Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew ikkundannati l-ħabs minħabba abbużi fuq minorenni f’dawn l-aħħar ħames snin u kemm kienet is-sentenza mogħtija f’kull każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 991, jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża ta’ kull ġimgħa għal kull tifel jew tifla li hemm f’dawn id-Djar u kemm huma l-fondi mogħtija mill-Gvern biex jgħinu lil dawn l-istituti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, sal-aħħar ta’ Diċembru, 2015 kien hemm 207 minuri li kienu protetti b’ Ordni ta’ Ħarsien u li kienu jirrisjedu f’ djar magħrufa bħala Residential Care Homes for Children.
L-ispiża totali li għamlet l-Aġenzija Appoġġ biex tagħti s-servizzi ta’
social workers
, psikologi,
support workers, care workers
u
high support services
matul l-2015, ammontat għal €1,777,198. Minbarra hekk, il-Ministeru kellu ftehim ta’
Public Social Partnership
mal-Knisja biex tmexxi waħda mir-residenzi fejn jinżammu dawn it-tfal. Dan il-ftehim sewa €610,000 fl-2015. L-ispiża totali meta tgħodd kollox f’daqqa tammonta għal €2, 387,189.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx uffiċjalment infurmat bis-serqa li seħħet fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kif irrapurtata mill-Kunsill f’Diċembru 2015? Jista’ jgħid fiex waslet din l-investigazzjoni mill-pulizija u x’miżuri ħa u qed jieħu l-Kunsill Lokali sabiex ma jkunx hemm sitwazzjoni simili fil-futur? Jista’ jgħid jekk kienx hemm okkażjonijiet oħra fejn naqsu flus mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u jekk iva kienx hemm xi konklużjoni mill-Pulizija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li l-Kunsill informa lid-Direttur tal-Gvern Lokali bis-serqa msemmija. Il-Kunsill installa sistema ta’ CCTV fl-uffiċċini kollha. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Intant kien hemm ukoll persuna impjegata mal-Kunsill li kienet ukoll suspettata dwar serq wara li din il-persuna kienet irrappurtata minn kuntrattur. Il-Pulizija ser tressaq lil din il-persuna l-Qroti. Il- Kunsill informa mill-ewwel lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali bil-każ peress li ttermina l-impjieg tal-persuna. L-investigazzjoni tal-Pulizija, għadha għaddejja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sena b’sena mill-2011 sal-2015? Jista’ jgħid għaliex immatura dan id-dejn u x’qiegħed jagħmel sabiex jindirizza din il-problema?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjon ghadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-irwol tal-Pulizija ta’ Malta fil-kontroll tat-traffiku f’pajjiżna?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-rwol tal-Pulizija fil-kontroll tat-traffiku f’pajjiżna huwa ferm varjat, speċjalment dak ta’ Pulizija tas-sezzjoni tat-Traffiku, però fil-qosor hu prinċipalment li jassistu kull tip ta immaniġjar ta’ traffiku f’dawn il-gzejjer. Fost diversi doveri dawn ikunu postijiet strateġiċi biex f’ħinjiet fejn it-traffiku jiżdid kemm filgħodu kif ukoll fil-għaxija, biex jassistu fit-tmexxija tal-vetturi jew f’dawk il-postijiet fejn ikun hemm xogħol fuq proġetti prinċipali tat-toroq. L-istess pulizija jkunu ħafna drabi minn tal-ewwel li jasslu fuq il-postijiet ta’ inċidenti stradali għal kull għajnuna u kontroll tat-traffiku u waqt ir-ronda tagħhom jassistu sewwieqa u pedestrians kif meħtieġ. Dan biex kemm jista jkun jipprevenu inċidenti barra li jaraw li tinżamm l-ordni fis-sewqan u jinvestigaw kontravenzjonijiet fit-toroq bi ksur ta’ liġijiet relatati mat-traffiku. Il-Pulizija tat-Traffiku huma wkoll responsabbli mix-xogħol ta’ skorta bil-mutur, waqt zjarat ta’ persuni distinti, f’dawn il-gzejjer.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif inhuma regolati jew liċenzjati l-bouncers li jaħdmu ġo stabbilimenti f’pajjiżna? Jista’ jgħid jekk dawn għandhomx xi poteri mogħtija mil-liġi Maltija u sa fejn jaslu dawn il-poteri?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ir-regoli dwar persuni liċenzjati biex jagħmlu xogħol ta’ gwardjani privati f’postijiet ta’ divertiment (bouncers), joħorġu mill-provedimenti tal-Kap 389 tal-Liġijiet ta’ Malta, dwar Gwardjani Privati u Lokali. Din il-liġi telenka wkoll il-kwalifiki meħtieġa minn dawn il-gwardjani kif ukoll il-provedimenti fuq ħruġ ta’ liċenzji tagħhom. Dwar il-poteri ta’ l-istess gwardjani, dawn huma elenkati wkoll fil-ligi msemmija u speċifikament fil-paragrafu 12A ta’ l-istess liġi.
