Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iż-Żejtun — stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor meta ser jiġi nstallat lift fi block lid-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-installazzjoni ta' lift fil-blokk imsemmi, ġiet approvata u anke ġie miksub il-permess tal-MEPA. Huwa pprogrammat li l-installazzjoni ta' dan il-loift għandha ssir matul is-sena 2016.

Iż-Żejtun – Triq A. Cachia Zammit — resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema fażi waslet Triq A. Cachia Zammit fiż-Żejtun? Jista’ jgħid meta se jibda r-resurfacing ta’ din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kuntratt tax-xogħol għadu kemm ġie ffirmat. Fil-ġranet li ġejjin, Transport Malta se tkun qed tikkoordina mal-entitajiet u l-Kunsill Lokali biex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet.

Identity Malta –tiġdid tal-Karta tal-Identità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta, bejn wieħed u ieħor, se jiġu l-uffiċjali tal-Identity Malta fil-Fgura biex lir-residenti tal-Fgura jagħmlulhom il-karta tal-identità l-ġdida? Jista’ jgħid ukoll meta se jibda l-istess proċess fiż-Żejtun u f’Wied il-Għajn, sakemm il-proċess ma sarx diġà?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali ta’ Identity Malta se jkunu qed jibdlu l-karta tal-identità tar-residenti tal-Fgura f’Lulju 2015, taż-Żejtun f’Awwissu 2015 u ta’ Wied il-Għajn f’Ġunju 2015. Ninformah ukoll li din l-informazzjoni tinsab fuq il-website tal-Aġenzija Identity Malta http://www.identitymalta.com/

Sptar Mater Dei, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali t’Għawdex – persuni li mietu waqt operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies waqt operazzjonijiet taħt general anaesthetic fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex mis-sena 2000 s’issa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Housing – tiswijiet strutturali fil-block tal-housing estate – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed ingħataw separatament, u li applikat għal xi tiswijiet strutturali fil-block tal-housing estate fejn toqgħod u li l-ħsara ġiet ikkonfermata mill-perit mibgħut mill-housing, tinqeda f’ħin raġonevoli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, kienet saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar u tlestiet ukoll stima tax-xogħlijiet neċessarji li jikkonsistu f’tiswijiet żgħar ġewwa l-appartament imsemmi kif ukoll xogħol ta’ manutenzjoni tal-bejt. Dan ix-xogħol huwa programmat li jsir matal ix-xhur tas-sajf li ġej.

Skejjel u Kulleġġi — educational psychologists u counselling psychologists

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm educational psycologists u counselling psychologists disponibbli fl-iskejjel tal-istat u fuq liema skejjel jew kulleġġi huma assenjati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm ħames fully warranted Educational Psychologists (tnejn minnhom qegħdin fuq maternity/parental leave). Ma’ dawn hemm tlieta oħra li għandom il-grad ta’ Masters jew Dottorat fl-Educational Psychology li qed jistennew il-warrant. Hemm ukoll Clinical Psychologist full-time u tlett Clinical Psychologists li jaħdmu fuq bażi kuntrattwali. Ma’ dawn hemm żewġ Psychology Assistants, li wieħed minnhom qed jitħarreġ sabiex jilħaq Psikologu u l-ieħor qed jistenna biex jibda t-taħriġ. Dawn il-Psikoloġi u l-Assistenti tal-Psikoloġija huma mqassmin biex jaħdmu f’Kulleġġi differenti u qed iservu l-Kulleġġi kollha ta’ Malta u dak ta’ Għawdex.

Skejjel tal-Gvern – support group/zone

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux kull skola tal-Gvern individwali, tal-primarja u tas-sekondarja huma attrezzati bis-support group/zone? Xi professjonisti jinkludi fih is-support group/zone?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa mhux kull skola primarja jew sekondarja tal-Istat huma attrezzati b’Nurture Group jew Learning Support Zone. Bħala professjonisti dawn jinkludu għalliema, li ħafna drabi jkunu speċjalizzati fl-SEBD, u Learning Support Assistants (LSAs).

Applikazzjonijiet għal adozzjonijiet u fostering ta' tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il koppja ngħaqdu bil-unjoni ċivili s'issa u jekk ingħataawx xi tfal għall-adozzjonijiet jew fostering lil dawn il-kopji? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn dawn il-koppji li ngħaqddu bl-unjoni ċivili għal adozzjonijiet jew fostering?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm applikazjoni waħda (1) minn koppja li ngħaqdet f’unjoni ċivili sabiex jaddottaw. Ma hemm l-ebda applikazzjoni minn koppja li ngħaqdet f’unjoni ċivili, sabiex jiffosterjaw.

