Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rumeni u Bulgari — tip ta’ impjieg

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ impjiegi għandhom f’Malta u Għawdex l-1496 persuna li ġejja mir-Rumanija u l-Bulgarija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tingħata mill-Ministru kkonċernat.

Organizzazzjonijiet Volontarji — Regoli tal-accounts

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6641 tal-11-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-regoli dettaljati dwar il-kontenut tal-accounts li jridu jinżammu mill-Organizzazzjonijiet Volontarji? Kemm-il audited account saru mill-Kummissjoni minn mindu twaqqfet u liema għaqdiet ġew audited?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpallant li din il-mistoqsija Parlamentari għandha tingħata lill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.

Community Service Orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2925, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ngħatat Community Service Order fl-2013, fejn twettqu dawn is-sigħat ta' xogħol u x’tip ta’ xogħol sar biex jiġu osservati dawn is-sentenzi mogħtija mill-Qorti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Matul is-sena 2013, il-Qorti ordnat 2,450 siegħa xogħol fil-komunita permezz ta’ 31 każ ta’ Community Service Order u Combination Order, taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole. Ix-xogħol ġie allokat skont din il-lista: Numru ta’ każijiet Entitatijiet ikkonċernati Xogħol 8 Entitajiet non governattivi Xogħol ta’ manutenzjoni, għajnuna fil-kċina u għoti ta’ taħriġ 7 Kunsilli lokali Xogħol ta’ manutenzjoni, tisbieħ ta’ ġonna, data inputting u filing 4 Kulleġġi Xogħol ta’ manutenzjoni u tindif 3 Entitajiet tal-Knisja Xogħol ta’ manutenzjoni u tindif 8* / / 1** / / * Dawn il-persuni qed jiġu ppreparati sabiex jiġu allokati x-xogħol ** Din il-persuna ġiet iddenunzjata qabel inbeda x-xogħol
Leg 12 PQ #6406 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imwiet Traġiċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6091, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija skont kif hemm indikat fil-mistoqsija parlamentari 10073 tal-11-il Leġiżlatura?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta għad-domanda parlamentari 10073 tal-11 il-Leġiżlatura kienet ingħatat mill-Ministeru tal-Intern u Ġustizzja. Fil-Qrati, tali statistika ma tinżammx u għalhekk din id-domanda għandha tiġi riferuta lill-Ministeru tal-Intern u Sigurta’ Nazzjonali.

KNPD – Special ID Card

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk persuna bi problemi ta’ saħħa mentali tistax tapplika biex ikollha special ID Card mill-Kunsill Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità (KNPD)? X’inhuma l-benefiċċji li persuna jkollha l-iSpecial ID Card?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li jkollha nuqqas ta' saħħa mentali tista' tapplika għall-Ispecial ID Card.

Aġenzija Sedqa – standards għar-residenzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta l-Aġenzija Sedqa se tippubblika l-istandards għar-residenzi li joffru servizzi għall-persuni bi problemi relatati ma’ addiction?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li l-istandards għar-residenzi li joffru servizzi għall-persuni bi problemi relatati ma’ addiction jiġu ppublikati fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla.
Leg 12 PQ #6608 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn it-taħlita li tintuża kontra l-marda tal-psoriasis magħrufa bħala salicylic acid 5% with betnovate ointment ilha out-of stock mill-ispiżerija tal-Isptar Sir Paul Boffa għal dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li din il-mediċina mhiex out of stock, tant li CPSU għandu 7 xhur stock.

Età ta’ Kunsens għal att sesswali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età legali fejn persuna tista’ tagħti l-kunsens tagħha għal att sesswali tinżel minn 18 għal 16 il-sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament il-Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali jinsab fl-ewwel stadji tat-tfassil ta’ liġi komprensiva dwar it-Tfal ( l-Att dwar it-Tfal) għaldaqstant mhux jeskludi li jieħu din il-kwsitjoni in kusiderazzjoni fil-futur.

Eta’ minn meta persuna tista’ tixrob l-alkohol

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5307 u tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età minn meta persuna tista’ tixrob l-alkoħol togħla minn 17-il sena għal 18-il sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament il-Ministeru għall-Familja u Soliderjeta’ Soċjali jinsab fl-ewwel stadji tat-tfassil ta’ liġi komprensiva dwar it-Tfal ( l-Att dwar it-Tfal) għaldaqstant mhux eskluż li l-età minima dwar xorb alkoholiku tkun diskussa f’din il-policy.

reserved parking bays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bħalissa huwa t-total tan-numru ta’ reserved parking bays quddiem djar privati għal persuni b’diżabilità madwar Malta u Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta’ kaxxi riservati għal persuni b’diżabbilta’ quddiem ir-residenzi privati tal-persuni b’diżabbilta’, madwar Malta u Għawdex, huwa ta’ 2044.

