Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar tal-Anzjani — involviment tar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk id-Djar Residenzjali fejn huma involuti direttament l-anzjani fit-tmexxija tagħhom? X’għandu jagħmel resident biex jinvolvi ruħu f’din l-inizjattiva tat-tmexxija tad-Dar fejn joqgħod?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-Djar Residenzjali tal-Gvern, fejn huma involuti direttament l-anzjani fit-tmexxija tagħhom jinkludu dawn li ġejjin: Żejtun Msida Mellieħa Mosta Zammit Clapp Hospital Mtarfa Bormla Floriana Skont l-Istatut - Assoċjazzjoni Residenti Dar Residenzjali tal-Anzjani, kull resident huwa eliġibli li jiġi nominat għall-Elezzjoni sabiex jintgħazlu l-membri tal-Kumitat.

Djar Residenzjali tal-Gvern — Dipendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f’kull Dar Residenzjali mmexxija mill-Gvern li huma: indipendenti; semi-dipendenti; dipendenti u /jew bid-dimenzja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabelli t’hawn taħt. Dar ta’ L-Anzjani Indipendenti Semi-indipendenti Dipendenti Id-Dar tal-Mosta 31 19 7 Bid-dimenzja 3 7 1 Id-Dar tal-Furjana 6 20 20 Bid-dimenzja 6 anzjani bi profil ta’ dimenzja, minghajr indikazzjoni tal-kategoriji rispettivi. Id-Dar ta’ l-Imsida 28 10 14 Bid-dimenzja 1 3 8 Id-Dar ta’ Bormla 41 34 61 Bid-dimenzja nil nil 15 Id-Dar taz- Ż ejtun 68 68 67 Bid-dimenzja 58 il-anzjan bi profill ta’ dimenzja, mingħajr indikazzjoni tal-kategoriji rispettivi. Id-Dar tal-Mellieħa 82 28 33 Bid-dimenzja 4 14 19 Zammit Clapp 94 23 12 Bid-dimenzja Ma kienx hemm indikazzjoni t’anzjani bi profil ta’ dimenzja Dar ta’ L-Imtarfa 41 31 47 Bid-dimenzja 15 il-anzjan bi profil ta’ dimenzja, mingħajr indikazzjoni tal-kategoriji rispettivi. Waqt li t-tabella t’hawn fuq turi d-dipendenza tal-anzjani li jinsabu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern, it-tabella t’hawn taħt tkopri statistika tad-dipendenza tal-anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, rigward l-1137. DIPENDENZA bħala Persentaġġ * Indipendenti Ftit Moderata Severa Kompleta % Totali Numru assolut ta' Pazjenti 145 115 162 408 308 1138 Persentaġġ ta' Pa¿jenti 12.70% 10.10% 14.20% 35.90% 27.10% 100% Livell ta' Stat Konfusjonali ( Confusional State ) * # Luċidi Intermedju Moderat Severa Totali% Numru assolut ta' Pazjenti 383 150 175 430 1138 Persentaġġ ta' Pazjenti 33.70% 13.20% 15.40% 37.70% 100% *Il-figuri jirreferu għall-aħħar ċensiment ta’ dipendenza li sar f’San Vincenz f’Marzu 2015. # Confusional states fil-maġġoranza tagħhom għandhom id-dimenzja, pero’ mhux eskluż numru żgħir ieħor ta’ kundizzjonijiet ta’ stat konfusjonali.

Kura fil-Komunità — Żieda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjani tiegħu biex iżid aktar servizzi għall-anzjani sabiex jibqgħu kemm jistgħu jgħixu fil-komunità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, uħud mill-inizzjattivi ta’ dan il-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari, għas-sena li ġejja, ġew imħabbra f’dan il-baġit, waqt li oħrajn ser ikunu qegħdin jitħabbru iktar ‘l quddiem.

Oqsma tal-Anzjani — Carers Barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm carers barranin impjegati fl-oqsma tal-anzjani u persuni b’diżabilità u f’liema servizzi qed jaħdmu?’

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ carers barranin impjegati fl-oqsma tal-anzjani u persuni b’diżabilita’ jammonta għal 35; 7 fil-qasam tal-persuni b’diżabilita’, u 28 fil-qasam tal-anzjani.

Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilita — Standards Nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk li Standards Nazzjonali tas-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità humiex se jiġu wkoll osservati fir-Residenzi fejn hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali flimkien mas-Segretarjat għad-Drittijiet tal-Persuni b’Di¿abbilita’ u Anzjanita Attiva, mhuwiex responsabbli mill-kura li tingħata lill-persuni li għandhom xi kundizzjoni ta’ saħħa mentali. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Stallazzjoni ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta bejn wieħed u ieħor se jiġi stallat lift fil-blokk ta’ appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-installar ta’ lift fil-Blokk imsemmi, huwa skedat li jsir matul is-sena d-dieħla (2016).

Leave speċjali – ommijiet li jkollhom tfal morda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jseħħ il-ħsieb li meta ommijiet li jaħdmu u jkollhom it-tfal żgħar ma jifilħux ikunu jistgħu jieħdu leave speċjali jew sick leave?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Flus għas-sostenn – persuni minn pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni minn pajjiżi terzi li japplikaw għall-visa biex jiġu jżuru lill-Malta iridx ikollhom xi ammont ta’ flus għas-sostenn (u jekk iva, kemm irid ikun il-minimu)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kull applilkant għall-ħruġ ta' viża, flimkien mal-applikazzjoni u dokumenti oħra meħtieġa, irid jippreżenta lill-konsolat provi li juru li l-applikant għandu biżżejjed mezzi sabiex ikopri l-akkomodazzjoni tiegħu f'Malta, kif ukoll mezzi finanzjarji ta' sussistenza kemm għat-tul tas-soggorn previst kif ukoll għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż ta' origini jew ta' residenza tiegħu. Il-mezzi ta' sussistenza għas-soggorn previst jiġu vvalutati skont it-tul u l-fini tas-soggorn. Il-prova tista issir permezz ta' kontijiet bankarji riċenti, prova li għandu flus kontanti, travellers cheques, jew permezz ta' prova ta' impjieg u d-dħul minn tali impjieg. Il-verifiki ta' dawn il-provi isiru mill-konsolat li jkun irċieva l-applikazzjoni għall-hruġ ta' viża. Il-livel ghal ammont ta' flus ghas-sostenn ghandu jkun relatat mat-tul ta' zmien u r-raguni taz-zjara. Dan hu stabbilit ghal 48 euro kuljum.

Toroq tal-Bajja ta’ San Tumas – xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan sabiex it-toroq li jibqgħu deħlin sal-boat houses fil-Bajja ta’ San Tumas jiġu mibnija jew resurfaced?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi lista tal-ismijiet tat-toroq li għalihom qed jagħmel referenza.

Involviment ta’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex il-persuni bi problem ta’ saħħa mentali u l-carers tagħhom ikunu nvoluti direttament fit-tmexxija tas-servizzi offruti lilhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuni bi problem ta’ saħħa mentali kif ukoll il-carers tagħhom jigu nvoluti fit-tfassil tal-pjan ta’ kura ta’ l-individwu, skont kif stipulat fil-Mental Health Act.

Persuni bi problem ta’ saħħa mentali u l-Pensjoni tad-Diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna bi problemi ta’ saħħa mentali u li għandha diżabilità severa hijiex intitolata għall-Pensjoni tad-Diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Pensjoni tad-Diżabilità hija regolata bl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Id-definizzjoni ta’ persuna gravament diżabbli taqa’ taħt il-parametri tal-Artikolu 2 tal-istess Att. Tajjeb jingħad, illi wara li persuna tapplika u tgħaddi mill-iskrutinju tat-test tal-mezzi, l-istess applikazzjoni tmur għall-evalwazzjoni tal-Bord Mediku maħtur taħt l-istess Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).

