Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24931 Sitting 380 2016-04-25 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex u l-Belt – Fast Ferry Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dwar il-pjan tal-Ministeru rigward fast ferry service li jkun jopera bejn Għawdex u l-area tal-portijiet fil-Belt Valletta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddej bħalissa proċess intern sabiex naraw l-aħjar mod kif din se tiġi varata fil-futur qarib.
Leg 12 PQ #24932 Sitting 380 2016-04-25 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar is-suċċess li qed jiġi reġistrat fil-Gozo Channel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-Kumpanija Gozo Channel is-sena 2015 kienet sena oħra ta’ ħidma ntensiva sabiex filwaqt li tipprovdi servizz ta’ eċċellenza f’dak li huwa l-ġarr ta’ passiġġieri, vetturi u merkanzija bejn iż-żewġ gżejjer tiżgura li topera bi profit. Matul is-sena 2015, il-kumpanija esperjenzat żidiet sostanzjali f’dawk li huma passiġġieri u vetturi li qasmu bejn iż-żewġ gzejjer. Il-passiġġieri żdiedu b’iktar minn 2% fuq is-sena ta qabel, biex b’hekk qabzu l-4.7 miljun passiġġier filwaqt li l-vetturi żdiedu b’iktar minn 5.3% u cioe` żieda ta’ madwar 70,000 vettura fuq is-sena 2014. Dan ifisser żieda ta’ aktar min 700,000 passiġġier fuq is-sena 2012. Il-Gozo Channel ħadmet bla heda sabiex setgħet topera kemm il-vjaġġi bl-iskeda kif ukoll ammont sostanzjali ta’ vjaġġi extra. Dan speċjalment f’mumenti ta’ ħtieġa partikolari fejn id-domanda kienet waħda kbira u fejn l-Gozo Channel ħadmet bil-flotta kollha tagħha sabiex toffri l-aqwa servizz possibbli. Fl-2015, il-Gozo Channel għażlet li tbiddel totalment il-kunċett tal-iskeda tagħha fejn introduċiet biss żewġ skedi: waħda tas-sajf u l-oħra tax-xitwa. B’hekk il-kumpanija żiedet b’ammont sostanzjali n-numru tat-trips tal-iskeda fejn in-numru ta’ trips f’2015 kien ta’ 20824, żieda ta’ 1482 fuq is-sena 2012 (19342). Fil-qasam kummerċjali, il-kumpanija ukoll għamlet passi kbar ’il quddiem. Wara l-ħidma kbira li saret fil-kafeterija fejn tnaqqsu l-abbuzi li kienu rampanti fl-amministrazzjoni preċendenti, l-kafeterija abbord il-vapuri ħalliet profit nett ta’ aktar minn €400,000, jiġifieri d-doppju tal-qliegħ illi l-kumpanija għamlet mil-istess kafeterija fl-2012 meta Tonio Fenech kien Ministru. Dan kollu wassal lill-Kumpanija sabiex fl-2015 tirreġistra profit ta’ aktar min €1Miljun, u dan wara s-sena diżastruża tal-2012 li kienet timmarka l-aħħar sena ta’ amministrazzjoni preċedenti fejn il-kumpanija kienet tilfet ’l fuq minn €1,6 miljuni. Ta’ min isemmi ukoll illi matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena (2016), il-Kumpanija dija’ għamlet 570 trip aktar mill-ewwel tlett xhur tas-sena l-oħra, u bħala passiġġieri qbiżna il-miljun passiġġier. Dan ifisser illi kien hemm żieda fil-ġarr tal-passiġġieri ta’ aktar minn 20% fuq l-ewwel tlett xhur tal-2015. Huwa għalhekk illi l-istess Kumpanija qiegħda tħares lejn il-futur b’entużjażmu u b’antiċipazzjoni u taspira li hekk kif għamlet matul dawn l-aħħar snin tkompli toffri servizz ta’ eċċellenza filwaqt li tkompli tkabbar il-qliegħ anke għal matul is-snin li ġejjin.

