Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7544 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Peress li f’Ġunju 2013 kien hemm numru mdaqqas ta’ student li lestew il-kors ta’ extended diploma in health studies mill-MCAST, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiġu ngaġġati mad-Dipartiment tas-Saħħa bħala paramedic aid jew xogħol ieħor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm ħsieb li jsir l-mili ta' vakanzi ta' Paramedic Aides skont l-approvazzjonijiet mogħtija fil-Capacity Building Exercise bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Iż-Żejtun – Triq A Cachia Zammit — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq A Cachia Zammit fiż-Żejtun tiġi resurfaced għax qiegħda fi stat ħażin ħafna u meta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li evalwajt id-diversi lmenti li tressqu fil-Ministeru tiegħi kif ukoll wara diversi talbiet fosthom mill-Kunsill Lokali, ingħata il-parir u l-approvazzjoni minn min hu responsabbli biex din it-triq tkun tista’ titranġa mill-aktar fis possibli.

Iż-Żejtun – ring road — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb u meta jkun f’pożizzjoni li jlesti dawk it-toroq li jduru mar-raħal taż-Żejtun billi tiġi magħquda Triq il-Falkunier mat-toroq li hemm fejn il-kappella ta’ San Klement?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-iskema tal-MEPA, Triq il-Falkunier m’għandiex aċċess dirett għat-toroq li hemm fejn il-kappella ta’ San Klement. Fil-fatt dawn iż-żewg żoni jagħqdu flimkien biss permess ta’ toroq eżistenti bħal Triq Dun Mikiel Cassar, Triq San Klement u Triq Attard Bezzina, li jgħaddu mill-parti l-antika taż-Żejtun, għalhekk ma hemmx toroq oħra li jridu jingħaqdu. Nżid ukoll, li parti minn Triq il-Falkunier għadha mhiex żviluppata / ffurmata u għalhekk Transport Malta ma hiex f’pożizzjoni li tasfalta din il-parti tat-triq għalissa.
Leg 12 PQ #7723 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa Mentali — Ċentri ta’ Matul il-Jum

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1981, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jużaw iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum? Twettaq il-pjan li kellu jsir biex jiġu estiżi dawn iċ-Ċentri li qed joffru kura speċjalizzata? Fejn se jitwaqqfu ċ-ċentri l-ġodda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm 304 persuna li jużaw iċ-Ċentri tas-Saħħa Mentali ta' matul il-Jum: 47 iż-Żejtun, 42 Bormla, 75 Raħal ġdid, 87 Floriana, 53 Qormi. Il pjan biex jiġu estizi dawn iċ-ċentri qed jiġi atwat biċ-ċentru ġdid ta' Matul il-Jum li se jitwaqqaf fil-Mosta.
Leg 12 PQ #7724 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Psychiatric Outpatients

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li qed jirċievu servizz bħala psychiatric outpatients? X’inhuma r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ kull professjonist li qed jgħin lil dawn il-persuni biex jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Psychiatric Out Patients iseħħu f'Mater Dei Hospital, Gozo General Hospital Floriana, Paola, Cospicua, Qormi u Mtarfa Mental Health Clinics. L-appunatmenti jkunu prinċipalment mat-tobba (psikjatri, trainees tal-psikjatrija u tobba oħra). Huma jagħmlu d-dijanjosi tal-pazjenti, jikkuraw b'mediċi fejn ikun hemm bżonn u jirreferu għal membri oħra tat- team li jkunu preżenti. Membri oħra tat- team jikkunsitu : 1. Nurses (jagħtu injection depots u jassistu t-tobba), 2. Social Workers (jgħinu lil pazjenti fl'aspetti soċjali), 3. Psychologist (jiprovdu terapija)

Specialised fostering benefit

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1230, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ familji jew individwi li jibbenefikaw mill-ispecialised fostering benefit? Kemm qegħdin jitħallsu fis-sena dawn il-familji? Kemm minn dawn it-tfal li qed jieħdu ħsiebhom dawn il-familji huma taħt care order?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 27 individwi li qed jibbenifikaw mill- ispecialised fostering benefit. Dawn il-familji b’kollox qed jithallsu total ta` €154,060 fi ispecialised fostering benefit meta teskludi l-pagament tac-child in care benefit li jammonta ghal total ta` € 98,280 fis-sena (€70 fil-gimgha kull minuri). 18-il tifel u tifla mis-27 hawn fuq imsemmija huma protetti b’Ordni tal-Ħarsien.

