Każijiet rrappurtati relatati ma’ pornografija tat-tfal jew abbuż
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrappurtati każijiet relatati ma’ pornografija jew abbuż tat-tfal permezz taċ-Childweb Alert fi ħdan l-FSWS minn meta dan il-proġett twaqqaf, sena b’sena? Kemm minn dawn il-każijiet ittieħdet azzjoni fuqhom? Kemm minnhom kienu seħħew f’Malta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta nbeda s-servizz Childweb Alert kienu rrapurtati numru ta’ każijiet relatati ma’ pornografija u abbuż ta’ tfal, kif muri fl-informazzjoni mogħtija hawn isfel:
· Fl-2011 – daħlu b’total ta’ 145 rapport.
Ittieħdet azzjoni fuq 69 ir-rapport, mill-liema każijiet – 5 kienu dawk il-każijiet fejn kienu involuti tfal Maltin.
· Fl-2012 – daħlu b’total ta’ 58 rapport.
Ittieħdet azzjoni fuq 27 ir-rapport, mill-liema każijiet – 13 kienu dawk il-każijiet fejn kienu involuti tfal Maltin.
· Fl-2013 – daħlu b’total ta’ 160 rapport.
Ittieħdet azzjoni fuq 147 ir-rapport, mill-liema każijiet – 15 kienu dawk il-każijiet fejn kienu involuti tfal Maltin.
· Fl-2014 – daħlu b’total ta’ 168 rapport.
Ittieħdet azzjoni fuq 115 ir-rapport, mill-liema każijiet – 46 kienu dawk il-każijiet fejn kienu involuti tfal Maltin.
· Fl-2015 – daħlu b’total ta’ 204 rapport.
Ittieħdet azzjoni fuq 117 ir-rapport, mill-liema każijiet – 41 kienu dawk il-każijiet fejn kienu involuti tfal Maltin.
· Fl-2016 – daħlu b’total ta’ 207 rapport.
Ittieħdet azzjoni fuq 74 ir-rapport, mill-liema każijiet – 40 kienu dawk il-każijiet fejn kienu involuti tfal Maltin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi mill-Qorti ta’ Malta u Għawdex, sena b’sena, bejn l-2010 u l-2015? Kemm mis-sentenzi mogħtija kienu mill-Qorti Ċivili (eskluż is-sezzjoni tal-familja), mis-Sezzjoni tal-Familja, mill-Qorti Kriminali kif ukoll mill-Qorti tal-Appell?
Response (BONNICI, OWEN)
Kawzi terminati mil- Qorti Civili Malta bejn 2010 u 2015 huwa kif muri fit- Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kawzi terminati mil- Qorti Civili ta’ Ghawdex bejn 2010 u 2015 huwa kif muri fit- Tabella B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kawzi terminati mil- Qorti Kriminali ta’ Malta u Ghawdex bejn 2010 u 2015 huwa kif muri fit- Tabella C li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
OHSA – rapporti ta’ ħaddiema li qed jaħdmu b’mod perikoluż
Question
Tista' l-Ministru tgħid, mill-bidu tas-sena, kemm waslu rapporti ta’ ħaddiema li jkunu qed jaħdmu b’mod perikoluż għand l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? X’azzjoni tieħu l-OHSA meta jsiru dawn ir-rapporti? Fl-istess żmien kemm kien hemm rapporti ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, u kemm minnhom kienu fatali?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mill-bidu ta-sena, l-OHSA rċeviet 301 rapport ta’ ħaddiema li allegatament ikunu qed jaħdmu b’mod perikoluż. Barra minn hekk, l-OHSA rċeviet 653 notifika ta’ korrimenti. Irid jingħad li skont il-liġi, mhux kull korriment hu notifikabbli lill-OHSA. Statistika dwar il-korrimenti kollha tinħareġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika skont informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – skont l-aħħar statistika ippubblikata mill-NSO, fl-ewwel sitt xhur tas-sena ġew irrappurtati 1420 korriment.
Fl-2016, sal-lum seħħew 7 inċidenti fatali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinfetaħ il-Family Resource Centre f’Wied il-Għajn? Min se tkun il-persuna responsabbli ta’ dan iċ-Ċentru u x’ħinijiet se jkun miftuħ dan il-post? X’se jkun jikkonsisti x-xogħol mogħti mill-impjegati tal-LEAP li jkunu hemm kuljum matul il-ġimgħa? X’tip ta’ servizzi oħra qed jiġu organizzati f’dan iċ-Ċentru matul is-sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, iċ-Ċentru LEAP ta’ Wied il-Għajn huwa ppjanat li jinfetaħ għal ħabta ta’ nofs Diċembru. Responsabbli mit-tmexxija ta’ dan iċ-ċentru se tkun ir-Region Development Agent tan-naħa tax-Xlokk ta’ Malta. Il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ dan iċ-Ċentru mhux ser ivarja minn dak ta’ Ċentri oħra tal-LEAP, jiġifieri mit-8:00am sal-4:30pm.