Ċentru ta’ Matul il-Jum – spiża annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża annwali biex iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità Intelletwali jopera? Hemm il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri? Jekk iva, fejn sejrin jinfetħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-ispiża annwali biex joperaw id-9 Ċentri ta’ Matul il-Jum li għandha taħt ir-responsabilità tagħha l-Aġenzija Sapport, għas-sena 2015, kienet tammonta għal € 6,543,190. Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa qegħdin isiru t-tħejjijiet biex jinħareġ it-tender ħalli nkunu nistgħu nkabbru ċ-Ċentru tal-Imtarfa. Meta jitlesta dan ix-xogħol, minbarra l-faċilitajiet terapewtiċi ġodda, l-għadd ta’ klijenti li jkunu jistgħu jattendu ġewwa dan iċ-Ċentru ħa jkun qiegħed jiżdied b’60 persuna.

Assistenza medika SKA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta u Għawdex bħalissa li qegħdin jieħdu l-benefiċċju tal-assistenza medika magħrufa bħala SKA? Jista’ jaqsam dawn iċ-ċifri skont il-fergħa tad-dipartiment minn fejn toħroġ u l-irħula, bliet jew villaġġi li tkopri? Jista’ jgħid il-massimu u l-minimu tal-ammont ta’ dan il-benefiċċju li jista’ jingħata għal persuna kull xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, in-numru ta’ persuni li qed jieħdu l-għajnuna għal mard magħrufa bħala l-SKA, jammonta għal 11,938 persuna. Dan l-ammont huwa maqsum skont l-ibliet jew villaġġi kif qiegħed jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rata ta’dan il-benefiċċju hija waħda fissa. Persuna waħedħa jew fejn waħda mill-konjugi ikun/tkun eleġibbli għal benefiċċju tal-mard, tirċievi €25.28 fil-ġimgħa, filwaqt li koppja miżżewġa li jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju, it-tnejn li huma, huwa ta’ €45.42 fil-ġimgħa.

Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali — tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali jsirx tagħlim regolarment bħalma jsir fiċ-Ċentri għall-Anzjani? Jekk iva, dan it-tagħlim fiex jikkonsisti u f’liema Ċentru qiegħed jingħata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi tac-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali huma differenti minn dawk tal-anzjani. Dawn is-servizzi jipprovdu kura specjalizzata, ghalhekk jattendu biss dawk li jigu referuti mill-psikjatra. Kull persuna referuta tiġi evalwata sabiex jiġu identifikati l-oqsma problematici u l-aspettativi kemm tal-persuna li se tibda tuza dan is-servizz, kif ukoll ta' dawk li jieħdu ħsieb dan il-programm. Għalhekk il-programm ta’ kull ġurnata huwa varjat biex jindirizza il-bzonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu, skont il-htiega li tirrizulta mill-process tal-evalwazzjoni. Is-sessjonijiet jistaw jinghataw kemm b’mod individwali kif ukoll fi gruppi. Sessjonijiet Individwali: Sabiex dawn il-persuni jerġgħu jakkwistaw l-indipendenza, isiru attivitajiet bażiċi ta`kuljum bħal tindif, użu tal-karozza tal-linja u qadi domestiku skont il- bżonnijiet tal-persuni. Tingħata ukoll l-opportunità rigward il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal-individwi. Ħiliet intrapersonali jirefferu għal kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta' madwarhom, filwaqt li ħiliet interpersonali jippermettu li l-persuna jkollha l-abilitajiet kollha fil-komunikazzjoni u anki ħajja soċjali b`saħħitha. Sessjonijiet fi gruppi: Attivitajiet fi gruppi jinkludu sessjonijiet kreattivi, diskussjonijiet fi gruppi, eżerċizzju fiżiku, kif ukoll ħarġiet soċjali. Isir ukoll taħriġ pre-vokazzjonali u professjonali bhal kif tikteb CV, kif iġġib ruħek waqt intervista tax-xogħol eċċ. Is-servizzi għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali qed jinghata fiċ-ċentri ta’ matul il-jum taż-Żejtun, Bormla, Ħal Qormi, l-Furjana u Rahal il-Ġdid.

