B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2206, jista’ l-Ministru jindika kemm hemm professjonisti (bħal psikjatra, psikologu, social worker, eċċ.) li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? X’għandhom jagħmlu l-priġunieri/l-qraba tagħhom biex jirċievu s-servizzi ta’ dawn il-professjonisti biex jgħinuhom fir-riabilitazzjoni tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm jagħtu s-servizzi professjonali tagħhom żewġ psikjatri, żewġ psikoloġi u żewġ social workers.
Priġunieri, jistgħu jitolbu huma stess appuntament u/jew jistgħu jiġu wkoll referuti mit-tobba li qed jagħtu s-servizz tagħhom fil-klinika li hemm fil-Faċilità.
Persuni bi bżonnijiet speċjali li għandhom impjieg
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4099, tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-1,248 persuni li qed jaħdmu u huma rreġistrati bħala persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u sabu impjieg skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? X’tip ta’ xogħol qed jingħataw dawn il-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar ta` Mejju 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), in-numru ta' persuni reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ bħala persuni bi problemi ta' saħħa mentali u kienu qed jaħdmu kien taʾ 103 persuni. It-tabella li turi t-tip ta' xogħol ta' dawn il-persuni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ tuberkolożi notifikati kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ tuberkolożi attiva ( pulmonari u mhux pulmonari ) bejn 2008 u 2012 rapportati huma kif se nsemmi:
2008
2009
2010
2011
2012
Maltin
13
9
7
6
7
Immigranti
34
32
23
24
28
Baranin
8
3
2
2
6
Total
55
44
32
32
41
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ lebbra (leprosy) notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-Informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ lebbra (leprosy) bejn 2008 u 2012 rapportati huma kif se nsemmi:
2008
2009
2010
2011
2012
Maltin
0
0
0
0
0
Immigranti
1 (raġel, impurtat)
0
0
1 (raġel, impurtat)
0
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ HIV notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skond in-notifikazzjonijiet mibgħuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ każijiet ta’ HIV bejn 2008 u 2012 rapportati huma kif se nsemmi:
Sena
HIV
AIDS
Immigranti
Baranin
Maltin
2008
28
8
15
11
10
2009
18
2
8
8
4
2010
17
6
8
7
8
2011
24
5
11
5
13
2012
30
5
17
5
13
Awtorità tad-Djar – bini ta’ sheltered housing għall-anzjani
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hux se tibni sheltered housing fil-komunità għall-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bini ta’ sheltered housing hija biss idea waħda ta’ kif jistgħu jiġu mgħejjuna persuni anzjani fil-komunità. Bħalissa għaddej studju biex tiġi stabbilità strateġija ħolistika f’dan il-qasam, u mhux biss fuq il-bini ta’ sheltered housing.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet ta’ bullying rappurtati fl-iskejjel matul is-sena skolastika 2011-2012 u sena skolastika 2012-2013? F’liema skejjel twettqu dawn l-abbużi? X’azzjonijiet ittieħdu biex dawn l-abbużi ta’ bullying jieqfu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-każi riferuti mill-iskejjel tal-Istat lill-Anti-Bullying Services fi ħdan is-Safe School Programmes kien kif jidher hawn taħt:
2011-2012
2012-2013
Primarji fil-Kulleġġi kollha: 104
Primarji fil-Kulleġġi kollha: 110
Sekondarji fil-Kulleġġi kollha: 88
Sekondarji fil-Kulleġġi kollha: 99
Infurmat ukoll li l-każi riferuti mill-iskejjel tal-Knisja u Skejjel Indipendenti lill-
Anti-Bullying Services
fi ħdan is-
Safe School Programmes
hu kif ġej:
2011-2012
2012-2013
Primarji: 15
Primarji: 24
Sekondarji:10
Sekondarji: 20
Meta jiġi riferut każ, is-servizz kontra l-ibbuljar jagħmel intervent immedjat. Ġeneralment l-ewwel intervent isir mal-klassi biex tittieħed idea aħjar tal-problema. Wara s-sessjoni fil-klassi, jiġi deċiż jekk isirux sessjonijiet individwali mal-vittmi, jew fi grupp. Skont il-bżonnijiet partikulari tal-każ, il-vittmi jew jiġu mħarrġa fil-ħiliet soċjali, jew jingħataw għajnuna sabiex jibnu relazzjonijiet aħjar ma’ sħabhom. Bl-istess mod tingħata għajnuna biex titranġa l-imġiba tal-aggressuri.
