwaqt li kien hemm 354 każ li għaddew quddiem it-Tribunal. Il-kumplament kienu għadhom pendenti sal-aħħar tas-sena.
L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, bħala l-NEB (
National Enforcement Body
)
għar-Regolament (KE) nru 261/2004 fuq kanċellazzjoni jew dewmien ta’ titjiriet; laqa’ wkoll 154 ilment f’isem 280 konsumatur. Minn dawn l-ilmenti, ġew solvuti 88. L-ammont ta’ kumpens li ħadu l-228 konsumatur wara l-intervent ta’ dan l-Uffiċċju kien ta’ €75,913.10. Barra minn hekk, 9 ilmenti ġew riferuti liċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur, 14 ġew trasferiti lill-NEBs barranin u 19 ġew irtirati mill-konsumaturi nfushom. It-talba ta’ 2 ilmenti minnhom ma ġietx milqugħa u ilment ieħor ma kellux bażi biex tkun tista’ titteħidlu azzjoni. Fl-aħħar tas-sena kien baqa’ 21 ilment pendenti.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien is-sehem tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur sabiex il-konsumaturi jiġu kkumpensati fil-każ tal-kumpanija li l-isem tagħha qed jingħata separatament?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur kien mill-bidu nett offra s-servizz tiegħu u għen lill-konsumaturi effetwati f’dan il-każ. Inizjalment, l-Uffiċċju kien ġabar l-ilmenti kollha u sar ukoll eżerċizzju fejn kull konsumatur kien avviċinat biex jiġu kkonfermati l-ammonti nvoluti u jekk kienx hemm każijiet fejn xi ammonti setgħu kienu ġew rifondati minn banek jew kumpaniji oħra. Kull irċevuta jew dokumenti oħra ġew miġbura f’database kreata għal dan il-każ.
Tista’ l-Ministru tgħid fl-isfond tar-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit, xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jissaħħaħ il-MEUSAC ħalli ċ-ċittadini Maltin ikunu iktar infurmati dwar l-Unjoni Ewropea u kif din taffettwa l-ħajja tagħhom ta’ kuljum?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onor. Interpellant li kif ħabbarna fil-baġit għal din is-sena dan il-Ministeru ser ikun qed jimplimenta riforma wkoll fil-Meusac u li qed tissejjaħ “relaunch”. Għaddejjin id-diskussjonijiet interni fil-preżent u jitħabbar aktar ‘l quddiem id-dettalji ta’ din ir-riforma biex iċ-ċittadini ta’ pajjiżna jkollhom aktar viżjoni,informazzjoni u parteċipazzjoni f’dak li qed jiġri fl-Unjoni Ewropeja.”
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm b’kollox studenti li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC? Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet? Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant illi b’kollox attendew 770 student għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC li saru matul is-sajf tas-sena 2016.
Minn dan in-numru, għamlu l-eżami 733 student u għaddew: 63% fil-Malti, 40% fl-Ingliż, 28% fil-Matematika u 27% fil-Fiżika.
Proprjetajiet li mill-knisja jridu jgħaddu għand il-gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-ftehim li hemm bejn l-Istat u l-Knisja li jiskadi fi ftit snin oħra, x’qed jagħmel dan il-gvern biex isolvi l-problemi kbar li hemm pendenti, relatati ma’ proprjetajiet li għad iridu jgħaddu għand il-gvern?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid issa li l-liġi tal-Awtorità tal-Artijiet għaddiet mill-proċessi kollha parlamentari, fiex wasal il-proċess b’mod tanġibbli?
Lands – sistema ta’ files li tinqaleb għal dik diġitali
Question
Peress li fil-budget intqal li s-sistema kurrenti ta’ files fil-Lands se tinqaleb għal waħda diġitali biex tassigura aktar effiċjenza u trasparenza fil-proċess amministrattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi attwata din il-wegħda u x’vantaġġi se jkun fiha?