Ċentru ta’ Matul il-Jum – spiża annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża annwali biex iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità Intelletwali jopera? Hemm il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri? Jekk iva, fejn sejrin jinfetħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ċentri ta’ Matul il-Jum — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, ċentru ċentru, u xi grad għandu kull ħaddiem?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Parental Skills — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kors ta’ Parental Skills ġie organizzat is-sena l-oħra u fejn saru dawn il-korsijiet tant meħtieġa għall-ġenituri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sedqa organizzat 121 kors fuq parental skill, skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt: Burmarrad 1 Iż-Żurrieq 17 Il-Fgura 16 Il-Marsa 12 L-Imġarr 9 Santa Venera 18 Il-Ħamrun 14 Iż-Żejtun 10 Paola 1 Il-Qawra 8 B'Kara 5 Ir-Rabat 9 Floriana 1 Total 121 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Aġenzija Sedqa bdiet tħaddem ukoll programm, fuq bażi individwali, ma’ numru ristrett ta’ klijenti li huma wkoll klijenti tas-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection Service – CPS) tal-Aġenzija Appoġġ fejn hemm problemi ta’ abbuż minn sustanzi minn wieħed mill-ġenituri. Dan is-servizz huwa msejjaħ Your Parenting Journey, fejn sa issa bbenifikaw minnu 5 familji. Ġie mniedi wkoll proġett pilota fil-Qawra, immirat lejn familji li kienu segwiti mis-CPS, bil-għan li dawn il-familji jiġu mgħejjuna jiksbu l-ħiliet (skills) meħtieġa biex irabbu lil uliedhom aħjar. Dan il-proġett pilota ġie msemmi Home Based Therapeutic Service (HBTS) u ħadu sehem fih 16-il familja, liema programm jingħata fuq ba¿i individwali, fejn it-terapija ngħatat fid-djar ta’ dawn il-familji. Issa li dan il-proġett pilota wasal biex jintemm, dawn il-familji se jibqgħu jiġu mgħejjuna permezz tal-Family Therapy Unit tal-Aġenzija Sedqa jew mill-Aġenzija Appoġġ, skont il-ħtieġa. Finalment infakkar lill-Onor. Interpellant illi, il-ħaddiema soċjali fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, iwettqu xogħol siewi ta’ kuljum biex jgħinu u jsostnu lill-familji fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fit-trobbija tal-ulied.

Żgħażagħ — inizjattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18824, jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu mill-Aġenzija Żgħażagħ f’dawn l-aħħar sentejn fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, il-Fgura u ż-Żejtun?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li s-servizzi offruti minn Aġenzija Żgħażagħ f’dawn l-aħħar sentejn fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Interpellant huma s-segwenti: 1. Servizz ta’ Detached Youth Work li tnieda f’Jannar 2015 bħala proġett pilota u li beda jiġi implimentat f’Mejju 2015 fil-lokalitiajiet taż-Żejtun, Wied il-Għajn u aktar tard fis-sena l-istess servizz beda jiġi offrut ukoll f’parti mill-lokalitá tal-Fgura. 2. Kunsill Lokali Żgħażagħ fil-lokalitajiet tal-Fgura u Wied il-Għajn 3. Sapport finanzjarju ta’ €20,350.00 permezz ta’ l-Iskemi A4U, Kun Attiv u Taħriġ Mużikali liż-Żgħażagħ lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ kif ġej:- Għaqda Mużikali Beland 2014 – Proġett ta’ Kontinwazzjoni tal-Implimentazzjoni tar-Riforma fis-Sistema tat-Tagħlim fl-Iskola tal-Mużika Beland Żejtun Band Club 2014 – The Zejtun Band Interactive Introduction to Music Appreciation Youths@Local c/o Kunsill Lokali Żejtun 2014 – Tranġar u manutenzjonu tas-sala fil-Ġnien pubbliku sabiex iservi ta’ drop-in empowerment centre fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ 18th Marsascala Girl Guides 2014 – Innovazzjoni u inċentiv għall-post il-ġdid 18th Marsascala Girl Guides 2015 – Reaching Out – Enhancing Our Message Kummissjoni Festa Esterna Fgura 2014 – FYC Sports Tournament Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju Fgura 2015 –Taħriġ fis-sengħa ta’ mastrudaxxa ġewwa l-Maħżen tal-Armar Fgura Youth Centre 2015 – FYC Summer Days Pre-Youths Marsascala 2014 – Ċentru Adoloxxenti Marsascala Teenage Group 2014 – Installazzjoni tal-kamra tal-banju f’ċentru għaż-żgħażagħ Marsascala Teenage Group 2015 – Multi Media Facility