Is-servizzi li ser ikunu offruti minn ġewwa ċ-Ċentru LEAP ta’ Wied il-Għajn jikkonsistu f’mentoring mal-familji vulnerabbli, fejn is-social mentors jagħmlu profiling ta’ dawn il-familji biex ikun determinat x’tip ta’ għajnuna u x’servizzi għandhom b¿onn il-familji li jiffrekwentaw dawn iċ-Ċentri.
Quality Service Charters — Fondazzjoni għal Servizz ta’ Ħarsien Soċjali
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 38005 tal-11-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet u l-emails tal-professjonisti kollha li huma nkarigati mis-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni għal Servizz ta’ Ħarsien Soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferri lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 28194.
Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – Servizz ta’ Home-Start
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jingħataw is-servizz tal-Home-Start fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura speċjalment lil dawk il-ġenituri li qed irabbu tfal waħedhom? X’għandhom jagħmlu dawk il-ġenituri li jixtiequ japplikaw għal dan is-servizz tant importanti għalihom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, matul l-2016 kien hemm 3 familji mill-Fgura u familja miż-Żejtun li ngħataw l-għajnuna minn Home-Start Malta.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dawk il-ġenituri li għaddejin minn diffikultajiet fit-trobbija ta’ uliedhom, u li għandhom wild ta’ inqas minn ħames snin, jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Home-Start Malta billi jikkuntatjaw lil organizzatruri tagħna fuq 99018398 jew billi jibagħtu email fuq maltahomestart@gmail.com jew jagħmlu kuntatt mal-Aġenzija Appoġġ fuq 22959000.
Aġenziji u taqsimiet fil-qasam soċjali – lista dettaljata
Question
Jista’ l-Ministru jelenka lista dettaljata bl-indirizzi, eċċ. tal-aġenziji u t-taqsimiet kollha li hemm fil-qasam soċjali u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huwa responsabbli ta’ dawn l-aġenziji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dettaljata tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid, attwalment kemm hemm tfal li għal xi raġuni jew oħra qegħdin jgħixu fid-Djar għat-Tfal? Kemm hemm minnhom disponibbli għal fostering u kemm minnhom qegħdin jiġu fostered? Kemm hemm familji f’Malta li qegħdin jiffosterjaw tfal? X’inhi l-proċedura għall-familja li tkun tixtieq tiffosterja tifel jew tifla u kemm tieħu żmien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li jinsabu taħt ordni ta’ ħarsien? Kemm minnhom huma disponibbli għal fostering u kemm minnhom effettivament qegħdin jiġu fostered? Kemm hemm tfal li ilhom iktar minn tliet snin taħt ordni ta’ ħarsien? X’għajnuna qed jirċievu dawn it-tfal biex ma jkomplux jagħqdu fl-istess ċirku ta’ problemi soċjali meta jikbru?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilita — Standards Nazzjonali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19793, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Istandards Nazzjonali tas-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità humiex se jiġu wkoll osservati fir-Residenzi/Hostels fejn hemm jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali u l-Health Care Standards Directorat jagħmlu sorveljanza fuq il-hostels fejn jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern ta lill-Fondazzjoni Richmond biex jiġu megħjuna persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali s-sena l-oħra? Liema kienu s-servizzi li ġew mogħtija l-fondi u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja għal kull servizz mogħti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali u l-Health Care Standards Directorat jagħmlu sorveljanza fuq il-hostels fejn jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4735, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni li ġew referuti lis-Servizzi tas-Saħħa Mentali f’dawn l-aħħar ħames snin minħabba li kellhom bżonn għajnuna għax kellhom problema ta’ saħħa mentali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment Servizz għall-Istudent fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-professjonisti fi ħdanu ma jirreferux studenti lis-Servizzi tas-Saħħa Mentali direttament. Dan għaliex dawn is-servizzi ma jaċċetawx referrals jekk mhux mingħand it-tobba.
Meta l-professjonisti ta’ dan id-Dipartiment jew l-amministrazzjoni tal-iskejjel jinnutaw li xi studenti għandhom bżonn jiġu referuti lis-servizzi tas-Saħħa Mentali, dawn jikkuntattjaw lill-ġenituri tal-istudent/a kkonċernat/a u jgħidulhom biex ikellmu lit-tabib tal-familja tagħhom jew taċ-Ċentru tas-Saħħa ħalli jirreferi lit-tifel/tifla tagħhom lis-Servizzi tas-Saħħa Mentali.
