Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jitwaqqaf Ċentru ta’ Riżorsi għall-Familja fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u jekk iva, x’servizzi se jibda joffri lir-residenti ta’ din il-lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn it-tmexxija tal-LEAP u l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala biex jinstab post ideali biex iservi ta’ Family Resource Centre.
Ċentri ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’nuqqas ta’ Saħħa Mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jattendu regolarment iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali f’kull lokalità u kemm hija l-ispiża ta’ kull persuna li jattendi dawn iċ-Ċentri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentri ta' matul il-jum għal persuni b'nuqqas ta’ saħħa mentali jinsabu f il-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Bormla, Żejtun u Floriana. Bejnithom hemm 283 persuna rreġistrata li jattendu regolarment.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8954, jista’ l-Ministru jagħtini risposta speċjalment rigward dawk il-persuni li għandhom xi forma ta’ problema mentali u f’liema lokalità jgħixu dawn in-nies?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm NGO hubs f’pajjiżna, fejn jinsabu u x’tip ta’ servizzi qed jingħataw minn dawn il-postijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm żewġ NGO hubs f’Malta, wieħed fil-Belt Valletta u ieħor fil-Qawra.
Iċ-Ċentru tal-Volontarjat ġewwa l-Belt Valletta, apparti li jservi bħala uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, joffri diversi servizzi. F’dan iċ-ċentru tingħata assistenza individwali lill-għaqdiet dwar diversi aspetti li jirrigwardawhom, minn immaniġjar tal-għaqdiet għal possibiltajiet ta’ fondi, fost oħrajn. Dan iċ-ċentru iservi bħala ċentru ta’ taħriġ għall-għaqdiet volontarji, fejn regolarment isiru sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati kemm mill-istess Kunsill għall-għaqdiet kollha, kif ukoll mid-diversi għaqdiet lill-membri tagħhom. Dan iċ-ċentru jservi wkoll ta’ bażi għal diversi għaqdiet li m’għandhomx il-binja tagħhom, fejn dawn l-għaqdiet jiltaqgħu b’mod regolari kemm għall-laqgħat tal-kumitati kif ukoll għall-laqgħat u attivitajiet tal-membri tagħhom. Għal dan il-għan f’dan iċ-ċentru hemm sala kif ukoll tlett kmamar mgħammra għall-laqgħat. Iċ-ċentru tal-Belt Valletta joffri wkoll support lill-għaqdiet b’servizzi relatati ma ‘printing’ u ‘binding’, kif ukoll librerija u materjal relatat għar-riċerka dwar is-settur.
Iċ-ċentru tal-Qawra, li jaħdem qrib iċ-Ċentru Leap tal-istess lokalita’, iservi bħala ċentru ta’ taħriġ għall-għaqdiet volontarji, fejn isiru sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati kemm mill-istess Kunsill għall-għaqdiet kollha, kif ukoll mid-diversi għaqdiet lill-membri tagħhom. Dan iċ-ċentru jservi wkoll ta’ bażi għal numru ta’ għaqdiet li jaħdmu f’dan ir-reġjun u m’għandhomx il-binja tagħhom, fejn dawn l-għaqdiet jiltaqgħu b’mod regolari kemm għall-laqgħat tal-kumitati kif ukoll għall-laqgħat u attivitajiet tal-membri tagħhom. Għal dan il-għan f’dan iċ-ċentru hemm sala kif ukoll kmamar mgħammra għall-laqgħat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn Day Care Centres għall-anzjani sa Marzu 2013 u kemm inbnew ġodda minn dak iż-żmien s’issa? Kemm hu proġettat li jinbnew iktar f’dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sa Marzu 2013 kien hawn 21 Day Centre fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt:
San Pawl il-Baħar, Naxxar, Bormla, Qormi, Ħamrun, Luqa, Birkirkara, Dingli, Sliema, Santa Venera, Mosta, Żurrieq, Msida, Ħal Safi, Siġġiewi, Żejtun, Mellieħa, Mġarr, Mtarfa, Birżebbuġia, Ħal Kirkop.