Iż-Żejtun – Triq Alfredo Cachia Zammit – xogħlijiet infrastrutturali

Question

Peress li minn informazzjoni li għandi, Transport Malta għadha ma bdietx ix-xogħol skedat fuq ir-resurfacing u s-servizzi ta’ Triq Alfredo Cachia Zammit iż-Żejtun minħabba li jeħtieġu xi xogħlijiet infrastrutturali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qabel, jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u meta se jibda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet f’din it-triq jikkonsistu fi tqegħid ta’ mejnijiet tal-ilma u meded ta’ drenaġġ.
Leg 12 PQ #23679 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol mogħti lill-individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol mill-Gvernijiet Nazzjonalisti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew kumpanija jew trust jew entità ta’ xort’oħra li hu għandu xi sehem fiha, mill-1998 s’issa? Jista’ jiġi indikat jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kollox elenkat kronoloġikament u biċ-ċifri indikati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23680 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol mogħti lill-individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol mill-Gvernijiet Nazzjonalisti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew kumpanija jew trust jew entità ta’ xort’oħra li hu għandu xi sehem fiha, mill-1998 s’issa? Jista’ jiġi indikat jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kollox elenkat kronoloġikament u biċ-ċifri indikati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #23681 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol mogħti lill-Individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħata xogħol mill-Gvernijiet Nazzjonalisti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew kumpanija jew trust jew entità ta’ xort’oħra li hu għandu xi sehem fiha, mill-1998 s’issa? Jista’ jiġi indikat jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kollox elenkat kronoloġikament u biċ-ċifri indikati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? X’inhuwa l-programm ta’ kull ġurnata f’dawn iċ-Ċentri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kull Centru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali hemm 4 ħaddiema. Il-programm ta’ kull guranata huwa varjat biex jindirizza il-bżonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu skont l-għanijiet li jirriżultaw mill-proċess tal-evalwazzjoni. Jiġu pjanati sessjonijiet individwali kif ukoll fi gruppi.

Settur tas-Saħħa – nefqa ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid totalment kemm intefqu flus fis-settur tas-Saħħa matul is-sena l-oħra u jista’ jgħid kemm dan żdied (jew tnaqqas) ikkomparat mal-aħħar 10 snin preċedenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għas-sena 2015 kienet ta’ €460,788,750, filwaqt li tas-sena 2005 kienet ta’ €187,345,261.

Mediċini li ngħataw b’xejn — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq il-mediċini li ngħataw b’xejn sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: 2012 2013 2014 2015 € € € € 44,919,716 48,003,934 51,116,287 54,651,797

Kura dentali b’xejn fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-kura dentali b’xejn fil-komunità u kemm qiegħda tilqa’ pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tad-dentistrija fil-komunità qed isir mill-fakulta tad-dentistrija tal-Universita ta’ Malta b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa, dan is-servizz mingħajr ħlas reġa beda f’Settembru 2015 wara li s-servizz tad-dentistrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa kien twaqqaf mill-Gvern preċedent f’April 2010. Il-Mobile Dental Clinic qed iżżur lokalitajiet diversi u qed joffri dawn is-servizzi: Vista tas-snien, fejn tiġi ddeterminata l-kura li jkollu bżonn l-individwu, u jiġi rreferut fil-postijiet approprijati għall-kura neċessarja Pariri personalizzati fuq is-saħħa u l-kura tal-ħalq Pariri fuq kif il-kundizzjoni tal-ħalq tista’ taffetwa s-saħħa tal-ġisem u viċi versa. Sal-bidu ta’ Frar 2016 kienu użaw dan is-servizz 270 pazjent.

Djar siġillati — inkjesti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hawn djar li qegħdin siġillati mill-awtorità,minħabba inkjesti pendenti dwar mewt ta’ xi persuna f’dawn il-postijiet u għaldaqstant is-sidien ma jistgħux jidħlu fihom? Kemm bejn wieħed u ieħor idumu biex f’każijiet bħal dawn, il-postijiet jiġu rilaxxati għall-użu tas-sidien tagħhom? Jekk is-sidien isofru telf finanzjarju minħabba dewmien żejjed għar-rilaxx tal-proprjetà tagħhom, kif jistgħu jiġu kumpensati dawn is-sidien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Inkjesti Maġisterjali huma ta’ natura kunfidenzjali, l-amministrazzjoni tal-Qrati ma jkollhiex aċċess għal tali informazzjoni.

Sptar Monte Carmeli – spiża għal kull resident

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża bejn wieħed u ieħor għal kull ġurnata ta’ resident li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali s-sena l-oħra għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.