Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarjiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – safar — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (Travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016 ?X’safar għamlet il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kienet akkumpanjata? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dawn is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt iż-żjajjar f’dawn il-pajjiżi?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingabar.
Leg 12 PQ #29601 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — vjaġġi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-vjaġġi li għamel bħala Prim Ministru? Min kienu l-persuni li akkumpanjawh fil-vjaġġi? X’kienet l-ispiża ta’ kull vjaġġ? Mingħand min inxtraw il-biljetti tal-ivvjaġġar? X’kienu l-ispejjeż li tħallsu f’kull vjaġġ f’dak li huwa: a) ikel, b) xorb u ċ) vjaġġar b’vetturi waqt iż-żjarat li saru? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għal informazzjoni li qed tidher fl-Estimi Supplimentari Vot 5 tal-istess Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12115,17753,26715 u 26833.
Leg 12 PQ #29602 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 29 Information Services

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif ser tkun qed titħallas u lil min ser ikun qed jitħallas il-finanzjament taħt Vot 29 Information Services għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm-il direct order sar u lil min saru, taħt dan il-vot u jekk kienx hemm pagament li sar b’proċess ta’ tender? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għall-informazzjoni li qed tidher taħt Vot 5 fl-Estimi Supplimentari.

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29603 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 — pagamenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar fiex kienu jikkonsistu l-pagamenti, lil minn saru u għal liema raġuni saru dawn il-pagamenti relatati mal-Vot 31 Professional Services għas-sena 2016 taħt Vot 5 kif jidher fl-Estimi Supplimentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29604 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 5365 CHOGM 2015

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid: a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba; b) lil min ser ikunu qed isiru; c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’direct order; u d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’ tendering għall-attività ta’ CHOGM 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29605 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 5808 EU-Africa Summit

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ żieda ta’ €2,400,000 għal Vot 5808 EU-Africa Summit u jgħid: a) x’pagamenti ser ikun qed isiru b’dawn l-€2,400,000; b) lil min ser ikunu qed isiru jew saru b’ direct orders ; u c) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru bil-proċess ta’ tendering għall-attività tal- EU-Africa Summit ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #29606 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot 9 6161 Running Expenses of the Electoral Commission — nefqiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’pagamenti ser ikunu qed jitħallsu b’€3000 li qed ikunu mitluba taħt Vot 9 6161 Running Expenses of the Electoral Commission, lil min ser ikunu qed jitħallsu u għal liema raġuni saru dawn in-nefqiet li għamlet il-Kummissjoni Elettorali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Kummissjoni Elettorali mhix awtoritá jew entitá li taqa’ taħt xi Ministeru għaldaqstant tweġiba f’isem il-Kummissjoni Elettorali mhix indikata.

Transport Malta – Rotta 44

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jitlob lil Transport Malta sabiex ir-rotta 44 terġa’ tibda tgħaddi minn Triq il-Kostituzzjoni u tagħmel użu mill-Bus Stop li hemm fl-inħawi ta’ Tarġa Gap?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li bit-tibdil li qiegħed jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant, l-akwati magħrufa bħala tas-Sriedek ġewwa l-Mosta jispiċċaw mingħajr servizz tat-trasport pubbliku, hekk kif kien qabel ma ġie introdott in-network il-ġdid.

Mosta – Triq Salvu Aquilina – tindif ta’ open space

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex issir ħidma ta’ tindif biex jitneħħa l-periklu li jeżisti minħabba l-iskart u s-siringi li hemm mormija fl-open space fi Triq Salvu Aquilina l-Mosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Scrappage scheme – negozji li jbiegħu spare parts

Question

Bħala Ministru responsabbli minn Transport Malta, jista’ jgħid jekk negozji li huma involuti f’scrappage scheme ikunux jistgħu jbiegħu spare parts li huma jagħqdu minn karozzi involuti f’din l-iskema?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Triq li tieħu lejn l-Imġarr – irranġar tal-mera u jsiru tabelli

Question

Jista’ l-Ministru jara jew jitlob lil Transport Malta sabiex tieħu l-passi meħtieġa sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqas il-periklu, biex fit-triq li mill-Mosta tmur lejn l-Imġarr, eżattament fejn hemm l-entratura għat-triq li tieħu lejn id-Dwejra, jittranġa l-għoli tal-mera u jsiru tabelli u sinjali oħra biex jindikaw li hemm triq sekondarja li minnha joħorġu l-karozzi għat-triq prinċipali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn spezzjoni li saret fuq il-post mill-uffiċċjali ta’ Transport Malta, l-għoli tal-mera huwa skont kif inhu speċifikat fil-liġi. Rigward is-sinjali, l-Awtorità qegħda tevalwa x’tip ta’ sinjali jkunu adekwati għal dan l-iskop.

