Persuni fi spartijiet — Użu rikreattiv tal-kannabis
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew admitted persuni fi sptarijiet jew reparti ta’ kura mentali għall-kumplikazzjonijiet psikoloġiċi li huma maħsuba li kienu relatati mal-użu rikreattiv tal-kannabis minn għaxar snin ‘l hawn, sena b’sena sal-aħħar records?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Peress li l-unika preparazzjoni tal-cannabis li hija manifatturata taħt Good Manufacturing Practice huwa sprej ta’ 10ml li jiswa €500 u li pazjent b'uġigħ kroniku jista’ jkollu bżonn iktar minn 10ml kuljum, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx possibilità inqas burokratika li pazjenti jkunu jistgħu jaċċessaw mediċini tal-cannabis li jkunu iktar irħas, dejjem taħt in-normi li tippermetti l-liġi dwar użu mediku tal-kannabis?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-liġi fis-seħħ għal użu mediku tal-cannabis tippermetti l-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti li huma kkunsidrati mill-Awtorita’ kompetenti li huma mediċini.
Peress li l-liġi tippermetti lil erba’ tipi ta' speċjalisti biex jagħmlu riċetta tal-cannabis extract, iżda dawn jidher li ma ħadu ebda forma ta' training fuq dan is-suġġett, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk dawn l-ispeċjalisti jirċevux xi forma ta’ taħriġ fuq dan is-suġġett sabiex imbagħad ikunu dawn li jkunu jistgħu jagħmlu riċetta iktar infurmata? Jista’ jgħid minn meta tbidlet il-liġi fl-aħħar leġiżlatura kemm ħarġu permessi biex jintuża l-estratt tal-kannabis għal użu mediku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispeċjalisti msemmija minnu huma kollha mħarrġa skont ir-rekwiżiti tal-Kunsill Mediku u tal-iSpecialist Accredetation Committee.
Użu rikreattiv tal-cannabis – pazjenti li ddaħħlu fl-isptarijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew admitted persuni fi sptarijiet jew reparti ta’ kura mentali għal kumplikazzjonijiet psikoloġiċi li huma maħsuba li kienu relatati mal-użu rikreattiv tal-kannabis?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni immigranti jgħixu ġo open centres jew djar oħra governattivi jew iffinanzjati mill-gvern li jospitaw immigranti? Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm immigranti ġo detention centres , u jekk iva kemm hemm?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bħalissa fiċ-ċentri miftuħa tal-AWAS hemm 815 residenti migrant filwaqt li fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni hemm għaxar (10) detenuti rġiel u tliet (3) detenuti nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fi Djar tal-Anzjani li r-responsabbiltà tagħhom taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Ta’ liema nazzjonalità huma? Jista’ jagħti tagħrif dwar il-karigi li jokkupaw?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema barranin li jaħdmu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jammonta għal 37 persuna. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn l-individwi huwa kif imsemmi:
8 ta’ nazzjonalità Indjana
24 ta’ nazzjonalità Pakistana
1 ta’ nazzjonalità Ungeriża
1 ta’ nazzjonalità Spanjola
1 ta’ nazzjonalità Bulgara
1 ta’ nazzjonalità Taljana
1 ta’ nazzjonalità Ingliża
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern? Ta’ liema nazzjonalità huma? Jista’ jagħti tagħrif dwar il-karigi li jokkupaw?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus is-sena l-oħra (2016) f’restawr ta’ postijiet storiċi? Jista’ jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li sar f’dawn il-postijiet, fosthom dwar ix-xogħol li tlesta u xogħol li għadu għaddej?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi fl-2016 intefqet is-somma totali ta’ €5,628,843.41 f’restawr ta’ postijiet storici.