Aġenzija Appoġġ – Foster care

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1634, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-istandards relatati mal-proċess ta’ leaving care u after care humiex qed jiġu approvati u osservati bħal l-istandards l-oħra tal-foster care?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7480 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Studenti gradwati fil-BSc Applied Biomedical Science

Question

Peress li kien hemm grupp imdaqqas li ggradwaw fil-BSc Applied Biomedical Science fl-2013 u grupp iżgħar li ggradwaw fl-2012 u peress li dawn s’issa għadhom bla impjieg minkejja li l-kollegi tagħhom f’korsijiet relatati mas-saħħa kollha ġew impjegati, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta dawn il-gradwati se jsiru tal-post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #7481 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Studenti gradwati fil-BSc Applied Biomedical Science

Question

Peress li kien hemm grupp imdaqqas li ggradwaw fil-BSc Applied Biomedical Science fit-2013 u grupp iżgħar li ggradwaw fl-2012 u peress li dawn s’issa għadhom bla impjieg minkejja li l-kollegi tagħhom f’korsijiet relatati mas-saħħa kollha ġew impjegati, jista’ l-Ministru jgħid meta dawn il-gradwati se jsiru tal-post?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi saret rakkomandazzjoni għall-ingaġġ ta’ persuni fil-grad ta’ Allied Health Practitioner (Medical Laboratory Science).
Leg 12 PQ #7319 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Barcoding tal-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istokk ta’ mediċini, kemm meta jkun maħżun kif ukoll sakemm jasal għand il-pazjenti, hux jiġi kkalkulat permezz tal-użu tal-apparat tal-barcoding?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun infurmat illi l-kalkolu qed isir permezz ta’ inventarju u jasal għand il-pazjent skont li skema tal-intitolament. Infatti d-dipartiment tax-xiri ħareġ sejħa estiża għal sistema’ ta’ stock control system li tinkludi l-barcoding u bħalissa l-offerti qegħdin fil-proċess tal-evalwazzjoni.

Organizzazzjonijiet Volontarji — Regoli tal-accounts

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7028 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u ċioè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6641 tal-11-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-regoli dettaljati dwar il-kontenut tal-accounts li jridu jinżammu mill-Organizzazzjonijiet Volontarji? Kemm-il audited account saru mill-Kummissjoni minn mindu twaqqfet u liema għaqdiet ġew audited?

Response (DALLI, HELENA)

L-Organiżżazzjonijiet Volontarji li huma rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji huma mitluba li jżommu u jissottomettu l-accounts tagħhom hekk kif indikat fl-Att Legali 379 tal-2012 – Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Kap 492) – Regolamenti tal 2012 dwar Prospetti Annwali u Kontijiet Annwali ta’ Organiżżazzjonijiet Volontarji. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organiżżazzjonijiet Volontarji ma jagħmilx audited accounts lill-organiżżazzjonijiet volontarji rreġistrati għaliex dawn huma regolati u jridu jimxu skont il-provizzjonijiet tal-imsemmi Att Legali 379 tal-2012.

Rumeni u Bulgari — Impjieg f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7027 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’tip ta’ impjiegi għandhom f’Malta u Għawdex l-1496 persuna li ġejjin mir-Rumanija u l-Bulgarija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta` Awwissu 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata mill-ETC), in-numru ta` persuni li ġew mir-Rumanija u l-Bulgarija u li qed jaħdmu f’Malta u f’Għawdex huwa ta` 1405. It-tabella t'hawn taħt turi x’tip ta` mpjieg għandhom. 1 Managers 68 2 Professionals 332 3 Technicians and associate professionals 120 4 Clerks and support workers 58 5 Services and sales workers 186 6 Skilled agricultural, fishery and forestry workers 2 7 Craft and related trade workers 208 8 Plant and machine operator and assemblers 38 9 Elementary Occupations 393 Total 1405 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-total ta` 1405 huwa numru ta` persuni full time kif ukoll part time u mhux numru ta’ mpjiegi. Kull persuna ġiet inkluża darba biss.

