Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu s’issa esproprji bl-inizjattiva tal- Budget 2015, li jitħallsu dawk l-esproprji li għandhom jieħdu sa €50,000?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-ħlasijiet tal-esproprji li huma ‘l fuq minn €50,000 u li ma jaqgħux taħt l-inizjattiva tal-Budget 2015?
Peress li hawn djar li ngħataw bħala plots taħt l-iskema tal-Home Ownership Scheme (HOS) u li għad ma għandhomx titolu, x’għamel sa issa l-gvern u x’beħsiebu jagħmel fis-snin li ġejjin f’dan ir-rigward?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid l-inizjattiva li ssemmiet fil-
Budget 2016
, rigward it-talbiet għat-trasferiment ta’ raba’ li baqgħu pendenti, meta u kif se tiġi proposta emenda fil-liġi, biex tiġi ffaċilitata t-trasferiment tal-art agrikola tal-gvern, bejn bdiewa, speċjalment bejn membri tal-istess familja?
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fl-istipendji bejn l-2010 u l-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali f’għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti fis-snin 2010 sal-2016 kienet kif gej:
Sena
Nefqa Totali
2010
€ 21, 507,912.53
2011
€ 21, 933,162.19
2012
€ 22, 496,649.60
2013
€ 22, 863,084.26
2014
€ 24, 612,209.61*
2015
€ 24, 744,626.94
2016
€ 25, 815,788.00
*Fis-sena kalendarja 2014 kien hemm ukoll ammont ieħor ta’ flus li għadda għand l-istudenti bħala rimbors tal-bilanċ li kellhom fl-ismart card peress li din is-sistema kienet ingħalqet u l-bilanċi għaddew għand l-istudenti direttament fil-kontijiet bankarji tagħhom. Dan l-ammont flimkien ma’ ħlasijiet ta’ spejjeż lil Kumpanija Apco kien ta’ €2,559,175.80.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u għal-libreriji mill-2012 'l hawn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numri ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel mill-2012 'l hawn, skont is-sena skolastika, huma kif se nsemmi:
Sena Skolastika Primarja Sekondarja
2011/12 78,070 36,082
2012/13 52,890 19,504
2013/14 79,213 15,266
2014/15 73,695 19,479
2015/16 67,888 9,028
2016/17 75,049 1,433
TOTAL 426,805 100,792
Infurmat ukoll li mill-2014 sal-lum l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu xtrat 59,747 ktieb għall-iskejjel u l-libreriji tagħhom.
Childcare Centres – benefiċċju minn tnaqqis ta’ taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lil uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li matul l-2015 ibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa? Kemm huwa maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi t-taxpayers li bagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li matul l-2015 ibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa kienu 3,372 li b’kollox iffrankaw €343,222 f’taxxa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw individwi mit-tnaqqis tat-taxxa tad-dħul fl-2015, wara li din ġiet imniżżla minn 35% għal 25%? Kemm hu l-ammont li ffrankaw il-ħaddiema b’din il-miżura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li taxpayers li matul l-2013 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 35% għal 32% kienu 45,233 li b’kollox iffrankaw €15,497,846 f’taxxa.
Taxpayers
li matul l-2014 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 32% għal 29% kienu 50,156 li b’kollox iffrankaw €19,493,001 f’taxxa.
Taxpayers li matul l-2015 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 29% għal 25% kienu 54,591 li b’kollox iffrankaw €27,077,769.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra, fl-aħħar 10 snin, sena b’sena? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u d-dazju mitluf sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se tkun varata l-iskema tal-ħwienet imsemmija fil-budget li se tiġi estiża għall-ħwienet oħra li ma humiex fil-Belt Valletta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estenzjoni ta’ l-iskema tal-ħwienet imsemmija fil-budget se tigi introdotta mill-Awtorita ta’ l-Artijiet aktar tard din is-sena.