Minn dawn kien hemm €1,801,299.38 bħala fondi Ewropej u €2,945,683.03 ntefqu mill-Fondi Nazzjonali. Is-siti storiċi li gawdew min dawn il-finanzi huma mniżżla fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Lukandi li bħalissa għaddej xogħol ta’ refurbishment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi li bħalissa għaddej xogħol ta’ refurbishment fihom? Jista’ jgħid jekk hemmx lukandi li grazzi għal dan ix-xogħol, se jkun qiegħed jogħla l-grad tagħhom? Jista’ jgħid jekk dan ifissirx li se jkun hemm aktar sodod, u kemm? Jista’ jgħid jekk dan ifissirx żieda fin-numru ta’ ħaddiema fl-istess lukandi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li n-numru ta’ lukandi li bħalissa għaddej xogħol ta’ refurbishment, estensjoni ta’ żvilupp jew saħansitra żvilupp mill-ġdid, huwa ta’ sitta (6).
Dawn ix-xogħlijiet se jwasslu biex ikun hawn żieda ta’ 1239 (elf, mitejn, disgħa u tletin) sodda. Bis-saħħa ta’ dan ir-
refurbishment
, il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-lukandi se jibqa’ l-istess, iżda se jsir titjib fil-prodott offrut minn dawn il-lukandi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2014, 2015, 2016 (sena b’sena) sabu impieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impieg fis-settur pubbliku, jista’ l-Ministru jgħid f’liema qasam?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus u People & Standards Division, Research and Personnel Systems Directorate fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, in-numru ta’ nisa li sabu impjieg (li jinkludu dawk ġodda u tibdil fl-impjieg) full time u part time, fis-settur pubbliku u privat fl-2014, 2015 u 2016, huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Nisa li sabu impjieg
Settur Pubbliku
Settur Privat
Full Time
Part Time
Total
Full time
Part Time
Total
2014
1,539
1,796
3,335
13,405
11,700
25,105
2015
1,829
2,625
4,454
23,433
19531
42,964
2016
2,318
3,297
5,615
32,278
25993
58,271
It-tabella ta’ hawn taħt turi f’liema oqsma kienu qed jaħdmu dawk in-nisa li daħlu jaħdmu fis-settur pubbliku.
[A] Agriculture, Forestry & Fishing
[C] Manufacturing
[D] Electricity, Gas, Steam & Air Conditioning Supply
[E] Water Supply; Sewerage, Waste Management & Remediation Activities
[F] Construction
[G] Wholesale & Retail Trade; Repair of Motor Vehicles & Motorcycles
[H] Transportation & Storage
[J] Information & Communication
[K] Financial & Insurance Activities
[L] Real Estate Activities
[M] Professional, Scientific & Technical Activities
[N] Administrative & Support Service Activities
[O] Public Administration & Defense; Compulsory Social Security
[P] Education
[Q] Human Health & Social Work Activities
[R] Arts, Entertainment & Recreation
[S] Other Service Activities
Djar Residenzjali — Servizzi ta’ Psikjatra għal residenti b’diżabilità intelletwali u li jbatu min-nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizz ta’ psikjatra għandhom residenti b’diżabilità intelletwali u li jbatu wkoll min-nuqqas ta’ saħħa mentali? Kemm hemm residenti f’Djar Residenzjali li għandhom dawn iż-żewġ diżabilitajiet? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ir-residenti għandhomx care plan bħalma hemm indikat fil-Liġi dwar is-Saħħa Mentali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport għandha 53 resident li għandhom diżabilità intellettwali jew problemi ta' saħħa mentali u li jagħmlu użu mis-servizz ta' psikjatra. Kull wieħed u waħda minn dawn ir-residenti għandhom Individual Support Plan jew pjan ta' kura.
Aġenzija Sapport — Servizzi lil persuni b’diżabilità meta l-ġenituri imutu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi ta’ sapport jagħtu l-Aġenzija Sapport għal dawk il-persuni b’diżabilità li l-ġenituri tagħhom ikunu mietu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f'każ li persuna b'dizabilità imutulha l-ġenituri tagħha u jsir kuntatt mal-Aġenzija Sapport, il-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija jevalwaw il-każ ikkonċernat u joffru l-għajnuna meħtieġa lill-familjari jew lill-persuna b'diżabilità skont il-bżonn tal-individwu u s-sitwazzjoni tal-familja.