Għaldaqstant, infurmat li d-Dipartiment Servizzi għall-Istudent m’għandux statistika dwar dan.
Dipartiment tal-Artijiet — Bejgħ ta’ garaxxijiet b’tender
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Artijiet għandux il-ħsieb li jerġa’ jiftaħ l-iskema ta’ bejgħ ta’ garaxxijiet b’tender? Kemm intefgħu applikazzjonijiet għall-iskema li għalqet fi Frar 2015?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Iskema ta’ Bejgħ ta’ Garaxxijiet u Siti mogħtija b’Ċens biex fuqhom jinbnew garaxxijiet u li kienu jinsabu fil-Housing Estates madwar Malta u Għawdex, għalqet fi Frar 2016. F’din l-iskema intefgħu 625 applikazzjoni u peress li qegħdin jinħadmu dawn l-applikazzjonijiet għalissa m’hemmx ħsieb li terġa tinfetaħ din l-Iskema.
Madankollu, ninforma lill-Onorevoli Membru li għalkemm din l-Iskema hija magħluqa, id-Dipartiment Propjetà tal- Gvern ikun jista’ jikkunsidra talbiet għall-bejgħ ta’ garaxxijiet permezz ta’ Sejħa għall-Offerti.
Minħabba li l-popolazzjoni tal-istudenti tal-università hija kbira daqs villaġġ tipiku Malti, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx campus health clinic jew servizz mediku bi klinika fil-kampus tal-Università biex jaqdi l-bżonnijiet mediċi tal-istudenti, inkluż dawk ta’ pariri dwar ħajja sana, dieta tajba, kontraċezzjoni u prevenzjoni ta’ tixrid ta’ mard trasmess sesswalment eċċ.?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Università għandha żewġ defibrillators fuq il-Kampus u xi erbgħin impjegat li jafu jużawhom. Qiegħda wkoll fil-proċess li jinxtraw tmien defibrillators oħra. L-Università għandha korp ta’ madwar mitejn impjegat imħarrġin fil-first aid u għandha wkoll servizz ta’ Counselling iddedikat għall-istudenti u l-istaff.
Is-servizzi mediċi tal-isptar Mater Dei jinsabu fil-viċinanzi tal-Kampus, u l-Università ma tħossx il-bżonn li titwaqqaf Health Clinic fuq il-Kampus.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – nefqa fuq bini jew tiswijiet ta’ bankini u culverts
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' April 1999 u u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex – kuntratti ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba hekk kif provduta mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Fondi allokati għall-Kunsilli Lokali għal xogħlijiet relatati ma’ road maintenance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi allokati b’mod totali għall-Kunsilli Lokali, għal xogħlijiet relatati ma’ road maintenance mis-sena 2010 ‘l hawn, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm matul l-istess perjodu, fil-fatt kienet in-nefqa b’mod totali fuq road maintenance mill-Kunsilli Lokali, sena b’sena b’mod separat?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika — rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ministeru wettaq mir-rakkomandazzjonijiet li sarulu mill-aħħar rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn naħa tal-Pulizija ir-rakkomandazzjonijiet li sarulhom mill-aħħar rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika ġew mwettaqa. Infurmat illi f’dawn l-aħħar xhur membri tal-korp mid-diversi distretti u sezzjonijiet bdew jingħataw taħriġ speċjalizzat fl-akkademja tal-pulizija bl-iskop li jtejbu id-doveri tagħhom lejn il-vittmi ta’ vjolenza domestika kif ukoll iċ-ċittadin in ġenerali. Dan it-taħriġ ser jitkompla fix-xhur li ġejjin. Barra minn dan il-pulizija tejbet il-kooperazzjoni tagħha mal-Aġenziji li xogħolhom hu li jagħtu servizz ulterjuri lil dawn il-vittmi. Saru wkoll arranġamenti ta’ skorta’ għal dawn il-vittmi, skond il-ħtieġa, b’arranġamenti mal-Aġenzija Appoġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm telefonati tal-Helpline 179 għall-għajnuna s-sena l-oħra u kemm minn dawn it-telefonati kienu dwar problemi ta’ saħħa mentali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-2015, is-servizz ta' Supportline 179 ircieva 13,541 telefonata, li minnhom kien hemm 10,262 li kienu telefonati ġenwini. Minn dawn it-telefonati ġenwini kien hemm 902-il telefonata rigward problemi ta' saħħa mentali u 193- il telefonata relatati ma persuni ili jbatu minn dipressjoni. Kien hemm ukoll 1233–il telefonata ta’ persuni li jbatu minnsolitudni, li fil-maġġoranza tagħhom huma wkoll persuni illi jbatu minn problemi ta' saħħa mentali, li jċemplu fuq Supportline 179 sabiex isibu wens matul l-ġurnata tagħhom.