Sistema ta’ distribuzzjoni ta’ mediċini lill-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa kkalkulat li tibda l-firxa (mill-pilot areas) tas-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ mediċini lill-anzjani ta’ iktar minn 70 sena? Din l-iskema se tgħodd ukoll għall-persuni b’diżabilità li joqogħdu waħedhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema tat-tqassim tal-mediċini fid-djar domiċiljari tal-pazjenti ta’ ‘l fuq minn 70 sena bdiet tiġi estiża f’lokalitajiet oħra barra dawk tal-proġett pilota f’Ottubru 2016. Barra l-lokalitajiet tar-Rabat u r-Raħal Ġdid, hemm 6 lokalitajiet oħra li minnhom qed jiġi offrut dan is-servizz. Dawn il-lokalitajiet huma l-Fgura, Santa Lucija, Ħal Tarxien, l-Imdina, Ħad Dingli u l-Imġarr (Malta).Minn din l-iskema ser ikunu qed jibbenefikaw ukoll persuni b’nuqqas ta’ mobilita’.
Wied il-Għajn u Paola – Ċentru LEAP – profiling ta’ individwi u familji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u/jew individwi f’Wied il-Għajn u Paola, li għandhom xi forma ta’ diżabilità, li sarilhom il-profiling mill-impjegati taċ-Ċentru LEAP?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-profiling li sar sa issa mill-impjegati taċ-Ċentru LEAP jiriżulta li:
· F’Wied il-Għajn saru 268
profile
(individwi) li minnhom 10 għandhom xi forma ta’ diżabilità;
· F’Paola saru 164
profile
(individwi) li minnhom 7 għandhom xi forma ta’ diżabilità.
Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b'Nuqqas ta' Saħħa Mentali — ftuħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jinfetaħ Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b'Nuqqas ta' Saħħa Mentali matul din is-sena? Jekk iva, fejn se jinfetaħ dan iċ-Ċentru?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ ġenituri li tressqu l-qorti għaliex naqsu li jibagħtu t-tfal tagħhom l-iskola mill-2004 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Minn liema lokalità kienu? X’servizzi hemm sabiex jitnaqqas l-assenteiżmu fl-iskejjel tagħna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għas-Servizzi għall-Istudent ma jistax jipprovdi l-informazzjoni mitluba mis-sena 2004 minħabba li l-informazzjoni li ntalbet bdiet tinġabar minn dan id-Dipartiment mis-sena skolastika 2009-2010.
In-numru ta’ ġenituri li tressqu l-Qorti għaliex naqsu li jibgħatu lit-tfal tagħhom l-iskola mis-sena skolastika 2009-2010 sas-sena skolastika 2015-2016 huma kif ġej:
Totali
Totali
Sena Skolastika
2009-10
Skejjel tal-Gvern
1,145
Primarji
272
Sekondarji
873
Skejjel tal-Knisja
7
Primarji
5
Sekondarji
2
Skejjel Indipendenti
Xejn
Primarji
0
Sekondarji
0
Sena Skolastika
2010-11
Skejjel tal-Gvern
1,760
Primarji
378
Sekondarji
1382
Skejjel tal-Knisja
8
Primarji
4
Sekondarji
4
Skejjel Indipendenti
2
Primarji
0
Sekondarji
2
Sena Skolastika
2011-12
Skejjel tal-Gvern
1,609
Primarji
407
Sekondarji
1202
Skejjel tal-Knisja
10
Primarji
1
Sekondarji
9
Skejjel Indipendenti
3
Primarji
1
Sekondarji
2
Sena Skolastika
2012-13
Skejjel tal-Gvern
1,398
Primarji
369
Sekondarji
1029
Skejjel tal-Knisja
10
Primarji
4
Sekondarji
6
Skejjel Indipendenti
Xejn
Primarji
0
Sekondarji
0
Sena Skolastika
2013-14
Skejjel tal-Gvern
1,595
Primarji
405
Sekondarji
1190
Skejjel tal-Knisja
13
Primarji
6
Sekondarji
7
Skejjel Indipendenti
1
Primarji
0
Sekondarji
1
Totali
Totali
Sena Skolastika
2014-15
Skejjel tal-Gvern
1,294
Primarji
475
Sekondarji
819
Skejjel tal-Knisja
27
Primarji
3
Sekondarji
24
Skejjel Indipendenti
2
Primarji
2
Sekondarji
0
Sena Skolastika
2015-16
Skejjel tal-Gvern
1147
Primarji
379
Sekondarji
768
Skejjel tal-Knisja
31
Primarji
12
Sekondarji
19
Skejjel Indipendenti
10
Primarji
5
Sekondarji
5
Servizzi Provduti fl-Iskejjel tal-Istat
Is-Servizz ta’ Ħidma Soċjali huwa pprovdut fil-Kulleġġi kollha sabiex jitnaqqas l-assenteiżmu fl-iskejjel tal-Istat. Il-ħaddiema soċjali joffru servizz effettiv ta’ ħidma soċjali lill-istudenti kollha ta’ età obbligatorja b’sapport għall-edukazzjoni u l-iżvilupp personali tagħhom. Il-ħaddiema soċjali flimkien mas-social support workers jintervjenu fl-ambjent edukattiv, familjari u soċjali tal-istudent. Prijorità tingħata lill-interventi bikrin ma’ studenti li jfallu l-iskola abitwalment u ma’ oħrajn li jinsabu f’riskju li jfallu l-iskola kmieni. Qed isiru wkoll interventi ma’ studenti li minħabba s-sitwazzjoni personali, familjari jew soċjali tagħhom ma jistgħux jiżviluppaw il-potenzjal edukattiv tagħhom.