Anke f'każi bħal dawn, l-Aġenzija Sapport tista' toffri servizzi residenzjali, servizzi fil-komunità, servizzi tal-
Independent Community Living
u kif ukoll dawk tal-
Personal Assistant
.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ skemi jeżistu mill-Jobsplus biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex isibu impieg? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Jobsplus għandhomx xi skema ta’ work exposure għal dawn il-persuni u kif taħdem din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern nieda diversi skemi biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex isibu impjieg. Il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF), ġiet imwaqqfa bejn l-Jobsplus u min iħaddem. Il-missjoni ta’ din il-Fondazzjoni hija li tgħin kemm lil min iħaddem kif ukoll lill-persuni b'diżabbiltà biex it-tnejn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn suq tax-xogħol aktar aċċessibbli u aktar divers bl-għajnuna tal- job coaches.Il-Fondazzjoni għandha l-għan li ssib modi biex bihom tneħħi l-barrieri u tkabbar l-opportunitajiet ta' xogħol għal persuni b'diżabbiltà. Il-Fondazzjoni tipprovdi servizz ippersonalizzat bi pjan t’azzjoni skont il-ħtieġa tal-persuni b'diżabbiltà.
Min-naħa l-oħra Jobsplus tgħin b’diversi modi biex persuni b’diżabbiltà jitħarrġu u jsibu impjieg, inkluż diversi skemi u programmi ta’ għajnuna mill-Fond Nazzjonali u oħrajn iffinanzjati parzjalment mill-Unjoni Ewropea.
Il-Programm Sheltered Employment Training jipprovdi taħrig assistit għal persuni b’diżabiltajiet aktar severi bl-għan li jtejjbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi job coaches huma assenjati jissapportjaw lill-persuni li jattendu tul is-sena programm ta’ taħrig li jinkludi perjodu f’ambjent tax-xogħol.
Job Bridge Training and Development Centre, huwa centru li jiffoka fuq taħrig speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta' impjegabbilità u soċjali kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti fost l-oħrajn.
L-iskema Bridging the Gap (BTG) toffri opportunità ta’ prova fuq il-post tax-xogħol (work exposure) lill-persuni b’diżabilità għal numru ta’ ġimgħat (skont il-bżonn). Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw allowance fil-gimgħa minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali. Jekk il-persuna ddum aktar minn tnax-il ġimgħa f’din l-iskema, hi trid iċċedi l-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tagħha. Min-naħa l-oħra min jimpjega ma jkunx obbligat li jħallas il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-paga u benefiċċji oħra bħas-sick leave.
L-iskema Access to Employment (A2E), kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Gvern Malti, tipprovdi sussidju ta €125 fil-ġimgħa għal kull persuna b'diżabbiltà ġdida f’impjieg full-time għal 156 ġimgħa. Fil-każ ta’impjieg part-time jingħata sussidju pro-rata ta’ jew 20, 25 jew 30 siegħa fil-ġimgħa.
Barra minn hekk, kumpaniji (mhux governattivi) jistgħu jitolbu biex:
- jiġu
e
ż
entati mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
għall-impjegati rreġistrati b’diżabilità;
- jirċievu
inċentiv fiskali
ta’ 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b’dizabilità diġà impjegata sa massimu ta’ € 4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.
