Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar tal-Anzjani – lista ta’ stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li huma rikoverati fid-Djar Residenzjali kemm tal-Gvern, tal-privat u tal-privat f’partnership mal-Gvern? Kemm hemm anzjani li huma fil-waiting list biex jidħlu f’dawn id-djar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Każijiet ta’ Vjolenza fuq l-Anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza fuq l-anzjani li ġew irrapportati lill-Pulizija f’dawn l-aħħar ħames snin? F’liema lokalitajiet ġew irrapportati dwan il-każijiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata lill-Ministru ikkonċernat.

Djar tal-Anzjani — Impjegati mħarrġa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fid-djar tal-anzjani liċenzjati? Kemm minnhom huma mħarrġa billi segwew xi kors dwar l-anzjani?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistqosija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #1666 Sitting 29 2013-06-11 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema ġodda mas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mas-servizz pubbliku u ma’ aġenziji tal-Gvern mid-29 ta’ Novembru 2012 sad-9 ta’ Marzu 2013? Meta saret is-sejħa għal dawn il-ħaddiema ġodda u f’liema grad huma dawn il-ħaddiema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li mid-29 ta’ Novembru, 2012 sad-9 ta’ Marzu, 2013, daħlu jaħdmu 381 impjegat ġdid fis-Servizz Pubbliku kif ukoll 226 ma’ entitajiet u awtoritajiet pubbliċi. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li japplikaw separatament għas-Servizz Pubbliku u għall-entitajiet u awtoritajiet Pubbliċi, li juru d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 12 PQ #1976 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa Mentali — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jintefqu flus fuq servizzi fil-komunità u kemm qed jintefqu flus fuq servizzi residenzjali fil-qasam tas-saħħa mentali? Kemm tiġi tiswa sodda fl-Isptar Monte Karmeli?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn – childcare centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinfetaħ childcare centre fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn peress li f’din il-lokalità hemm numru konsiderevoli ta’ single parents?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Filwaqt li l-lokalità ta’ Wied il-Għajn qiegħda fil-proposta li l-Fondazzjoni għamlet lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Fondazzjoni tgħid li ma tistax tintrabat b’data ta’ meta se jinfetaħ dan iċ-ċentru.

Tfal li għamlu użu mil-linja tat-telefown 179

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1120, tista’ l-Ministru tgħid fiex kienu jikkonsistu il-154 telefonata li saru s-sena l-oħra mit-tfal fuq il-Linja 179? X’azzjoni ttieħdet mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1979 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — balzmatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bniedem mejjet li jkun fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei ikollu bżonn balzmatura (embalming) iridux iħallsu għaliha l-qraba? Jekk iva, kemm hi ċ-charge tingħatax irċevuta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura tal-ibbalżmar tal-katavri minn dejjem kienet proċedura privata u għalhekk trid tiġi mħallsa mill-qraba tal-persuna mejta. Għalhekk l-amministrazzjoni tal-kamra mortwarja ta' Mater Dei m'għandiex informazzjoni dwar ħlas tal-ibbalżmatura.
Leg 12 PQ #2243 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżeriji tal-Gvern

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1640 fejn intqal li l-ispiżerija tal-Furjana hija l-unika spiżerija reġjonali li se tibqa’ miftuħa, jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir mill-istaff kollu li jaħdmu f’dawk l-ispiżeriji l-oħra li se jagħlqu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-funzjoni tal-Ispiżerija ta’ Raħal Ġdid qed tiġi evalwata. Sakemm tiġi evalwata il-funzjoni ta’ din l-ispizerija u għalhekk titieħed id-deċiżjoni jekk tingħalaqx jew le, l-istaff ser jibqa jaħdem fid-dipartiment tal-kura primarja.
Leg 12 PQ #1882 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Livell ta’ Emissjonijiet – monitoraġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-emission levels fiż-Żejtun u nħawi oħra fin-nofsinhar ta’ Malta għal dak li għandu x’jaqsam ma’ NO2, SO2, u particulate matter 2.5 u 10, u carbon monoxide u ozone minn Marzu 2012 sa Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riżultati tal-kejl li sar matul l-2012 jkunu lesti f'Settembru 2013, dan għaliex normalment din id-data tkun trid tiġi iċċekkjata siegħa b' siegħa qabel ma tkun tista tintbgħat lill-UE. Din hija l-prassi f'dak li għandu x'jaqsam mar-rapurtaġġ ta' data tal-kwalita' tal-arja. Għaldaqstant id-data tal-2013 tkun lesta f'Settembru 2014.