Dan is-servizz jingħata b’kollaborazzjoni mal-iskejjel kif ukoll mal-professjonisti u servizzi fid-Direttorati tal-Edukazzjoni b’mod speċjali mas-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali fi ħdan il-Kulleġġi rispettivi li jinkludu:
· Servizz Psikoloġiku fl-Iskejjel
· Servizz ta’
Counselling
· Servizz ta’ Gwida għal Karrieri
· Servizz ta’ Psikoterapija
· Servizz ta’ Ħidma Soċjali fl-Iskejjel
· Safe School Programme li jinkorpora s-Servizz għall-Protezzjoni tat-Tfal, is-Servizz kontra l-Ibbuljar u s-Servizz kontra l-użu ta’ Sustanzi Abbużivi (dawn is-Servizzi huma provduti wkoll lill-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti)
· Il-Prefetti ta’ Dixxiplina fil-Kulleġġi
·
Youth Workers
· Servizz Għożża
Din il-kollaborazzjoni hija essenzjali minħabba d-diversi raġunijiet li jwasslu għal assenteiżmu tal-istudenti fosthom problemi familjari, problemi ta’saħħa fiżika jew/u mentali, l-ibbuljar, abbuż ta’ sustanzi abbużivi kif ukoll abbuż fiżiku, emozzjonali jew traskuraġni fost oħrajn. Minħabba dawn ir-raġunijiet biex jingħata sapport ħolistiku lill-istudent u l-familja tiegħu issir ukoll ħidma kollaborattiva ma’ servizzi u professjonisti barra d-Direttorati tal-Edukazzjoni fosthom mal-Foundation for Social Welfare Services u s-Servizzi tas-Saħħa Mentali fil-Komunità.
Persuni b’diżabilità fuq bażi full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li jaħdmu fuq bażi full-time u fuq bażi part-time? Kemm hemm persuni b’diżabilità li għandhom impjieg mal-Gvern?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta’ Ottubru 2016, in-numru ta` persuni b`diżabilità li kienu jaħdmu fuq bażi full-time kien ta` 2,151, filwaqt li dawk li kienu jaħdmu fuq bażi part-time kien ta` 613. Minn dawn 1,047 persuna kellhom impjieg mal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jispjega kemm hemm tipi ta’ benefiċċji tal-pensjoni tad-diżabilità u liema kundizzjonijiet huma intitolati għal xi tip ta’ pensjoni tad-diżabilità? Il-fibromyalgia hija meqjusa bħala raġuni li persuna tkun intitolata għall-pensjoni tad-diżabilità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm liftijiet fl-Iskola Sekondarja St. Thomas More taż-Żejtun għal dawk il-klassijiet li jinsabu mhux fuq l-ewwel (jew iktar) sular għall-aċċessibilità għall-istudenti jew staff b’diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-Iskola Sekondarja San Tumas More taż-Żejtun bħalissa ma hemmx liftijiet. Hemm pjanijiet li jiġi installat lift f’kull blokk. L-ewwel lift li se jiġi installat se jkun dak ta' Blokk 4 peress li l-iktar li għandu sulari fih.