Qorti – persuni li tressqu fuq nuqqas ta’ manteniment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu quddiem il-Qorti fuq akkużi li naqsu li jagħtu manteniment lill-uliedhom u lill-konjugi tagħhom wara li sseparaw fl-aħħar erba’ snin, sena b’sena? Kemm minnhom weħlu l-ħabs u kemm kienet is-sentenza mogħtija?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ persuni li naqqsu li jagħtu l-manteniment u tressqu quddiem il-Qorti ta’ Malta, u numri ta’ persuni li weħlu l-ħabs fl-aħħar erba’ snin huma s-segwenti:
Sena
Numru ta’ każijiet
Numru ta’ peruni li ntbagħtu l-ħabs
2012
601
66
2013
723
79
2014
589
62
2015
698
77
2016
464 (sa Mejju)
58 (sa Mejju)
Is-sentenzi ta’ ħabs ivarjaw bejn ġimgħa (1) ħabs sa l-iktar 3 xhur ħabs.
Kien hemm xi każijiet minimi fejn persuna kienet reċediva u weħlet sa sitt xhur priġunerija.
Fil-Qorti tal-Maġistrati, Għawdex, il-kawżi ta’ manteniment ma’ jiġux ikklassifikati separatament u jiġu reġistrati bħala kawżi tad-distrett, mingħajr distinzjoni minn dawn tal-aħħar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jinsabu residenti f’Dar tal-Anzjani li ressqu xi ilmenti? Fuqhiex kienu magħmula dawn l-ilmenti u f’liema Dar Residenzjali twettqu dawn l-ilmenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jikkjarifika jekk hemmx reception tal-Wi-Fi tajba ġewwa s-sala tal-Renal Unit fejn isir id-dialysis? Jista’ jgħid jekk hemmx xi partijiet fl-Isptar Mater Dei (inkluż Sir Anthony Mamo Oncology Centre) fejn hemm il-pazjenti u għad m’hemmx Wi-Fi b’xejn? Jista’ jgħid jekk hemmx servizz ta’ Wi-Fi b’xejn fl-Admission Ward tal-Isptar Monte Carmeli? Jista’ jgħid jekk hemmx servizz simili fil-waiting rooms taċ-ċentri tas-saħħa kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-wi-fi gewwa r-Renal Unit go l-isptar Mater Dei mistenni jkun installat aktar tard din is-sena. Hemm installat ukoll wi-fi gewwa s-swali kollha tas-SAMOC, filwaqt li f’Mater Dei hemm wi-fi gewwa s-swali MAU1 u MAU2, swali tat-tfal, A&E reception, main reception, zewg out-patient receptions u l-istaff canteen. Is-swali l-ohrajn f’Mater Dei mistennija jkollhom wi-fi installat aktar tard din is-sena.
Tajjeb li nghidu illi anki fil-
waiting rooms
tac-centri tas-sahha kollha hemm l-
wi-fi
installat ghad-despozizzjoni tal-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi saru sabiex ir-reġjuni jkunu involuti aktar mill-qrib mal-kunsilli lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Għaddejjin diskussjonijiet mal-Assocjazzjoni u mal-presidenti Reġjonali sabiex ikun hemm koordinament aħjar bejn il-ħidma regjonali u dik lokali.