Minn Marzu 2013 sallum, infetħu 5 Day Centers ġodda, fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt:
· Ix-Xewkija – liema Ċentru fetaħ f’Jannar 2016
· Is-Swieqi – liema Ċentru fetaħ f'Jannar 2016
· Santa Luċija – liema Ċentru fetaħ f’Settembru 2015
· Il-Gżira – liema Ċentru fetaħ f’Ottubru 2014
· Taċ-Ċawla, Għawdex, Ċentru Ragħaj it-Tajjeb – liema Ċentru fetaħ f’ Ottubru 2014.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, qed issir evalwazzjoni, dwar il-possibilita’ ta’ ftuħ ta’ Active Ageing Hubs ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment hawn ħaddiema li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea li qegħdin jaħdmu f'pajjiżna? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema minn terzi pajjiżi jaħdmu f'pajjiżna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, fl-aħħar ta’ Lulju 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati), kien hemm 19,087 ċittadini tal-Unjoni Ewropea u 8,338 persuni minn pajjizi terzi jaħdmu f’Malta.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattajat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba kwistjoni dwar post li dwaru hemm imkjesta pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jidderieġi l-persuna konċernata tkellem avukat tal-fiduċja tagħha sabiex tieħu parir dwar id-drittijiet li hija għandha, inkluż li tagħmel rikors fejn tressaq it-talba tagħha għall-konsiderazzjoni tal-Qorti.
L-Onor. Interpellant jifhimni u ċert li japprezza li fir-rwol tiegħi m'huwiex deżiderabbli li b'xi mod nuri xi interess f'inkjesti li għadhom pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm studenti fl-Alternative Learning Program? X’etajiet għandhom, kemm hemm subien u kemm hemm bniet u kif sejra l-attendenza tagħhom? X’tip ta’ kurrikulu jingħataw u x’tip ta’ għajnuniet oħra extra kurrikulari qed jirċievu dawn it-tfal biex iżżid il-motivazzjoni tagħhom minkejja d-diffikultajiet dawn jitgħallmu jew jitħarrġu b’mod effettiv bi preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol jew tkomplija tal-edukazzjoni post-sekondarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li:-
1. Fil-preżent hemm 255 studenti fl-Alternative Learning Programm.
2. L-età tagħhom tvarja bejn 15 u 16-il sena. Hemm 157 subien u 98 bniet li fil-maġġoranza tagħhom jattendu.
3. Il-kurrikulum tagħhom hu Malti, Ingliż, Matematika, ICT, PE, Home Economics, PSCD u Reliġjon u żewġ suġġetti vokazzjonali tal-għażla tagħhom. Dawn jinkludu Auto Mechanics, Agribusiness & Gardening, Art & Design, Basic Engineering, Building Services/Trades, Carpentry, Care Work, Customer Care, Drama, Electrical Installations & Basic Electronics, Hairdressing, Hospitality, Music, Paper Making & Book Binding, Personal & Beauty Care, Plumbing, Pottery & Ceramics, Sports (indoor & outdoor), Multimedia & ICT Applications, Textiles, Welding & Fabrication.
4. Fost l-għajnuniet extra-kurrikulari li dawn l-istudenti jingħataw nsibu Adventure Week, Outdoor Adventure f’Villa Psaigon, ħarġiet edukattivi fosthom żjara fi Xrobb l-Għaġin, Buskett, Ġonna tal-Argotti, Yoyo Child Care Center, ITS, Fort Rikasoli, Birgu Maritime Museum, Classic Car Museum & Restoration, Fort St. Elmo & War Museum, PSCD Seminar, Mdina Glass, Malta National Aquarium, Motherwell Bridge Welding Course, Food Handling Course mal-ETC, programm mal-AFM, job shadowing f’lukandi ewlenin, courses mas-Civil Protection u affarijiet oħra simili għal kull grupp. Bħala skola qed nagħtu importanza wkoll l-isports u ħadna sehem f’diversi dixxiplini fosthom arti marzjali, futbol, rugby, table tennis u indoor games. Qed noffru wkoll l-opportunità lill-istudenti jagħmlu first aid course.