Karta tal-identità – każ ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex iż-żewġ persuni mir-Renju Unit u li joqgħodu f’Malta li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, legalment qegħdin jiġu rifjutati milli jbiddlu l-indirizz tal-karti tal-identità tagħhom wara li huma biddlu l-indirizz tar-residenza tagħhom f’Malta u qed jgħidulhom li dan minħabba dawn jagħlqu f’Novembru 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif jidher fl-Avviz għall-iStampa tas-26 ta' Diċembru 2012, (anness), l-Uffiċċju Elettorali, mill-1 ta' Jannar 2013, ma baqax jaqdi l-funzjoni marbuta ma' pproċessar ta' applikazzjoni u ħruġ ta' dokumenti ta' identità għal kull min mhux ta' ċittadinanza Maltija. Din il-funzjoni issa hija r-responsabbiltà tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates. Għalhekk dawn il-persuni huma mitluba biex jagħmlu applikazzjoni lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates sabiex jinħarġilhom id-dokument ta’residenza u identità.

adult training centres għal persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jattendu fl-adult training centres, x’etajiet għandhom u x’diżabilitajiet għandhom? Kemm hemm applikanti godda biex jidhlu f'dawn iċ-ċentri?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pensjoni tad-diżabilità severa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn persuni li jieħdu pensjoni tad-diżabilità severa? Fiex tikkonsisti din id-diżabilità severa? Min liema lokalitajiet ġejjin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1641 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ ta’ ħaddiema mas-servizz pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda jaħdmu mas-servizz pubbliku u ma’ aġenziji tal-Gvern mid-9 ta’ Marzu 2013 s’issa, minbarra dawk li huma parti mill-kontinġenti u s-segretarjat tal-Ministri u Segretarji Parlamentari? Meta saret is-sejħa għal dawn il-ħaddiema ġodda u x’kategorija ta’ ħaddiema huma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li mid-9 ta’ Marzu 2013, daħlu jaħdmu 78 impjegat ġdid fis-Settur Pubbliku: 44 fis-Servizz Pubbliku u 34 ma’ Entitajiet Pubbliċi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li japplikaw għas-Servizz Pubbliku u għall-Entitajiet Pubbliċi rispettivament, u li juru d-dettalji ta’ meta ħarġu s-sejħiet, kif ukoll il-kategoriji/gradi li l-impjegati ġodda ġew reklutati fihom.
Leg 12 PQ #1666 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Interim From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema ġodda mas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mas-servizz pubbliku u ma’ aġenziji tal-Gvern mid-29 ta’ Novembru 2012 sad-9 ta’ Marzu 2013? Meta saret is-sejħa għal dawn il-ħaddiema ġodda u f’liema grad huma dawn il-ħaddiema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-tweġiba se tingħata f’xi seduta ohra.
Leg 12 PQ #1635 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Inbound Tourists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inbound tourists f’kull xahar bejn April 2012 u April 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

L-aħħar statistika li nħarġet dwar ‘inbound tourists’ mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kienet għax-xahar ta’ Marzu 2013. Il-figuri ta’ April mistennija jiġu ippublikati fit- 30 ta Mejju 2013.
Leg 12 PQ #1636 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – house visits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa f’kull xahar bejn Novembru 2012 u April 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Nofsinhar ta’ Malta — emissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-emission levels fiż-Żejtun u nħawi oħra fin-nofsinhar ta’ Malta għal dak li għandu x’jaqsam ma’ NO2 , SO2 u particulate matter 2.5 u 10 , u carbon monoxide u ozone minn Marzu 2012 sa Marzu 2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #1638 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Primary Lung Cancer – każijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm new cases ta’ primary lung cancer f’Malta u Għawdex f’kull xahar bejn l-2008-2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-istatistika miġbura mir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer kien hemm total ta’ 923 persuni li mardu bil-kanċer tal-pulmun fis-snin 2008 sal-2012.