Settur Privat — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa: (a) in-numru ta' nies in totali li jaħdmu fis-settur privat u kemm minnhom huma rġiel u nisa; (b) in-numru ta' impjegati kollha (Gvern, privat u parastatali) li jużaw family friendly measures (reduced hours, flexi time u teleworking separatament) maqsumin f'nisa u rġiel; (ċ) in-numru ta' riżenji mis-settur privat f'dawn l-aħħar ħames snin; u (d) in-numru ta' nies li ġew imkeċċija mix-xogħol fis-settur privat f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' nies li jaħdmu fis-settur privat full time u part time f’Ottubru 2014 kien ta' 152,734. Minnhom 93,288 kienu rġiel u 59,446 kienu nisa. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni dwar kemm hemm impjegati li jużaw family friendly measures. Rigward kemm kien hemm riżenji fis-settur privat u kemm kien hemm nies li tkeċċew mix-xogħol fis-settur privat f'dawn l-aħħar ħames snin, it-tagħrif rispettiv hu kif se nsemmi: Numru ta' r iżenji fis-settur p rivat Jannar sa Diċembru Jannar sa Ottubru Total 2009 2010 2011 2012 2013 2014 21,373 23,936 26,303 27,000 28,430 24,841 151,883 Numru ta' nies li ġew imkeċċija fis-settur privat Jannar sa Diċembru Jannar sa Ottubru Total 2009 2010 2011 2012 2013 2014 3,786 3,940 3,850 4,039 4,241 3,539 23,395

Sitwazzjoni fil-Libja – f’każ ta’ influss ta’ immigranti

Question

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qiegħed jieħu f’każ li jkollna influss qawwi ta’ immigranti?

Response (ABELA, CARMELO)

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali qed isegwi s-sitwazzjoni fil-Libya flimkien mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Kontinwament ser jibqa jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji w meħtieġa filwaqt li jkompli jaħdem mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importanza ta' kollaborazzjoni u kooperazzjoni f'dan il-qasam.
Leg 12 PQ #14652 Sitting 244 2015-03-02 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Għoti ta’ flus lil Malta minn gvernijiet Libjani, Taljani u mir-Renju Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tawna (mhux selfu) b’kollox, flus kontanti jew in kind il-gvernijiet Libjani, Taljani u mir-Renju Unit, bejn is-snin 1970-1987 kif ukoll bejn is-snin 1987-1996?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Operazzjonijiet ta’ Knee u hipreplacements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta’ total knee replacements bejn Awwissu 2013 u Awwissu 2014 u kemm minn dawn seħħu: (a) Mingħajr kumplikazzjoni; (b) B’kumplikazzjoni ħafifa; (c) B’kumplikazzjoni maġġura; u (d) Mewt fl-ewwel xahar mill-bidu tal-operazzjoni? Jista’ jagħti l-figuri kollha simili għall-hip replacement u hip resurfacing? Jista’ jinkludi separatament ir-revision operations li jsiru fuq il-hip u fuq l-irkoppa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #13586 Sitting 231 2015-01-26 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Turiżmu — Investiment fl-infrastruttura - turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir investiment biex titjieb l-infrastruttura (bħal drenaġġ) minħabba l-influss u ż-żidiet qawwija fit-turiżmu f’dawn l-aħħar għoxrin xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.

Transport Malta – approvazzjoni ta’ one-way system fiż-Żejtun

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Transport Malta tatx l-approvazzjoni tagħha għall-one-way system li saret dan l-aħħar fi Triq San Klement, iż-Żejtun, u parti minn Triq Santa Katarina, bejn Triq A. Cachia Zammit u Triq Toni Zahra, fiż-Żejtun? Jekk iva, x'kienu r-raġunijiet li saru fis-sens li qegħdin u mhux bil-kontra?"

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li t-talba li saret mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, sabiex Triq San Klement issir f’direzzjoni waħda, ma ġietx approvata mill-Awtorita’ tat-Trasport fil-31 t’Awwissu, 2014. Jien infurmat ukoll li, minn riċerka li saret fl-arkivji tal-Awtorita’ tat-Trasport sa mill-1996, ma nstabet l-ebda approvazzjoni sabiex Triq Santa Katerina minn k/m Triq A. Cachia Zammit sa k/m Triq Toni Zahra issir f’direzzjoni waħda.

