Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema ta’ garanzija għaż-żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ li qegħdin fl-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ? Għal-liema etajiet u għal-liema żgħażagħ tapplika din l-iskema? Jista’ jgħid jekk hawnx xi skemi oħra simili għall-żgħażagħ ta’ din l-età u kemm hemm żgħażagħ irreġistrati fihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’kollox kienu 554 iż-żgħażagħ li applikaw għall-Garanzija. Minn dawn 245 kienu eliġibbli għal ċertifikat ta’ parteċipazzjoni hekk kif temmew il-kors. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ huma eliġibbli għaliha dawk iż-żħgħażagħ li la huma fit-taħriġ, la fl-edukazzjoni u anqas fix-xogħol u li għandhom bejn is-16 u l-24 sena. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ hija l-uniku skema fis-seħħ li toffri servizz ħolistiku li jinvolvi taħriġ u opportunità ta’ xogħol għal żgħażagħ ta’ din l-età.

Żgħażagħ li jkomplu jistudjaw wara l-form 5

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ żgħażagħ li jispiċċaw il-Form 5 u li jkomplu jistudjaw? Jista’ jagħti l-figura mis-sena 1996 sal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’risposta għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) ma twettaqx studji relatati ma’ studenti li spiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja. L-informazzjoni li l-NCFHE tiġbor hija relatata mar-reġistrazzjoni ta’ studenti f’edukazzjoni avvanzata u ogħla. Din l-informazzjoni bdiet tinġabar mis-sena akkademika 2007/2008. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tirrappreżenta l-perċentagg ta’ individwi b’etajiet ta’ 16, 17 u 18-il sena li pparteċipaw fi kwalunkwe tip ta’ edukazzjoni fis-snin akkademiċi ta’ bejn l-2008 u l-2014 meta mqabbla man-numru totali ta’ individwi fl-etajiet ta’ 16, 17 u 18 fil-gżejjer Maltin. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li r-rapporti kollha maħruġa mill-NCFHE huma disponibbli mill-websajt tiegħu fuq: http://www.ncfhe.org.mt/content/home-downloads-further-and-higher-education-statistics/86474752/

Kunsill dwar il-Professjoni tal-Counselling

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex iffurmat il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Counselling skont il-provvediment tal-Att 5 tal-2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Counselling ser ikun iffurmat fiż-żmien li ġej.

Tobba barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin ta’ kull grad li jaħdmu fl-isptarijiet kollha f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jindika f’liema sptar qed jaħdmu u l-kariga ta’ kull tabib?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tobba mill- pajjizi tal-Unjoni Ewropea hawn 42 filwaqt li minn pajjizi barra l-Unjoni Ewropea hawn 91. 126 minnhom jaghtu servizz f’Mater Dei, 5 fl-Isptar Generali t’Ghawdex u 2 fl-Isptar tal-Onkologija Sir Anthony Mamo. Il-gradi ta’dawn il-barranin ivvarjaw minn konsulenti sa Medical Officers.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu impjegati ġodda mas-Servizz Pubbliku f’kull sezzjoni ta’ dan il-Ministeru , u f’liema grad qegħdin minn April 2013 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra

Skejjel tal-istat – għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta’ għalliema bil-warrant temporanju u dak permanenti li jaħdmu fl-iskejjel kollha tal-istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ għalliema bil-warrant temporanju u dak permanenti li jaħdmu fl-iskejjel kollha tal-istat huwa kif ġej: GradWarrant permanentiWarrant temporanjuTotal Head of Department119 119 Instructor4 4 Supply Teacher30105135 Supply Teacher - Ind. Status62026 Teacher33352443579 Total34943693863

Sptar Mater Dei — sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru totali ta’ sodod disponibbli fl-Isptar Mater Dei attwalment inkuż dawk tal-Oncology Hospital? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ sodod f’Marzu tal-2013 u kemm kien in-numru ta’ sodod fl-Isptar San Luqa eżatt qabel ma’ dan waqaf jintuża bħala Sptar Ġenerali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar

Mediċini

Question

Il-mediċina b’forma ta’ pilloli magħrufa bħala bisphosphonates ma jingħatawx b’xejn lill-persuni li jbatu bl-osteopenia/osteoporosis. L-istess jingħad għall-pilloli alpha blockers għall-persuni bil-benign prostatic hypertrophy u għall-pilloli thyroxine għal dawk li jbatu bil-hypothyroidism imma mhux minħabba kanċer. Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li fil-futur qrib dawn il-mediċini jibdew jingħataw b’xejn lil dawk il-pazjenti li jkollhom l-karta s-safra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinaghata f’xi seduta ohra.

Delitti li saru f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru omoċidji voluntarji f’Malta u f’Għawdex kull sena mill-1996 sal-lum? Jista’ jaqsamhom skont is-sess u bejn Malta u Għawdex? Jista’ l-Ministru jgħid b’mod ġeneriku kif twettqu dawn ir-reati eż arma tan-nar, arma bil-ponta, asphyxia eċċ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Hepatitis B u Hepatitis C

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li saritilhom id-dijanjożi ta’ Hepatitis B u ta’ Hepatitis C bejn is-sena 1998 sal-lum? Jista’ jelenkahom sena b’sena u maqsuma skont is-sess?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Sptar Monte Carmeli — residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fl-Isptar Monte Carmeli li għandhom kundizzjonijiet kroniċi u ilhom żmien indefinit f’dan l-Isptar? X’qiegħed isir biex dawn il-pazjenti jintegraw fis-soċjetà?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bhalissa hemm 220 persuna residenti fl-Isptar Monte Carmeli li għandhom kundizzjonijiet kroniċi.

Persuni li mietu bil-kanċer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li mietu bil-kanċer mis-sena 2010 sal-lum sena b’sena? Jista’ jaqsamhom separatament skont is-sess,u mil-liema reġjuni ta’ Malta jew Għawdex kienu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onoreoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 18202

Persuni li saritilhom dijanjosi tal-kanċer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li saritilhom dijanjosi ta’ kanċer mis-sena 2010 sal-lum sena b’sena? Jista’ jaqsamhom skont is-sess u mil-liema reġjuni ta’ Malta jew Għawdex ġejjin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2010 sa 2013 gew irregistrati 9913-il persuna li saritilhom dijanjosi ta’ Kanċer.

HIV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li saritilhom dijanjosi tal-HIV mill-2006 sal-lum? Jista’ jgħid kemm hija stmata li tiswa l-kura tal-HIV għal kull pazjent?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: SENA HIV 2006 29 2007 16 2008 36 2009 20 2010 23 2011 29 2012 36 2013 37 2014 43 2015 ( till end September 2015) 46

Biċċerija — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fil-Biċċerija mill-2010 sal-lum, sena b’sena u skont il-kategorija tax-xogħol?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi l-Biċċerija pubblika kienet taqa’ taħt strutturi differenti fejn ir-responsabbiltà tad-Direttur Ġenerali u/jew id-Direttur rispettiv kienet tinkludi wkoll ħidmiet oħra ta’ operat li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-istess Biċċerija. Fil-fatt kien biss f’dawn l-aħħar snin li l-Biċċerija pubblika bdiet titqies bħala ħidma operattiva distinta. Għaldaqstant l-impjiegi li saru speċifikament għall-Biċċerija matul il-perjodu kollu msemmi huwa diffiċli li wieħed jidentifikahom b’mod preċiż. Madankollu, minn fost l-impjegati preżenti, ninsab infurmat li kien hemm 46 impjegat li nħatru bejn l-2010 u Ottubru 2015 f’dawn il-karigi: Chief Officer (Public Abattoir), Slaughter-Line Coordinator, Senior Economics Officer, Accounting Support Officer, Butcher, Employee performing duties as Boiler Attendant, Tradesman (Electrician), Motor Transport Driver, Assistant Clerk, Senior Operative, Cleaner.