Peress li fil-budget kien intqal li se jitfasslu standards dwar kif għandhom isiru l-valutazzjonijiet tal-proprjetà, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif u meta se jiġi attwat dan kollu?
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar nisa daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li kienu jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni fl-aħħar ta’ Ġunju tas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kien kif muri fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll iż-żieda sena fuq sena.
Nisa jaħdmu
full time
u
part time
bħala xogħol ewlieni
Żieda sena fuq sena
Ġunju 2013
74,493
Ġunju 2014
79,446
4,953
Ġunju 2015
83,314
3,868
Ġunju 2016
88,157
4,843
Persuni b’diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm iktar persuni b'diżabilità daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol, f'dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba’ snin kien ta’ 887.
Persuni ‘l fuq minn 50 sena li daħlu fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iktar persuni 'l fuq minn 50 sena daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol f'dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu full time u part time bħala xogħol ewlieni u għandhom ’l fuq minn 50 sena fl-aħħar ta’ Ġunju tas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016 kien kif muri fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll iż-żieda sena fuq sena.
Persuni jaħdmu
full time
u
part time
bħala xogħol ewlieni
Żieda sena fuq sena
Ġunju 2013
47,246
Ġunju 2014
49,633
2,387
Ġunju 2015
51,511
1,878
Ġunju 2016
53,599
2,088
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat, ibbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura? Kemm hemm ċentri li qed jieħdu sehem bħalissa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ applikazzjonijiet attivi li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Jannar ibbenefikaw mis-servizz ta’ Childcare b’xejn hu ta’ 3,366 għal spiża f’Jannar 2017 ta’ €1.2 miljun.
Fis-snin 2014, 2015, u 2016, l-istatistika fuq in-numru ta’ applikazzjonijiet kienet kif muri f’din it-tabella:
Sena
Perjodu
Nru. ta’ applikazzjonijiet matul is-sena
Spiża (€ miljuni)
2014
1 Apr - 31 Dec
3,856
5.2
2015
1 Jan - 31 Dec
2,843
10.0
2016
1 Jan - 31 Dec
3,020
12.6
Ċentri irreġistrati fl-iskema hemm 98.
Kemm huwa n-numru ta’studenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjoni nutrittiv li beda joffri l-gvern mill-1 ta’ April 2014 ? X’kienet in-nefqa sena b’sena fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-bidu tal-ftuħ tas-servizz tal-Breakfast Club, fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student, fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student u fis-sena skolastika 2016-2017 (minn Settembru sa Jannar 2017) ibbenefikaw 4,003 student.
In-nefqa mill-ftuħ tal-Breakfast Club minn April 2014 sal-aħħar ta’ Jannar 2017 kienet ta’ €1,464,795.95. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators (wieħed kull Kulleġġ), ħlasijiet lill-ħaddiema (għalliema, LSAs, eċċ.), kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif hawn imniżżel f’din it-tabella:
Sena Skolastika
Nefqa
2014-2015
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,205.00
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€397,783.52
2015-2016
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,420.76
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€644,101.56
2016-2017
Settembru sa Diċembru 2016
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€17,265.00
Settembru sa Diċembru 2016
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€121,196.36
2014 sa Diċembru 2016
Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel
€201,823.75
TOTAL
€1,464,795.95
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ studenti li fl-aħħar snin irrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta? X’kienet l-ispiża totali fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fis-snin skolastiċi 2013/2014, 2014/2015 u 2015/6 kienu kif ġej:-
Sena skolastika 2013/2014
Numru ta’ studenti: 1043
Nefqa totali: €421,774
Sena skolastika 2014/2015
Numru ta’ studenti: 1031
Nefqa totali: €702,320
Sena skolastika 2015/2016
Numru ta’ studenti: 976
Nefqa totali: €736,728
L-ammonti indikati jkopru studenti li rrepetew sena fil-kors ta’ studju tagħhom fil-livell post sekondarju u terzjarju u ngħataw stipendju wara li applikaw. Xi studenti jkunu wkoll eliġibbli għall-għotja supplimentari.