Spiss isiru laqgħat kemm mal-amministrazzjoni u għalliema tal-iskola, kif ukoll ma’ professjonisti oħrajn bħall-Prefetti tad-Dixxiplina, Speċjalisti tas-SEBD, Psikoloġi, ‘Counsellors’ u ‘Guidance Teachers’. Jissejħu wkoll ‘case conferences’ fejn jiġi diskuss kif se tingħata l-aħjar għajnuna lill-istudent.
L-interventi jsiru fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat, tal-knisja kif ukoll fl-iskejjel indipendenti. Importanti nsemmu wkoll li barra l-interventi, s-servizz kontra l-ibbuljar joffri wkoll ħidmiet ta’ prevenzjoni. Dan isir permezz ta’ laqgħat għall-ġenituri, għalliema u studenti.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-programm ‘Job Bridge’? Kemm hemm persuni li qed jieħdu sehem f’dan il-programm? Min jista’ japplika biex jieħu sehem f’dan il-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-programm Job Bridge huwa programm ta' 12-il xahar, bbażat fuq il-mudell Ewropew ta' Supported Employment, maħsub biex jipprepara persuni b'diżabilita' intelletwali jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Bħalissa fil-programm qed jipparteċipaw sitt persuni. Għal dan il-programm jistgħu japplikaw persuni li għandhom diżabilita' intelletwali u li qegħdin fuq ir-reġistru tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tal-Persuni b'Diżabilita'.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ tuberkolożi notifikati kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ lebbra (leprosy) notifikati kull sena bejn is-snin 2008 u l-2012? Dawn kienu ċittadini Maltin jew immigranti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li f’Novembru 2012 iggradwaw 19-il student mill-MCAST bħala medical secretaries, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni meta hu intiż li jimpjega dawn il-gradwati fil-qasam tas-saħħa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-ingaġġ ta’ medical secretaries isir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, dment li jkun hemm approvazzjoni mill-partijiet kollha kkonċernati.
Infurmat ukoll li dawn kienu oriġinarjament ġew inklużi fil-
Capacity Building
tal-gvern preċedenti li sar mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u kura fil-Komunita fl-2012, u kienu tneħħew mill-
Capacity Building
tal-amministrazzjoni ta’qabel dan. Minħabba f’hekk il-gvern ta’qabel ma daħħalhomx bħala (
line item)
fil-Budget 2013.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3024, fejn intqal li r-rakkomandazzjonijiet għall-principal pharmacy technicians intbagħtu lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se joħorġu l-appointments ta’ dawn il-principal pharmacy technicians li r-riżultati tal-interviews għalihom ħarġu fl-14 ta’ Frar 2013 u jekk dawn hux se joħorġu backdated minn meta ħareġ ir-riżultat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Saru sitt ħatriet fil-kariga ta’ Principal Pharmacy Technician b’effett mit-2 ta’ Lulju 2013. Dan sar skont il-prattika normali f’każ ta’ ħatriet fis-Servizz Pubbliku għal żmien indefinit li jsiru wara sejħa għall-applikazzjonijiet, jiġifieri li l-ħatra tkun effettiva mid-data ta’ meta dik il-ħatra tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fid-djar tal-anzjani liċenzjati? Kemm minnhom huma mħarrġa billi segwew xi kors dwar l-anzjani?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kienet nominata fuq il-programm Erasmus għall-Università ta’ Nottingham, u peress li din is-sena erba’ studenti ġew magħżula iżda tnejn minnhom biss se jieħdu l-fondi (il-persuna msemmija u oħra huma esklużi), jista’ l-Ministru jgħid għalfejn, peress li fis-snin li għaddew l-erba’ studenti magħżula kollha kienu rċevew il-fondi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fi Frar tal-2013, l-Università ta’ Malta irċeviet 408 applikazzjoni mingħand studenti interessati li jipparteċipaw fil-programm Erasmus matul is-sena akkademika 2013/14. Fuq il-bażi ta’ kriterji akkademici u ta’ eliġibilità tal-programm, intagħżlu 394 student għas-sena 2013/2014 u li minnhom 190 ġew allokati fond ta’ għajnuna jew grant, waqt li 201 tpoġġew fuq reserve list fuq raġuni ta’ nuqqas ta’ fondi u/jew placement barra. L-Università ta’ Malta ġiet allokata fondi li jammontaw għal €455,625.00 biex jitqassmu lil 150 student taħt l-iskema Erasmus Student Mobility Studies u €81,000 biex jitqassmu lil 40 student taħt l-iskema Erasmus Student Mobility Placement.