Waħda mill-inizjattivi li ittieħdet hija dik li l-4 Reġjuni f’Malta ngħataw Supervisor u żewġ ħaddiema tal-IPSL sabiex ikunu jistgħu iwettqu xoghol fil-Kunsilli Lokali wara li r-Reġjun ikun ħareġ sejħa fost il-Kunsilli Lokali fir-Reġjuni rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-proġetti li saru mir-Reġjun t’Għawdex u li ħadu fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti tlestewx fil-ħin u jekk intilfux xi flus? Jekk intilfu, għal liema raġuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kunsilli lokali li mhumiex jittrasmettu l-laqgħat tagħhom live u jekk iva għal liema raġuni u jekk humiex se jittieħdu passi kontra dawk li jonqsu milli jimxu mal-liġi? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li anke r-reġjuni jibdew jittrasmettu l-laqgħat tagħhom live?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali kollha qed jitrasmettu live. Hemm il-ħsieb ukoll li anke l-Kumitati Regjonali jibdew jitrasmettu l-laqgħat tagħhom live aktar ‘il quddiem.
Kunsilli Lokali — Skema tal-Impjieg ta’ Persuni b’Diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li applikaw għall-Iskema ta’ Impjieg għall-Persuni b’Diżabilità? Jista’ jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li diġà bbenefikaw minn skemi simili? Liema huma dawn il-kunsilli lokali u jekk għadhomx iħaddmu lil dawn il-persuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli. Waħda li telenka l-applikazzjonijiet ġodda li ssottomettew il-Kunsilli Lokali u oħra li turi il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw sa issa u l-istat ta’ kull impjegat tagħhom fl-iskema.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Monte Carmeli u reġgħu ġew ammessi wara anqas minn xahar f’dawn l-aħħar sentejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kemm fis-sena 2014 u 2015 kien hemm inqas minn 7% mit-total ta’ pazjenti li gew discharged mill-Isptar Monte Carmeli u reġgħu ġew admitted wara anqas minn xahar.
Residenza San Vinċenz de Paul – persuni li jgħixu Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid skont l-aħħar records kemm hemm residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul u li qabel kienu jgħixu f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun jew il-Fgura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, in-numru ta’ residenti li qabel kienu jgħixu f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun jew il-Fgura u li bħalissa huma residenti ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul , jammontaw għal:
21 resident mill-Fgura
20 resident minn Wied il-Għajn
50 resident miż-Żejtun
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – ftehim fuq tliet latrini pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew se jieħu dwar il-ftehim tal-PPP li għamel il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fuq tliet latrini pubbliċi? Jista’ jgħid il-kuntratt huwiex wieħed legalment validu u jekk mhuwiex validu, huwiex jikkonsidra li dan jiġi annullat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21909, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders fis-snin 2010 u 2011 mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-valur totali tagħhom? Jista’ jagħti d-dettalji tal-ammont ta’ direct orders li ngħataw mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-outdoor gym li sar mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi? Jista’ jgħid jekk fil-proċess tax-xogħol inkisrux il-proċeduri tat-tendering u jekk iva x’passi ttieħdu jew se jittieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif jaf l-Onor Interpellant il-Kunsilli Lokali huma entitajiet awtonomi mill-Gvern u ghandhom personalita' ġuridika distinta. Biss ninsab infumat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li l-ispiża tal-proġett tal-Outdoor Gym li twettaq mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi fis-sena 2013 ammontat għal €99,482.56 u parti sostanzjali minn din l-ispiża, u ċjoè €70,000.00, ġew rifużi mill-Kunsill Malti għall-Isport lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi skont dak li kien ġie miftiehem fit-tfassil tal-proġett. Fl-ebda stadju ma nkisru xi proċeduri tat-tendering u x-xogħlijiet u l-ħlasijiet kollha ġew approvati u saru mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali/reġjuni li ma ppreżentawx il-financial statements tal-2015 fil-ħin stipulat? Jista’ jgħid min kienu u jekk kienx hemm xi drabi oħra li dawn ma ssottomettewx il-financial statements tagħhom fil-ħin ? Jista’ jgħid x’azzjoni ttieħdet jew se tittieħed sabiex dawn in-nuqqasijiet ma jkunux ripetuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba skont kif provduta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur, l-NAO. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li twaqqfu żewġ working groups dwar dan: wieħed imwaqqaf mill-Ministeru tal-Ġustizzja u jinkludi fih uffiċċjal mill-Ministeru, mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u mill-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi (ANSEK); u l-ieħor imwaqqaf mill-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali (AKL) u jinkludi fih l-Awditur Ġenerali, il- Presidenti tal-AKL u tal-ANSEK, id-Direttur tal-Gvern Lokali, rappreżentant mill-Ministeru tal-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali u rappre¿entant mill-Oppożizzjoni.