Dan kollu għandu jżid fil-motivazzjoni ta’ dawn l-istudenti u jippreparahom b’mod ħolistiku għad-dinja tax-xogħol jew tkomplija tal-edukazzjoni post-sekondarja.
Policy fejn pazjenti li ma jkunux luċidi ma jweġġgħux lilhom infushom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi attwalment il-policy u l-best practice li hija aċċettata fl-isptarijiet tal-gvern sabiex pazjenti li ma jkunux luċidi ma jweġġgħux lilhom infushom jew lil ħaddieħor? Għal dawk il-pazjenti li minħabba mard fiżiku jew mentali fejn jistgħu jaqgħu mis-sodda jew b’idejhom jaqilgħu apparat mediku bħad-drip eċċ., huwa aċċettat li dawn il-pazjent jiġi restrained bl-użu ta’ faxex biex ma jweġġgħux?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-protokoll dwar dak li qieghed jistaqsi huwa regolat mill-Att dwar is-Saħħa Mentali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-prattika jew il-policy attwali tal-pulizija meta jiġu f’sitwazzjoni fejn ikunu qegħdin jarrestaw persuna suspettata u għal kwalunkwe raġuni din il-persuna ma tkunx trid tikkollabora u tirreżisti li tkun arrestata? Jekk il-persuna suspettata tirreżisti milli tkun arrestata billi tuża vjolenza jew reżistenza fiżika kontra l-pulizija, il-pulizija jistgħu jużaw vjolenza raġonevoli? Il-pulizija għandhom l-obbligu li jwissu lis-suspettat? Jekk il-persuna arrestata ssofri xi ġrieħi waqt ċirkustanzi bħal dawn, tista’ titlob għal xi rimedju u għand min tista’ tirrikorri? Jekk persuna li hija jew kienet arrestata f’dawn iċ-ċirkostanzi tagħmel allegazzjonijiet foloz fid-dritt jew fil-fatt, minn min tittieħed azzjoni kontriha?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi meta ikun hemm lok għall-arrest ta’ persuna u din il-persuna toffri xi tip ta’ reżistenza, il-Pulizija legalment tista’ tuza’ l-forza proporzjonali neċessarja sabiex jiġi affetwat l-arrest. Il-Pulizija m’huma qatt iġġustifikati li juzaw vjolenza imma tista tintuża biss bħala l-aħħar miżura u wara li jkun falla kull tentattiv paċifiku ieħor dik il-forza proporzjonali tiddependi skond iċ-ċirkostanzi f’kull każ. Il-Pulizija għandhom obbligu legali li jinformaw lill-persuna li hu qed jiġi arrestat bir-raġuni ta’ l-arrest u bid-drittijiet l-oħra kollha naxxenti mill-Kodiċi Kriminal u dan għandu jsir b’lingwa li huwa jifhem.
Jekk il-persuna arrestata ssofri xi ġrieħi filwaqt li jkun qed jiġi affetwat l-arrest din tiħalla tara tabib mediku ta’ l-għa¿la tagħha minnufih u jekk huwa jagħżel li ma jeżerċitax dan id-dritt, hija il-prattika tal-Pulizija li ssejjaħ tabib mill-eqreb klinika jew sptar sabiex jezamina/idewwi lill-arrestat. Il-persuna arrestata għandha d-dritt li tirrifjuta li tiġi invistata imma f’tali ċirkostanza ssir dikjarazzjoni f’dan is-sens mill-uffiċjal mediku. Jekk il-persuna arrestata tħossa aggravata bil-mod li mxew bih il-Pulizija fil-ħin ta’ l-arrest u detenzjoni tagħha dan għandu d-dritt ta’ rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju.
