Legislature:
Category:
Reset
Active:

Chadwick Lakes — xogħol ta' manutenzjoni fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex f'Chadwick Lakes isir ix-xogħol ta': a) żbir ta' siġar li jinsabu jostakulaw it-triq u jnaqqsu mill-ispazju tal-karozzi, b) jinżabru s-siġar li jinsabu taħt id-diversi pontijiet u li qed joħolqu periklu lil min ikun għaddej mill-pontijiet, c) jerġgħu jinbnew il-ħitan u l-ġebel li kien jintuża tal-ilqugħ għall-karozzi li jkunu qed isuqu f'toroq ta' biswit il-kanali tal-ilma, u d) isir il-patching fejn meħtieġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li fil-jiem li ġejjin il-Valley Management Section se tagħmel spezzjoni biex jiġu identifikati s-siġar li huma ta’ ostakolu jew ta’ periklu. Jekk is-siġar huma protetti taħt Schedule I jew Schedule II ta’ L.N. 200 ta 2011, iridu jiġu sottomessi l-permessi ambjentali neċessarji għaż-żabra ta’ dawn is-siġar protetti. Jekk is-siġar ma jaqgħux taħt din il-liġi, dawn jinżabru immedjatament. Parti minn Wied il-Qlejgħa se jiġi riabilitat minn proġett bil-fondi ewropej, immexxi mill-Aġenzija għall-Ilma u l-Enerġija bil-kollaborazzjoni tal-Valley Management Section. Ir-rijabilitazzjoni tal-wied, tinkludi wkoll restawr ta’ ħitan tas-sejjiegħ. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija , nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.

Ċittadinanza Maltija — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tingħata t-tweġiba għat-talba li qed tagħmel sabiex hi jkollha ċ-ċittadinanza Maltija li ilha tapplika għaliha snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq il-Kbira salib it-toroq ma Triq il-Kostituzzjoni - pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex jara li jsiru pelican lights f'tarf ta' Triq il-Kbira salib it-toroq ma' Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta, peress li din it-talba qed issir sabiex ladarba diġà hemm zebra crossing it-traffiku ma jkunx imwaqqaf kontinwament hekk kif ikun hemm kultant persuni li jkunu qed jaqsmu it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta talbet lill-Kunsill Lokali iżjed kjarifiki rigward din it-talba f’Novembru li għadda. L-Awtorita’ qed tistenna risposta mingħand l-istess Kunsill.

Mosta — Triq Valletta - xogħol ta' twessigħ tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jsir ix-xogħol li permezz tiegħu titwessa' t-triq ta' madwar ir-roundabout li hemm f'tarf Triq Valletta Mosta hekk magħrufa bħala r-roundaboutta' Kinds peress li din it-talba qed issir sabiex ir-roundabout tiċkien u tkun tista' tippermetti li madwarha jkun hemm two lane għal vetturi li jkunu jistgħu jgħaddu u jsuqu bil-mod u ferm aħjar milli qed isir fil-preżent?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-suġġeriment se jiġi kkunsidrat mal-pjanijiet għal introduzzjoni ta’ roundabout ġdida fil-viċinanzi, liema xogħlijiet huma mistennija jibdew wara li jitlestew x-xogħlijiet tal-Proġett tal-Kappara.

Mosta — Vjal Indipendenza salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna - traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Vjal Indipendenza fil-Mosta salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna jsiru traffic lights u sakemm isiru dawn it-traffic lights isiru rubber bollards fl-istess Vjal Indipendenza f'salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna peress li din it-talba qed issir sabiex jitnaqqas in-numru ta' inċidenti ta' traffiku li qed iseħħu minħabba li jkun hemm karozzi li jaqsmu mit-Triq il-Mitħna għan-naħa l-oħra opposta fl-istess triq fi Vjal Indipendenza?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din it-talba ser tigi investigata minn Transport Malta minħabba li Triq Pantar ġiet miftuħa għat-traffiku u għalhekk l-ammont ta’ vetturi li joħorġu minn Triq il-Mitħna għal Vjal l-Indipendenza, naqas konsiderevolment.

Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku salib it-toroq ma' Vjal Indipendenza - twessigħ fil-wesa' tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex jara li jsir xogħol li permezz tiegħu jkun hemm twessigħ fil-wesa' tat-triq li hemm madwar ir-roundabout li hemm f'tarf ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta, salib it-toroq ma' Vjal Indipendenza peress li din it-talba qed issir sabiex ikun hemm twessiegħ fit-triq ħalli mar-roundabout ikunu jistgħu jgħaddu żewġ karozzi u hekk it-triq madwar ir-roundabout tiġi two-lane?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet nota ta’ dan is-suġġeriment.