Servizzi fil-Komunità biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità u min jieħu ħsiebhom
Question
Jista’ l-Ministru jindika fid-dettal is-servizzi kollha li jeżistu fil-komunità sabiex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità u min jieħu ħsiebhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz fil-komunità eżistenti mmirati għal persuni b'diżabilità jikkonsistu f'li ġej:
1. Direct Payment - fejn jingħataw fondi sabiex familji li għandhom persuni b'diżabilità jkollhom servizz fid-dar għal ħinijiet qosra sa 12-il siegħa matul il-ġimgħa minn aġenziji privati li jassistu f'għajnuna ta' kura għal persuna b'diżabilità skont il-bżonn;
2. Community Services - fejn impjegati tal-Aġenzija Sapport jaħdmu mal-klijenti fil-komunità sabiex jgħinuhom biex ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar;
3. Independent Community Living (ICL) - fejn jingħataw fondi sabiex familji li għandhom persuni b'diżabilità jkun jista' jkollhom servizz kemm fid-dar u fil-komunità għal iktar minn 13-il siegħa, skont il-każ; u
4. Personal Assistance Fund (PAF) - sabiex persuni b'diżabilità bi bżonnijiet partikolari jkun jista' jkollhom persuna li tatihom is-servizz bħala live in carer u saħansitra jkun hemm iċ-ċans li jieħdu servizzi minn professjonisti oħra skont it-talba u l-fond mogħti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bolla tinqatax mill-istipendju tal-istudenti tal-Università jew jingħatawx xi credits għall-fini tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-miżura tal-baġit rigward credits tas-sigurtà soċjali ġiet implimentata mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Għalhekk, ġentilment nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Rigward bolla għandu jiġi nnotat illi ma ssir ebda deduzzjoni mill-ammont ta’ stipendju dovut lill-istudenti għajr għal tnaqqis ta’ assentiżmu, fejn applikabbli. L-istipendju, inkluż l-istipendju supplimentari, mhuwiex taxxabbli.
Università ta’ Malta – studenti fil-kors ta’ għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-Università ta’ Malta li qegħdin jagħmlu l-kors ta’ għalliema sena b’sena (l-ewwel sena, it-tieni sena eċċ)? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan in-numru huwiex biżżejjed għall-esiġenzi futuri tal-iskejjel tal-gvern, kif ukoll dawk privati? X’tibdiliet ser isiru dwar lawriji li jistgħu jinkisbu mill-Università ta’ Malta sabiex wieħed ikun jista’ jsir għalliem/a?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ studenti li fis-sena akkademika 2016/7 qed isegwu kors li jwassal għall-professjoni ta’ għalliem huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Fakultà/Istitut
Kors
Sena
Total
Fakultà tal-Edukazzjoni
Bachelor of Education (Honours)
2
79
3
81
4
126
Master in Teaching and Learning
1
48
Fakultà Total:
334
Total
334
Il-fatt li, kif qed jiġri fl-Ewropa kollha, diġà qed nesperjenzaw nuqqas ta’ għalliema f’numru ta’ suġġetti u anke l-fatt li n-numru ta’ studenti li qed isegwu l-kors biex isiru għalliema qiegħed jonqos jurina li n-numru mhux se jkun biżżejjed għall-esiġenzi futuri tal-iskejjel. Minħabba li l-Ministeru huwa konxju minn dan, twaqqaf working group – Evaluation of the Teaching Profession - biex jindirizza din is-sitwazzjoni. Dan il-working group jinkludi rappreżentanti mid-Direttorati, mill-Università, mill-MCAST u mill-MUT.
Il-Fakultà tal-Edukazzjoni wettqet riforma li bdiet isseħħ minn Otturbru 2016, fejn il-korsijiet BEd(Hons) u PGCE m'għadhomx jiġu offruti, u flokhom hemm kors postgraduate li jwassal għall-grad ta’ Master in Teaching & Learning (MTL). Din ir-riforma saret wara diskussjonijiet li bdew fl-2013 u bl-appoġġ tal-istituzzjonijiet edukattivi lokali, fosthom il-Ministeru.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – taħriġ professjonali lill-għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Edukazzjoni joffrix taħriġ professjonali lill-għalliema biex jagħrfu b’mod speċjali s-sintomi ta’ studenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Jekk iva, x’taħriġ ingħataw is-sena l-oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 32422.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30130, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-1,147 ġenitur, weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola fis-sena skolastika 2015 - 2016? Kemm kienet il-multa li huma weħlu u kemm minn dawn il-multi ġew imħallsa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ġew excluded mill-iskola mis-sena skolastika 2014-2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Għal kemm-il ġranet dawn l-istudenti tkeċċew mill-iskola tagħhom u għal liema raġuni ġew imkeċċija dawn l-istudenti? Minn liema skejjel ġew excluded dawn l-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li ġew excluded mill-iskola fl-iskejjel tal-Istat mis-sena skolastika 2014-15 sal-lum kien kif se nsemmi:
Sena skolastika 2014/15 - 241 student
Sena skolastika 2015/16 - 262 student
Sena skolastika 2016/17 (sal-lum) - 277 student
In-numru ta’ ġranet ta’ exclusion ivarja minn jum wieħed skolastiku ta’ student wieħed fi skola waħda għal 137 jum ta’ tkeċċija akkumulati mferrxa fuq numru ta’ studenti fi skola waħda, sena sena.