Ċittadinanza Maltija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5872, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ screening għaddew minnu dawn iċ-ċittadini ġodda biex ikun assigurat li ma jkunux ta’ theddida għas-sigurtà ta’ kwalunkwe xorta ta’ pajjiżna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet għall ċittadinanza jiġu ivvettjati mill-forzi tas-sigurta. Ma naħsibx li huwwa opportun li aktar tagħrif fid-dettall ta’ kif isir dan l-ivvettjar għandu jkun ippublikat.

Età ta’ Kunsens għal att sesswali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età legali fejn persuna tista’ tagħti l-kunsens tagħha għal att sesswali tinżel minn 18 għal 16 il-sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Eta’ minn meta persuna tista’ tixrob l-alkohol

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5307 u tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-età minn meta persuna tista’ tixrob l-alkoħol togħla minn 17-il sena għal 18-il sena?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Sedqa — programmi għat-tfal u żgħażagħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru programmi għat-tfal (T.F.A.L.) u għaż-żgħażagħ (Jeans) f’dawn l-aħħar ħames snin u f’liema lokalitajiet saru? Fiex jikkonsistu dawn il-programmi mogħtija mis-Sedqa? F’liema lokalitajiet sejrin jiġu organizzati dawn il-programmi fil-futur qarib?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Abbozz ta' Liġi dwar l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 33539 tal-11-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid meta l-abbozz tal-liġi dwar l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali se jitressaq quddiem il-Parlament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Abbozz tal-Liġi dwar l-Istandards fil-Ħarsien Soċjali fih xi punti li qeghdin jigu analizzati fil-present. Huwa ppjanat li dan l-Abbozz jitqiegħed dalwaqt fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel pubbliċi – ħalib u frott frisk

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5363, jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk l-iskejjel li mhux qed jipparteċipaw fl-iskema li l-istudenti jingħataw ħalib frisk meta jmorru l-iskola? X’inhi r-raġuni li dawn il-kapijiet tal-iskola ma jridux li jipparteċipaw f’din l-iskema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi kif se nsemmi:- Lista 'A' Skejjel pubbliċi li mhux qed jipparteċipaw fl-iskema tal-ħalib issussidjat mill-UE. Lista 'B' Skejjel li għalkemm ma jipparteċipawx fl-iskema xorta jagħtu ħalib lill-istudenti. L-iskema ta' ħalib issussidjat hija volontarja. Kull skola li tipparteċipa trid tħallas 80% tal-kont u għalhekk xi skejjel ma jieħdux sehem fl-iskema.
Leg 12 PQ #6091 Sitting 91 2013-11-19 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

imwiet traġiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew imwiet traġiċi matul is-sena l-oħra? Fejn saru? X’tip ta’ imwiet kienu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jispecifika ghal liema tip ta’ mwiet tragiċi qed jirreferi.

ċittadinanza Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull sena bejn is-snin 2004-2012, kemm persuni kisbu ċ-ċittadinanza Maltija li qabel kienu ċittadini ta’ pajjiżi oħra, inkluż dawk li kisbu dual citizenship?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-emendi li saru fl-2000 fil-leġislazzjoni dwar iċ-ċittadinanza Maltija, persuna li takkwista ċittadinanza Maltija tista' iżżomm kull ċittadinanza jew ċittadinanzi li hi jkollha. Għalhekk hu possibbli li dawk il-persuni kollha li akkwistaw iċ-ċittadinanza fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant jistgħu jgawdu minn "dual" jew "multiple citizenship". In-numru ta' persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni jew b'naturalizzazzjoni sena b'sena matul il-perjodu 2004-2012 hu kif jidher hawn taħt: 2004 - 584 2005 - 562 2006 - 474 2007 - 553 2008 - 646 2009 - 819 2010 - 944 2011 - 1081 2012 – 1142
Leg 12 PQ #5647 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Smoking Cessation Clinics

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4096, jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn se jsiru fil-futur programmi oħra ta’ smoking cessation clinics indirizzati għal dawk il-persuni li jixtiequ jieqfu jpejpu? Fiex eżattament jikkonsisti dan il-programm u f’kemm-il sessjoni jikkonsisti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Meals on Wheels

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huwa intitolat li jirċievi s-servizz tal-Meals on Wheels? Kemm hemm persuni li qed jirċievu dan is-servizz illum u li huma kapaċi jsajru? Persuni li jafu jsajru jingħataw dan is-servizz? Kemm trid tħallas persuna biex tirċievi dan is-servizz?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-Meals on Wheels huwa offrut lil dawk il-persuni li għandhom 60 sena jew aktar u lil persuni b’diżabilità li mhumiex f’qagħda li jippreparaw l-ikliet tagħhom. Kull ikla li hija ssussidjata tiswa lil benefiċċjarju €2.21.