Aġenzija Appoġġ – Foster care

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1634, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-istandards relatati mal-proċess ta’ leaving care u after care humiex qed jiġu approvati u osservati bħal l-istandards l-oħra tal-foster care?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #7316 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Interim From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Żoni Turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema żoni huma kklassifikati bħala żoni turistiċi f’pajjiżna? X’għajnuniet irċevew is-sena l-oħra l-kunsilli lokali ta’ dawn iż-żoni mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Uffiċini tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – persuni responsabbli

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu responsabbli għal kull wieħed minn dawn l--Uffiċini tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Fgura u ż-Żejtun? Tista’ tagħti l-email address fejn dawn jistgħu jiġu kkuntattjati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-managers tad-Distretti tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali responsabbli għad-distretti msemmija huwa kif ġej: Id-distrett ta’ Bormla – Mr Michael Pulis Id-distrett ta’ Zabbar – Ms Daniela Xuereb Id-distrett tal-Fgura – Ms Sarah Cuschieri (Regional coordinator), Id-distrett taz-Zejtun – Ms Joanne Cassar
Leg 12 PQ #7318 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet tal-katarretti u total knee replacement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet mill-Gvern (anke dawk imħallsin mill-Gvern li saru f’sptarijiet privati) tal-katarretti u tat-total knee replacement fis-sena 2012 u fis-sena 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet tat-total knee replacement u katarretti rreġistrati li saru fis-sena 2012 u 2013 fl-Isptar Mater Dei jidher fit-tabella hawn taħt. Filwaqt li n-numru ta’ operazzjonijiet ta’ Katarretti li saru f’sptarijiet privati mħallsa mill-Gvern ammontaw għal 1628 u 448 għas-snin 2012 u 2013 rispettivament. Ma kienx hemm operazzjonijiet ta’ Total Knee Replacement li saru fl-isptarijiet privati mħallsa mill-Gvern f’dawn is- snin.
Leg 12 PQ #7206 Sitting 112 2014-01-27 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Stock Control Systems

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ stock control system qed jużaw jew beħsiebhom jużaw il-Ministeru għas-Saħħa u s-CPSU sabiex jassiguraw li l-mediċini għall-użu tal-pazjenti ma jinqabdux out of stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fin-nuqqas ta’ sistema, d-Dipartiment ħareġ b’inizjattivi biex l-pazjent jiġi moqdi u assigurat trattament kontinwu billi: 1. Informazzjoni ċentrali ta’ domanda ta’ kull entità bħalha ‘forecast’ 2014 li tiġi modifikata kull xahar skont l-użu 2. Implementazzjoni ta’ apparat tekniku kullimkien biex ikun hemm indikazzjoni ċara tal-użu tal-mediċina 3. L-intitolament tal-mediċini u apparat mediku ċentrillizat 4. ‘Cash flow’ maħsuba skont l-‘forecast’ biex tlaħħaq man-nefqa annwali bi ftehim kontinwu mal-Minsiteru tal–Finanzi 5. Ġie maħluq tim biex jieħu ħsieb l-‘out of stock’ ta’ kull entita’ ħalli l-mediċina tiġi utilizata kif suppost u ma jkunx hemm ħela 6. Ġie maħluq raport elektroniku bħalha monitoraġġ tal-‘out of stock’ kif ukoll dawk il-prodotti li huma taħt il-livell minimu ta’ l-ordni 7. L-‘out of stock’ bdiet tiġi ppublikata bħalha metodu transparenti kif ukoll ta’ informazzjoni 8. L-ordnijiet qegħdin ssiru darba f’sena bil-prodotti jitwasslu kull xahar . Qed jsir ukoll 'cyclic counting' fuq l-istok b'mod kontinwu biex jigi assigurat il-kwantità eżatta.