Mosta — pont ta' Triq il-Kostituzzjoni - siġra

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex jara li titneħħa siġra li hemm fuq il-pont ta' Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta, tali siġra qed tagħmel il-ħsara fil-binja tal-istess pont?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #38519 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni fuq ittra

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga u jgħid x'inhi s-sitwazzjoni propju skont dak li qed jintqal fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Wied il-Għasel - żieda maċ-ċnut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37909 u 36321 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu d-deċiżjoni sabiex isir ix-xogħol li jwassal sabiex ċnut fuq il-postijiet li jaqsmu Wied il-Għasel tiżdidilhom filata ma' dak li hemm fil-preżent, peress li l-punt li jaqsam Wied il-Għażel f'Triq il-Kostituzzjoni illum jitqies periklu u huwa baxx ħafna, filwaqt li l-pont il-Kbir li jaqsam Wied il-Għasel li hemm f'tarf Triq il-Fortizza jkun utli li dan tiżdidlu filata ma dak li hemm fil-preżent?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MRA — rebate fuq solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar ir-rebate li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta kienet obbligata li tħallas lil min kellu l-permess biex jistalla solar water heater li s'issa jidher li l-awtorità għad ma għandhiex risposta u approvazzjoni mill-ministeru biex tkun tista' tagħmel dan il-ħlas dovut?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Mosta — proċess għall-ftuħ ta' triq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38049, jista' l-Ministru jgħid jekk: a) sid il-proprjetà li hija biċċa art fejn trid tiġi triq (li ritratt dwarha qed jingħata separatament) jistax jitlob lill-gvern biex jesproprja din l-art; b) x'inhi l-proċedura li għandha tkun segwita mill-gvern biex jara li din l-art tkun imħallsa mill-gvern sabiex tkun tista' tinfetaħ it-triq; u ċ) liema regolament jew liġi jistipula li hemm l-obbligu li ssir it-triq rispettiva hija tal-privat?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-mistoqsijiet huma ta’ natura teknika dwar esproprjazzjoni, liema materja taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-Kummissarju tal-Artijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Rigwad il-mistoqsija (ċ) nirreferi lill-Onor. Interpellant għall S.L.499.57 Reg 12,2 u 9(1).

Talba għall-ħlas fuq ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36095 u jgħid x'inhu l-proċess għat-talba tal-ħlas, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li saret lid-dipartiment ikkonċernat li jaqa' taħt il-Ministeru rispettiv? Jista' jgħid jekk il-ħlas mitlub hemmx xi possibiltà li jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li f’każijiet simili għal inċidenzi sporadiċi ma jkunx hemm allokazzjoni definita fejn jintrabtu fondi għal okkorenza indefinita u għalhekk jkunu iridu jinstabu fondi skond il-każ. Dan li mhuwiex dejjem faċli u jkun iridu jinkisbu l-approvazzjonijiet meħtieġa.

Mosta — Triq ix-Xitwa - xogħlijiet fi Triq Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Ġdida fi triq ix-Xitwa fil-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u ukoll hemm aktar minn 80 fil-mija minnha mibni, tingħata wiċċ xieraq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — Rotta 401

Question

Jista' l-Ministru jara jekk ir-rotta 401 tista' tkun mibdula biex tibda tkopri dawn il-lokalitajiet b'din l-ordni: Rabat, Ta' Salib, Għammieri, Żebbieħ, Wardinja u Buġibba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r- Rotta 401, mill-11 ta’ Novembru 2012, ġiet estiża sabiex tkopri fiha l-lokalitajiet taż- Żebbiegħ u Għemmieri. Dan sabiex ir-residenti tal-Għemmieri jingħataw servizz ta’ trasport pubbliku li ma’ kellhomx qabel. Infurmat ukoll illi Transport Malta sejra tkun qegħdha tevalwa r-rakkommandazzjoni illi testendi din ir-rotta għall-inħawi tas-Salib u r-Rabat fil-futur.

Mosta — proċess għall-ftuħ ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37613 u 36904 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36319, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment li ta r-risposta jivverifika l-informazzjoni li ngħatat f'dik ir-risposta la darba fir-realtà ta' ċirkostanzi li dwarhom saret il-mistoqsija, wieħed jista' jara li fit-triq imsemmija ma baqa' l-ebda biċċa art li għad trid tiġi żviluppata? Jista' jara li r-risposta tal-mistoqsija tiġi aġġornata? Fil-każ attwali fejn l-art fit-triq imsemmija hija kollha żviluppata, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li ssir sabiex t-triq imsemmija tinfetaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta marret fuq il-post u vverifikat li fit-triq in kwistjoni vera hemm biċċa art fejn trid tiġi triq (ritratti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra), li hija proprjeta' ta' terzi u għalhekk l-obbligu li ssir it-triq hija tal-privat.