Każijiet ta’ Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ Vjolenza Domestika li tressqu quddiem il-Qorti s-sena li għaddiet u kemm kien hemm minn dawn il-każijiet fejn il-Ġudikatura ħarġet Ordni ta’ Protezzjoni, Ordni ta’ Trattament, Ordni tat-Trażżin u Ordni ta’ Restrizzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li każijiet ta’ vjolenza domestika jaqgħu taħt ħafna akkużi differenti, liema akkużi jistgħu jiġu trattati bħala kumpilazzjonijiet jew kawżi sommarji, wieħed irid ikun iktar speċifiku fid-domanda. Fejn jidħlu l-ordnijiet imsemmija, matul is-sena 2014, fil-Qorti ta’ Malta, inħargu is-segwenti Ordnijiet,:- • 79 Ordni ta’ Protezzjoni • 17-il Ordni ta’ Trattament • 13-il Ordni ta’ Trazzin u Restrizzjoni.

Każijiet ta’ Suwiċidju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni f’pajjiżna li neħħew ħajjithom f’dawn l-aħħar ħames snin? X’etajiet kellhom dawn il-persuni li kkommettew suwiċidju?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin u sa l-aħħar ta’ Gunju 2015 ġew rapurtati lill-Pulizija mija u ħamsa u erbgħin każ ta’ suwiċidji li seħħew ġewwa Malta u Għawdex minn persuni ta’ nazzjonalita Maltija u anke barranija. L-etajiet ivarjaw bejn 14 il-sena u 98 sena.

Mental Welfare Officers- job description

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-job description tal-Mental Welfare Officers? Hemm il-ħsieb li dawn l-uffiċjali jaħdmu wkoll mal-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li qegħdin jgħixu fil-komunità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li x-xoghol tal-Mental Welfare Officers primarjament jittratta sitwazzjonijiet ta’ emergenza fejn individwu jista jkollu bzonn li jiddahhal ghal kura b’mod involuntarju gewwa l-isptar Monte Karmeli. Parti mix-xoghol tal-Mental Welfare Officers jinvolvi diskussjoni mal-qraba, l-carers u ma professjonisti ohra minn diversi servizzi, agenziji jew Dipartimenti tal-Gvern. Il-hidma tal- Mental Welfare Officers mhiex limitata ghal l-isptar Monte Karmeli imma l-Mental Welfare Officer jisejjah fuq il-post tal-emergenza skond ic-cirkostanzi tal-kas partikolari.

Fondazzjoni Richmond – servizzi mogħtija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9510, jista’ l-Ministru jelenka kemm hija l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern jagħti għal kull servizz offrut mill-Fondazzjoni Richmond biex jiġu megħjuna persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2014 ir-Richmond Foundation rċeviet total ta’ €754,706.81 f’għajnuna finanzjarja mill-gvern.

Regolamenti dwar postijiet ta’ divertiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti għall-ħinijiet tal-postijiet ta’ divertiment f’pajjiżna? X’miżuri qed jittieħdu biex isir kontroll ta’ dawn ir-regolamenti u li jkunu osservati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li r-regolament li specifikament jistabilixxu il-ħinijiet differenti tal-operat ta’ postijiet ta’ divertiment huma, il-Legislazzjoni Sussidjarja numru 441,07, dwar Regolamenti dwar il-licenzji tal-Kummerċ u il-legislazzjoni Suddidjarja numru 10,40, dwar ir-Regolamenti biex jinzamm il-bon ordni f’lokalitajiet tad-divertiment. Biex jiġu mħarsa u osservati il-ħinjiet u r-regolamenti in kwistjoni, il-Pulizija tagħmel diversi spezzjonijiet waqt il-qasi ta’ dmirijietha.

Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitwaqqfu aktar Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali? Jekk iva, fejn sejrin jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet sabiex jinfetħu aktar ċentri.

Baġit għas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit għas-saħħa u kemm minn dawn il-flus qed jintnefqu għall-kura primarja u kemm għall-kura sekondarja? Kemm qed jintnefqu flus biex jintużaw fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument tal-baġit

Tfal fostered

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn mindu twaqqaf il-fostering f’Malta, kemm kien hemm tfal li ġew fostered u li reġgħu rritornaw lura d-dar tal-ġenituri naturali tagħhom minħabba li l-ġenituri tagħhom ikunu solvew il-problemi li kellhom dwar it-trobbija ta’ uliedhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi mit-twaqqif tal-fostering f’Malta, fl-1999, sallum, kien hemm 72 tifel/tifla li kienu f’foster care u li reġgħu irritornaw lura d-dar tal-ġenituri naturali tagħhom.