Aġenzija Appoġġ — Servizzi ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19771, jista’ l-Ministru jgħid x’għandhom jagħmlu ommijiet li qed irabbu waħedhom biex jirċievu s-servizzi fil-komunità indirizzati għalihom? Bħalissa fejn qed jingħataw dawn is-servizzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Appoġġ toffri servizzi fil-kommunità fil-lokalitajiet tal-Kottonera, Msida, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta, iż-Żejtun u l-Furjana. Ommijiet li qed irabbu waħedhom, jistgħu jżuru ċ-ċentri fil-komunità fejn joperaw l-Aġenzija Appoġġ u hemmhekk isir kuntatt mal-ħaddiema soċjali. Apparti s-servizz tal-ħaddiema soċjali, hemm diversi proġetti mmirati għal ħtiġijiet tal-komunità fosthom workshops bil-mira li jintroduċu ħiliet bażiċi, snajja’ u għajnuna b’xejra akkademika lil dawn l-ommijiet biex ikomplu jissaħħu ħa jkunu jistgħu jindirizzaw id-diffikultajiet tagħhom u tal-familja. Servizz ieħor fil-kommunità għall-ommijiet, b’mod partikulari dawk l-ommijiet li għandhom tfal żgħar taħt il-ħames snin, huwa Home-Start . Dan is-servizz, offrut kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex huwa mmirat biex jgħin lil dawk il-ġenituri li jkunu għaddejin minn perjodu diffiċli, b’enfasi partikulari fuq trobbija pożittiva.

Pulizija – persuni li jkollhom wiċċhom mgħammad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif fil-prattika jaġixxu l-pulizija Maltin jekk jaraw jew jiġi rrapurtat lilhom li persuna Maltija jew barranija tkun liebsa l-burka jew niqab jew ikollhom wiċċhom mgħammad b’ilbies ieħor? X’tgħid il-liġi Maltija dwar persuni li jkollhom wiċċhom mgħotti fil-pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 18246. Ninforma li l-kabinett beda jiddiskuti dan is-suġġett.

Il-Baħrija – tneħħija ta’ arbli jew antenni antiki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħew dawk l-arbli jew antenni antiki u li m’għadhomx jintużaw f’diversi partijiet tal-gżejjer Maltin speċjalment dawk fil-Baħrija (l-Għammieri)?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment tad-Djar — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tad-Djar se jieħu azzjoni dwar applikazzjoni relatata ma’ saqaf iqattar l-ilma u katusi tad-drenaġġ f’kundizzjoni ħażina fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, diġa’ kienet saret spezzjoni u stima tat-tiswijiet neċessarji fis-sistema ta’ drenaġġ, li għalih għandu jiġi ingaġġat kuntrattur biex jagħmel ix-xogħlijiet. Dwar l-ilment l-ieħor relatat ma’ saqaf iqattar, għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar sabiex jiġi vverifikat dan l-ilment.

Servizzi ta’ respite għall-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta’ respite għall-anzjani f’Malta u Għawdex? Jista’ jagħti tagħrif kemm kull faċilità takkomoda anzjani u x’wieħed għandu jagħmel biex jirċievi dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-postijiet ta` Respite għall-Anzjani f`Malta u Għawdex huma 3 imqassma kif ġej: · 2 f’Malta - Casa Leone, San Ġiljan u San Vinċenz, Luqa u · 1 f’Għawdex - Villa San Lawrenz, San Lawrenz Għawdex Il-faċilitajiet jakkomodaw dawn l-ammonti ta’ persuni kif ġej: · Casa Leone – 14 – il persuna · San Vinċenz – 6 persuni · Villa San Lawrenz – 2 persuni Kull min huwa nteressat li jikkwalifika minn dan is-servizz, irid jimla l-formola preskritta u jibgħatha c-Ċentru Servizz Anzjan, il-Belt. Fl-aħħar nett, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, nhar is-17 t’Ottubru 2014, ġew ittripplati s-sodod tas-servizz tar- Respite u nhar it-12 ta’ Jannar 2015, ġie ntrodott is-servizz ta’ Respite ġewwa Għawdex