Sussidju tal-enerġija — one time payment - talbiet pendenti

Question

Jista' l-Minista jgħid x'se jiġri minn talbiet li saru lid-dipartiment konċernat dwar ħlasijiet li kienu imwegħda mill-gvern bħala sussidju għall-enerġija li tali sussidju kien mgħarruf bħala one time payment? Jista' jgħid kemm hemm talbiet pendenti għand id-dipartiment konċernat għal dan is-sussidju?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li numru ta’ talbiet għas-sussudju għall-enerġija li kien magħruf bħala one time payment li għad fadal pendenti hu ta’ disgħa (9). Inżid ukoll li d-Dipartiment għaddej bil-proċess neċessarju sabiex jistabbilixxi kemm mit-talbiet li fadal pendenti hemmx dritt għal dan il-pagament u hekk kif jiġi stabbilit jekk kienx hemm dritt, il-persuni kkonċernati jiġu nfurmati minnufih bid-data ta’ meta ser jirċievu l-pagament dovut.

Mosta — Triq id-Difisa Ċivili - zebra crossing u pelican lights ħdejn l-Mcast

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-probabilità li f'Triq Difisa Ċivili il-Mosta, quddiem it-triq li hija aċċess għal MCAST, isir pelican lights sabiex f'din it-triq ikun hawn il-possibilità li jkun hemm ż-zebra crossing?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu għall-kunsiderazzjoni ta' Transport Malta.

Mosta — Wied il-Għasel - żieda maċ-ċnut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36321 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu d-deċiżjoni sabiex isir ix-xogħol li jwassal sabiex ċnut fuq il-postijiet li jaqsmu Wied il-Għasel tiżdidilhom filata ma' dak li hemm fil-preżent, peress li l-punt li jaqsam Wied il-Għażel f'Triq il-Kostituzzjoni illum jitqies periklu u huwa baxx ħafna, filwaqt li l-pont il-Kbir li jaqsam Wied il-Għasel li hemm f'tarf Triq il-Fortizza jkun utli li dan tiżdidlu filata ma dak li hemm fil-preżent?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — proċess għall-ftuħ ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36904 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36319, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment li ta r-risposta jivverifika l-informazzjoni li ngħatat f'dik ir-risposta la darba fir-realtà ta' ċirkostanzi li dwarhom saret il-mistoqsija, wieħed jista' jara li fit-triq imsemmija ma baqa' l-ebda biċċa art li għad trid tiġi żviluppata? Jista' jara li r-risposta tal-mistoqsija tiġi aġġornata? Fil-każ attwali fejn l-art fit-triq imsemmija hija kollha żviluppata, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li ssir sabiex t-triq imsemmija tinfetaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

tibdil fir-rotta 31

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36919 u cioè:Ġaladarba l-klinka tal-gvern tal-Mosta ġiet magħluqa sabiex ikun mibnija mill-ġdid u issa dawk li kienu jinqdew minn din il-klinika sar ikun meħtieġ li jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li r-rotta 31 temenda r-rotta tagħha sabiex ikun jista' jsir dak li kien isir b'rotta preċedneti 58 li kienet iddur mar-roundabout ta' fejn hemm it-triq biex tieħu għall-klinika ta' Birkirkara? Jaf il-Ministru li biex persuni jkunu jridu jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, ikollhom jaqsmu triq li hija arterja prinċipali li tista' tkun ta' periklu għal dawk li jkunu jridu jaqmsu din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament, dawk il-passiġġieri li jagħmlu użu mir-rotta 31 jistgħu jieqfu l-Isptar Mater Dei u minn hemm jirkbu mar-rotta 106 li għandha frekwenza ta’ kull 30 minuta u li twaqqaf lill-passiġġieri eżatt ħdejn il-klinika ta’ Birkirkara. Infurmat ukoll li r-Rotta 106 tgħaddi wkoll minn Triq in-Naxxar ġewwa Birkirkara u għaldaqstant persuna li trid tattendi l-klinika ta’ Birkirkara u tkun gejja ma’ xi rotta oħra li tgħaddi minn din it-triq, tista tieqaf fi Triq in-Naxxar u tirkeb ir-Rotta 106.