Skejjel – servizz ta’ after school

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema skejjel ingħata s-servizz tal-after school fis-sena 2012/2013? X’attivitajiet twettqu fil-ħin ta’ wara l-iskola? Kif jista’ ġenitur japplika, biex uliedu jkunu jistgħu jingħataw dan is-servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi qed tagħti dawn is-servizzi wara l-ħin tal-iskola: Klabb 3-16 f’dawn l-iskejjel Primarji tal-Istat: Malta: Mosta, Qormi, San Pawl il-Baħar, Luqa, San Ġwann, B’Kara, Fgura, Żurrieq, M’Scala, Naxxar, Ħamrun, Mellieħa, Żebbuġ, Pembroke, Rabat, Żabbar, Attard, Siġġiewi. Għawdex: Ir-Rabat u x-Xagħra. Klabb 3-16 huwa servizz ta’ kura u appoġġ għat-tfal ta’ bejn it-3 snin u s-16-il sena. L-attivitajiet li jsiru huma għajnuna fil-home work u attivitajiet rekreattivi bħal logħob, crafts, story telling u oħrajn. Il-ġenituri jistgħu jmorru saċ-ċentri sabiex jirreġistraw lil uliedhom hemmhekk u jibdew jagħmlu użu minn dan is-servizz. Is-servizz Nwar ingħata minn dawn l-iskejjel primarji: Bormla, Kirkop, Paola 'B', Qormi San Ġorġ, San Gwann 'B', Naxxar, Rabat 'B', B’Kara, Żejtun 'B' u Skola Sekondarja tas-Subien, Rabat, Għawdex. Is-servizz Nwar huwa programm ta’ għajnuna lit-tfal li għandhom diffikultajiet sabiex jitgħallmu jaqraw u jiktbu bil-Malti u bl-Ingliż. Il-ġenituri flimkien mal-iskola japplikaw għal dan is-servizz. Is-servizz ta’ Klabb Naħla ingħata minn dawn l-iskejjel primarji: Isla, Bormla, Żabbar B, Kirkop, Għaxaq, Ħamrun GP, Floriana, Pieta, Qormi San Ġorġ, Siġġiewi, Qormi San Bastjan, San Ġwann B, Sliema, Mellieħa, Rabat, Sta Venera. Qed jingħata wkoll f’dawn iċ-ċentri: Paulo Freire Institute, Qawra Aċċess, Marsa Local Council, Valletta Aċċess. Dan is-servizz qed jagħti għajnuna lit-tfal fl-iskola primarja li ġejjin minn backgrounds żvantaġġjati. L-iskola jew l-Aġenzija Appoġġ permezz tas-social workers jirreferu t-tfal għal dan is-servizz.

Victim Support Malta – każijiet pendenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti fil-Victim Support Malta? Kemm hemm każijiet qed jistennew li jingħataw għajnuna professjonali mill-avukat ta’ din l-għaqda? Kemm-il siegħa fil-ġimgħa qed jaħdem dan l-avukat? X’għandu wieħed jagħmel biex jingħata servizz mill-Victim Support Malta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninfoma lill-Onor. Interpellant l-Victim Support Malta hija għaqda mhux governattivi li toffri informazzjoni u appogg lill-vittmi tal-kriminalita'. L-iStat jixtri parti mis-servizz li toffri l-Victim Support Malta permezz ta' fondi mill-VO fund. Bhalissa il-Victim Support Malta ghandha 14 active files . M'hemm l-ebda kaz pendenti, fis-sens li ma hemm hadd li talab l-ghajnuna li huwa eligibbli u li m'huwiex qieghed jigi assistit, sakemm dan ma jkunx talab huwa jew hija stess li l-ghajnuna tigi sospiza jew posposta, jew inkella jkun jixtieq ghajnuna izda ma jkunx eligibbli ghaliha ( cioe' ma jkunx vittma ta' kriminalita', jew ikun diga' jkun qieghed jigi assistit minn terzi b'dan li jkun hemm lok ta' ksur ta' etika jekk is-servizz jinghata). Is-servizz ta' taghrif legali jinghata minn avukat fuq bazi volontarja. Il-Victim Support Malta timpjega avukat ghal 12-il siegha fil-gimgha, pero' ghalkemm jinzerta li din hi avukat, ix-xoghol tagħha mal-VSM huwa ta' direttrici u għaldaqsant m'huwiex ir-rwol tagħha li direttament toffri assistenza jew informazzjoni legali lill-vittmi. Hemm 2 persuni jistennew li jinghataw għajnuna jew informazzjoni legali. Biex wiehed jingħata servizz mill-Victim Support Malta, għandu jcempel 21228333 jew jibgħat email fuq coordinator@victimsupportmalta.org.

Reati rraportati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rraportati s-sena l-oħra u f’liema lokalitajiet twettqu dawn ir-reati? X’tip ta’ reati twettqu f’kull lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi r-rejati li ġew irrapurtati lill-Pulizija matul is-sena l-oħra, klassifikati bil-lokalita skont il-Kunsilli Lokali u t-tip ta’ rejat irrapurtat.