L-istudenti jiġu kklassifikati wara xulxin skont il-prestazzjoni akkademika tagħhom u
reserve lists
jinħadmu għal-kull kors skont kriterji stabbiliti. L-ammont ta’ studenti li jitpoġġew fuq
reserve list
jiddependi minn kemm ikun hemm fondi u placements. L-Università irċeviet total ta’ 14-il applikazzjoni għal mobilità Erasmus minn studenti li qed isegwu id-
Diploma in Health Science with Nursing Studies
u li minnhom l-ewwel tnejn ġew allokati fondi waqt li l-oħrajn tpoġġew fuq
reserve list
.
B’referenza għall-persuna li dwarha ingħataw dettalji, din ġiet fit-tielet post (li huwa l-ewwel post fuq ir-
reserve list
) u ħadet id-deċiżjoni li tipparteċipa xorta fil-programm mingħajr ma tingħata fondi mill-programm Erasmus. L-istudenti li jiddeċiedu li jipparteċipaw fil-programm mingħajr ma jirċievu fondi xorta jingħataw id-drittijiet kollha bħala studenti Erasmus.
L-Università għaddejja b’ħidma kontinwa biex tassigura li meta jirtira student, il-
placement
u il-
grant
tiegħu jintiret mill-istudent li jmiss fuq ir-
reserve list
biex taċċerta li ma jintilfux il-fondi.
Naħseb li għandna nimpenjaw irwieħna biex nieħdu l-passi meħtieġa biex iżjed studenti jgawdu minn dawn il-programmi tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se joħorġu l-appointments tal-principal pharmacy technicians li r-riżultati tal-interviews għalihom ħarġu fl-14 ta’ Frar 2013 u jekk dawn joħorġux backdated minn meta ħareġ ir-riżultat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li r-rakkomandazzjonijiet għall-Principal Pharmacy Technicians intbagħtu lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Membru biex jiddirieġi l-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Peress li jeżistu erba’ gradwati fil-B.Sc. Radiography li ggradwaw f’Jannar 2013 wara li kellhom resit u għaddew, qagħdu għall-eżami tal-post f’Ġunju 2012 u għaddew, u fi Frar 2013 ġabu l-permit biex jaħdmu bħala radiographers, jista’ l-Ministru jgħid meta dawn ser jiddaħħlu jaħdmu fl-isptarijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li s-sejħa li applikaw għaliha dawn il-kandidati kienet tistipula li persuni li jgħaddu mill-intervista jkunu jistgħu jingħataw ħatra biss jekk ikollhom ir-reġistrazzjoni qabel il-31 ta’ Diċembru tal-2012, u għaldaqstant ladarba dawn ġew reġistrati f’Jannar tal-2013, ma setgħux jingħataw ħatra abbażi ta’ din is-sejħa. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Membru illi, ladarba terġa’ toħroġ is-sejħa għal Radiographers, il-kandidati inkwistjoni jkunu jistgħu japplikaw biex b’hekk ikunu kkunsidrati. Jien għamilt ħilti kollha biex nipprova ndaħhalhom, imma kelli noqgħod għar-regoli mposti mill-gvern prċedenti.