Jekk mill-investigazzjonijiet interni tal-Pulizja jew mir-rizultati ta’ l-Inkjesta Maġisterjali jekk ikun il-kaz, jirrizulta li kienu saru allegazzjonijiet foloz fil-konfront ta’ persuni oħra, inkluz membri tal-Korp, jistgħu jittieħdu proċeduri kriminali fil-konfront ta’ l-imsemmi persuna. Proceduri kriminali jitmexxew mill-Pulzija Eżekuttiva u dan mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ċivili li l-Pulizija, li jħoss ruħu ingurjat bl-allegazzjoni falza fil-konfront tieghu, jista’ jagħzel li jieħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienul-persuni li ħadu l-għotja tal-ħalib, kull sena mill-2008 sal-2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jista’ jipprovdi biss statistika fuq l-aħħar 5 snin, u għalhekk mhuwiex possibli li tkun ipprovduta statistika għas-snin 2008 u 2009. Għaldaqstant, in-numru ta’ persuni li ħadu l-Għotja tal-Ħalib bejn l-2010 u l-2015 kien kif ġej:
· Sena 2010 – 160 persuna
· Sena 2011 – 134 persuna
· Sena 2012 – 111 –il persuna
· Sena 2013 – 107 persuni
· Sena 2014 – 108 persuni
· Sena 2015 – 105 persuni
Jista’ l-Ministru jgħid kif, fejn u b’liema kriterji se jkunu qed jikkwalifikaw, persuni jew familji li din is-sena ser jingħataw għajnuniet f’għotjiet ta’ ikel minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, jew kif inhu magħruf aħjar bħala l-FEAD, huwa programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea, li l-għan principali tiegħu huwa li tingħata għajnuna bażika lill-familji li huma l-aktar fil-bżonn u li b’hekk tintlaħaq waħda mil-miri tal-Istrateġija Ewropea 2020; jiġifieri t-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Ftit inqas minn 4,000 familja, ġewwa Malta u Għawdex, li jaqaw taħt waħda minn dawn l-4 kategoriji msemmija hawn taħt, ser ikunu eliġibli li jibbenefikaw minn dan il-programm:
I. Familji li jirċievu benefiċċji mhux kontributorji li huma means tested, u li għandom 2 itfal jew iktar taħt l-eta’ ta’ 16 –il sena;
II. Familji li għandom 2 itfal jew iktar taħt l-eta’ ta’ 16 –il sena, u li għandhom dħul ta’ inqas minn 80% tal-Paga Minima Nazzjonali;
III. Familji li għandom 2 itfal jew iktar taħt l-eta’ ta’ 16 –il sena u li għandhom dħul li ma jaqbiżx il-Paga Minima Nazzjonali;
IV. Familji mhux single u li jirċievu pensjoni għall-anzjanita’ mhux kontributorja.
Peress li ser ikun hemm żewġ pakketti tal-ikel (Pakkett A u Pakkett B li hu izgħar) li ser ikunu qegħdin jitqassmu lil dawk li huma eliġibbli, tajjeb li wieħed jgħid li dawk il-familji li b’mod partikolari jaqaw taħt kategorija II, skont il-kriterji msemmija hawn fuq, kif ukoll dawk kollha li jaqaw taħt waħda mill-erba’ kategoriji msemmija, u li għandhom tlett itfal jew aktar ta’ taħt is-16 il-sena, ser ikunu qegħdin jirċievu Pakketti A u B, filwaqt li l-kumplament ta’ dawk li jidhru hawn fuq ser jirċievu Pakkett A.
Se jkun hemm skema oħra “in parallel” dwar it-tqassim ta’ ikel minn fondi pubbliċi li ser tkun qed tolqot persuni oħra li huma anqas fil-bżonn.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20880, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk id-delitti li kienu kkawżati permezz ta’ arma tan-nar, jekk l-arma tan-nar kenitx irreġistrata/liċenzjata għand il-pulizija jew le?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella t’hawn taħt.