In-numru ta’ studenti li ġew excluded mill-iskola fl-iskejjel mhux tal-Istat mis-sena skolastika 2014-15 sal-lum kien kif se nsemmi:
Sena skolastika 2014/15 - 56 student
Sena skolastika 2015/16 - 74 student
Sena skolastika 2016/17 (sal-lum) - 64 student
In-numru ta’ ġranet ta’ exclusion ivarja minn nofs jum tal-iskola għal 25 ġurnata.
Fost ir-raġunijiet li għalihom ġew excluded, b’mod ġenerali, kien hemm minħabba ġlied, bullying, kliem dispreġġjattiv, ħażin jew oxxen, nuqqas ta’ rispett lejn l-iskola, ksur tar-regolamenti tal-iskola, ksur tar-regoli ta’ dixxiplina, tħarbit ta’ lezzjonijiet u tal-programm edukattiv tagħhom u ta’ sħabhom l-istudenti, użu mhux proprju ta’ apparat ta’ sigurtà u mġiba ħażina u/jew agressiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors ta’ parental skills ġew organizzati mill-Aġenzija Sedqa f’dawn l-aħħar tliet snin? F’liema lokalitajiet saru dawn il-programmi? Fiex jikkonsisti l-kors tal-parental skills?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-aħħar tliet snin (2014-2016), l-aġenzija Sedqa organizzat korsijiet fil-parental skills kif ġej:
Fis-sena 2014, saru 14-il kors, filwaqt li fis-snin 2015 u 2016 saru 15-il kors kull sena.
Il-korsijiet saru f’dawn il-lokalitajiet :
Sliema, Balzan,Żejtun, Mosta, Qawra, Birkirkara, Ħal-Luqa (Komunita’ Santa Marija), Fgura (Skola Primarja), Vittoriosa (Kulleġġ De La Salle), Gżira (Skola Santa Monica), Santa Venera, Ħamrun, Pieta’ (Kulleġġ Santu Wistin), Rabat, Żurrieq, Mġarr, Gudja (Skola Santa Giovanna Antida), Cospicua (Skola St Francis), Floriana (Skola Primarja), Iklin u Birżebbuġa
It-temi li kienu koperti waqt dan il-korsijiet kienu jinkludu:
1.
Tmexxija tal-Familja
– Niddiskutu tlett modi differenti ta’ tmexxija fil-familja.
2. Kommunikazzjoni Effettiva - Niddiskutu kif nistgħu intejbu l-komunikazzjoni bejn il-ġenituri u t- tfal.
3. Żvillupp Psikoloġiku tat-Tfal – Niddiskutu l-istadji ta’ l-iżvilupp psikoloġiku u emozzjonali tat- tfal mit-twelid sa 11-il sena.
4. Responsabilta` - Niddiskutu s-suġġett ta’ responsabilita’ u ninkoraġixxu lit- tfal ikunu responsabbli.
5. Alkoħol u Drogi Oħra – Ngħatu informazzjoni fuq l-alkoħol u d drogi lill- ġenituri u biex b’hekk il- ġenituri ikunu ippreparati għal eventwalita’ ta’ abbuż.
6. Sess u Sesswalita`- Niddiskutu l-iżvilupp sesswali tat- tfal.