Skola fl-Imtarfa – għaqdiet tal-volontarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet tal-volontarjat li għandhom spazju minn fejn jaħdmu fl-Iskola tal-Imtarfa li skont miżura tal-Budget ta’ din is-sena, din l-iskola ser tkun qed tingħata biex issir Skola għat-tagħlim tal-Ingliż? Jista’ l-Ministru jgħid għal liema post ieħor ser ikunu rilokati l-għaqdiet li qed joperaw minn din l-iskola? Rigward l-għaqda ta’ Drama fl-Imtarfa, jista’ l-Ministru jgħid fejn ser tkun qed tingħata spazju alternattiv minn fejn se tibda topera?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-unika għaqda tal-volontarjat li tuża l-ex Skola Sekondarja tas-Subien tal-Imtarfa hija l-Mtarfa Drama Group. Din l-għaqda ilha tuża l-faċilitajiet tal-iskola għal dawn l-aħħar seba’ snin. L-iskola waqfet tiffunzjona bħala skola f’Ġunju tal-2015 u minn Ġunju 2014 il-kuntratt bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Għaqda beda jkun imġedded kull sitt xhur. Id-Direttorat qatt ma kkommetta ruħu li jipprovdi spazju alternattiv minn fejn tista’ topera din l-Għaqda.

Mosta – Triq il-Biedja u Triq Patri Ġuże Delia – bini ta’ ħitan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta Transport Malta ser tibda x-xogħol ta’ bini ta’ ħitan fi Triq il-Biedja u Triq Patri Ġuże Delia fil-Mosta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li tqabbad jagħmel ix-xogħol għadu m’għamlux u għaldaqstant se jitqabbad kuntrattur ieħor. Ix-xogħol mistenni jsir sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Ċittadinanza Maltija — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tingħata t-tweġiba għat-talba li qed tagħmel sabiex hi jkollha ċ-ċittadinanza Maltija li ilha tapplika għaliha snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż li jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt direttament mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.

Mosta — pont ta' Triq il-Kostituzzjoni - siġra

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29245, peress li din is-siġra qed tikber fuq in-naħa ta' barra tal-pont u li qed tagħmel ħsara fuq l-istess pont u dan ifisser li din is-siġra qed tikber f'post fi ħdan Transport Malta jew l-Bridge Restoration Unit, jista' l-Ministru jara li titneħħa din is-siġra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni li saru, ma jidhirx li hemm l-ebda ħsara fil-masonry vault imma jidher li din is-siġra qed taffettwa il-ħajt tal-parapett. Transport Malta se tkun qiegħda tieħu l-passi neċessarji biex tirranġa dan il-ħajt. Nerġa’ ntenni li ma jidhirx li hemm xi periklu jew saret xi ħsara fuq il-pont innifsu.
Leg 12 PQ #29361 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Supply ta' elettriku sospiż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie sospiż is-supply tal-elettriku fil-komun tal-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Għal liema raġuni ġie sospiż is-supply tal-elettriku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn ARMS Ltd. li minħabba l-Protezzjoni tad-Data, ma tistax tagħti informazzjoni fuq il-kontijiet tal-klijenti tagħha.

Il-Mosta — Vjal Valletta - pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li l-pelican lights li jinsabu f'Vjal Valletta f'salib it-toroq ma' Triq Pantar ikunu qed jiffunzjonaw għaliex sal-lum ma jistgħux jintużaw u qed jinħoloq periklu għal kull min ikun irid jaqsam it-triq ladarba hemm żewġ bus stops, wieħed fuq kull naħa tal-istess triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.

Mosta — manutenzjonu fil-binja tal-ħwienet fil-qasam ta' djar tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29246 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fil-qasam ta' djar tal-Gvern fil-Mosta jsir xogħol ta' manutenzjoni mal-binja fejn hemm il-ħwienet quddiem id-Dar tal-Anzjani tal-Gvern peress li din it-talba qed issir għaliex ilu jinħass il-ħtieġa ta' dan ix-xogħol u ma tibqax tidher id-dehra ta' telqa fl-entratura tal-qasam tad-djar tal-Gvern li jixraqlu li jkollu l-entratura tiegħu tidher isbaħ?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Mosta — Vjal Indipendenza salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna - traffic lights

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29243, peress li Triq Pantar ġiet miftuħa, jista' l-Ministru jikkonsidra li biex jitnaqqas in-numru ta' inċidenti ta' traffiku fi Triq l-Indipendenza minħabba l-vetturi li joħorġu minn Triq il-Mitħna, jista' bla dewmien ta' żmien isiru t-traffic lights u jekk ma jsirux dawn il-lights, isiru rubber bollards f'Vjal l-Indipendenza, salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn konsultazzjoni li saret fi ħdan Transport Malta, jirriżulta li madwar 100metru ‘l bogħod fiż-żewġ direzzjonijiet, diġa’ jinsabu pedestrian crossings, għalhekk it-twaħħil ta’ tali lights mhux rakkomandat. Minflok ġie approvat it-twaħħil ta’ bollards biex il-vetturi ma jkunux jistgħu jaqsmu t-triq.

Mosta — manutenzjonu fil-binja tal-ħwienet fil-qasam ta' djar tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fil-qasam ta' djar tal-Gvern fil-Mosta jsir xogħol ta' manutenzjoni mal-binja fejn hemm il-ħwienet quddiem id-Dar tal-Anzjani tal-Gvern peress li din it-talba qed issir għaliex ilu jinħass il-ħtieġa ta' dan ix-xogħol u ma tibqax tidher id-dehra ta' telqa fl-entratura tal-qasam tad-djar tal-Gvern li jixraqlu li jkollu l-entratura tiegħu tidher isbaħ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, minħabba li l-binja msemmija li tinsab quddiem id-dar tal-anzjani m’hijiex residenzjali, tiswijiet u manutenzjoni tal-istess binja ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ tal-Awtorità tad-Djar.