Armi reġistrati mal-Pulizija
8 kazijiet
Armi mhux reġistrati mal-Pulizija
7 kazijiet
Armi li kienu rreġistrati pero misruqin
2 kazijiet
Armi li ma nstabux
25 kaz
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20570, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-case load ta’ kull social worker li jaħdem f’dan il-qasam?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – servizzi għat-tfal b’autistic spectrum disorder
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16292, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti b’Autistic Spectrum Disorder fil-kamp edukattiv u li qed jiġu megħjuna mill-professjonisti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li din is-sena hemm 230 student li qed jingħataw is-sapport mill-professjonisti tal-ASST team fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-iStudent.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti bl-ASD li ġew referuti biex jingħataw għajnuna u sapport, matul dawn l-aħħar 12-il sena huwa ta’ 848.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – servizzi għat-tfal bl-ADHD
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16290, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bl-ADHD fil-kamp edukattiv u li qed jiġu megħjuna mill-professjonisti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment Servizzi għall-iStudent fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi m’għandux servizz speċjalizzat għal studenti b’ADHD. Is-support lil dawn l-istudenti jingħata fil-Kulleġġi, skont il-bżonn partikolari tagħhom, mill-professjonisti tat-tim psiko-soċjali rispettivi tagħhom (pereżempju, psikoloġi jew psikoterapisti) kif ukoll mill-SEBD specialists u għalhekk ma teżistix data ċentrali.
Ninforma iżda lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ studenti bl-ADHD li ġew referuti biex jingħataw għajnuna u support, matul dawn l-aħħar 12-il sena huwa ta’ 1,045.
JIsta' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' persuni li qegħdin jirċievu kura għall-HIV fl-Isptarijiet ta' Malta u Għawdex? JIsta' jgħid kemm, bejn wieħed u ieħor, tiswa din il-kura għal kull persuna nfettata kull sena? Jista’ jindika kemm minn dan in-numru huma rġiel, nisa jew transgender? Jista’ jaqsam dan in-numru ta’ persuni f’kategoriji skont is-sors jew risk factor tal-infezzjoni (pereżempju: irġiel omosesswali, eterosesswali, hemophiliacs, iv drug users, vertical transmission eċċ.)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li tidher fit-tabella hawn taħt huma l-kazijiet ta’ HIV li ġew notifikati mill-2004 sal-aħħar ta’ Ottubru 2015 maqsumin bejn nisa u irġiel kif ukoll kategoriji skond is-sors tal-infezzjoni.
Year
HIV cases
AIDS cases
M
F
Hetero
MSM
IVDU
Haem
UnKnown
2004
15
2
13
4
8
2
2
0
5
2005
15
4
11
8
11
5
0
1
2
2006
22
7
19
10
16
10
1
0
2
2007
14
2
10
6
13
0
2
0
1
2008
28
8
25
11
25
8
1
0
2
2009
18
2
11
9
15
3
0
0
2
2010
17
6
19
4
16
7
0
0
0
2011
24
5
22
7
17
9
0
0
3
2012
30
6
28
8
25
10
0
0
1
2013
36
1
31
6
15
18
3
0
1
2014
39
4
39
4
12
27
1
0
3
2015(till 31/10/2015)
50
1
45
6
13
37
0
0
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li minn mindu ġiet in vigore il-liġi tal-Identità tal-Ġeneru għamlu użu minnha u bidlu s-sess tagħhom fuq l-ID cards eċċ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ammont ta’ persuni li biddlu s-sess tagħhom, minn meta ġiet in vigore il-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru, kien dak ta’ 40. Dan l-ammont jirrifletti ruħu wkoll f’tibdil tal-ID Cards b’mod awtomatiku.