Akwiferi — Ilma tax-xita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir xi ħaġa fl-infrastruttura biex b’dan il-mezz, l-ilma tax-xita, minflok jintilef fil-baħar, ikun jista’ jipperkola għal ħin iktar fit-tul fl-art u blat ta’ taħt l-art u b’hekk iżid l-ilma fl-akwiferi li għandna taħt l-art?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Proġett Nazzjonali Għat-Taffija tal-Għargħar (National Flood Relief Project – NFRP), huwa mfassal b’tali mod li jintegra miżuri sabiex l-ilma tax-xita li jkun qed jinġabar mit-toroq għal ġol-mini, biex itaffi l-għargħar minn dawk it-toroq, ma jintremiex kollu il-baħar. Ammont sostanzjali jinżamm ġewwa strutturi mibnija apposta biex jaħżnu l-ilma f’tarf il-mini, proprju fejn jiżbukkaw fuq il-kosta f’ Ta’ Xbiex u bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn. Dawn l-istrutturi jimtlew bl-ilma tax-xita u jaħżnuh hemmhekk minn fejn ikun jista’ jiġi ppumpjat lura għall-lok minn fejn jitħalla biex jipperkola għal ħin aktar fit-tul fl-art u l-blat u b’hekk iżid l-ilma fl-akwifer li għandna taħt l-art. Mill-istruttura f’Ta’ Xbiex, l-ilma ser ikun ippumpjat lura sal-Gżira, fejn inbena soakaway reservoir imsaqqaf, għal dan l-iskop speċifiku – proprju biex nissuplixxu l-akwifer bl-ilma tax-xita waqt li dan jissaffa għax jipperkola minn ġol-blat. Mill-istruttura fuq il-kosta qrib Wied il-Għajn, l-ilma ser ikun ippumpjat għall-inħawi tal-Bidni, fejn hemm skontru miftuħ li jilqa’ anke l-ilma tax-xita mill-Wied, u minn fejn normalment l-ilma li jinġabar hemmhekk ukoll jitlaq l-isfel għall-akwifer. Fil-każ tal-mina ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-mina tiżbokka ġo Wied Qirda, u minn hawn l-isfel l-ilma jkompli jsegwi il-korsa ta’ l-ilma naturali fit-tul qabel ma jasal sal-baħar fil-Menqa tal-Marsa. Għalhekk anke l-ilma miġbur mill-mina ta’ Ħaż-Żebbuġ ser ikollu ċans jipperkola fl-akwifer.

Investiment għat-titjieb fl-infrastruttura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir investiment biex titjieb l-infrastruttura (bħal drenaġġ) minħabba l-influss u żidiet qawwija li qed ikollna fit-turiżmu f’dawn l-aħħar għoxrin xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Żoni ta’ parkeġġ pubbliċi imdaqqsin – monitoraġġ ta’ CCTV camera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żoni ta’ parkeġġ pubbliċi speċjalment dawk imdaqqsin fil-pajjiż kollhu humiex kollha mgħammrin b’CCTV cameras bħala monitoraġġ kontra l-vandaliżmu? Hemm xi intenzjoni li l-Ministeru jdur dawk iż-żoni ta’ parkeġġ ta’ ċertu daqs li m’għandhomx CCTV u jgħamlilhom CCTV monitoring?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi s-sorveljanza fis-siti ta’ parkeġġ pubbliku, inklużi dawk ta’ ċertu daqs, li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta, issir minn car park attendants liċenzjati, u mhux b’sistemi ta’ CCTV. Mhux eskluż li tali sistemi jkunu ikkunsidrati jekk tinħass il-ħtieġa fil-futur.

Immigranti Refuġjati — social assistance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-immigranti li huma refuġjati, granted subsidiary, temporary humanitarian protection, permanent humanitarian protection u rejected protection, jieħdu l-benefiċċju magħruf bħala social assistance? Kemm jieħdu, u hemm xi benefiċċji oħra li l-pesuni fil-kategoriji msemmija jieħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Immigranti refuġjati — żwieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk l-immigranti li fil-preżent huma refuġjati, granted subsidiary, temporary humanitarian protection, permanent humanitarian protection u rejected protection huma miżżewġin (bl-att taż-żwieġ jew unjoni ċivili f'Malta jew barra) persuni ta' nazzjonalità Maltija jew tal-Unjoni EWropea?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Dipartiment tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni (mhux ma' kuntratturi) u l-kategorija tax-xogħol tagħhom minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.