Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex persuni bil-badge ta’ persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jpoġġu bilqiegħda fil-post riservat għalihom fil-vetturi tat-Trasport Pubbliku, meta dawn il-postijiet ikunu meħuda minn persuni li ma jkollhomx id-dritt li jpoġġu f’dawn il-postijiet li huma ta’ prijorità għal persuni b’diżabilità? Din il-mistoqsija qed issir sabiex persuni b’diżabilità jkollhom id-dritt tagħhom legali mħares u mhux jibqgħu intitolati għall-post riservat iżda bla dritt legali għalih.
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill Onor. Interpellant għar-risposti li kienu ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 31489 u 31960 tat-tnax il-Leġislatura.
L-Imġarr — Triq Sir Temi Zammit - twessiegħ ta' bankina
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fit-Triq Sir Temi Zammit li tieħdok lejn l-Imġarr Malta, f’salib it-toroq mat-triq li tieħdok lejn id-Dwejra, isir xogħol ta’ twessiegħ ta’ bankina fit-triq il-prinċipali lejn l-Imġarr fuq in-naħa tad-daħla lejn id-Dwejra? Din il-mistoqsija qed isir sabiex karozza nieżla mit-triq tad-Dwejra għall-Imġarr tkun tista’ tara aħjar il-karozzi ġejjin fit-triq il-prinċipali ġejjin mill-Mosta lejn l-Imġarr u b’hekk jitnaqqsu l-inċidenti.
Il-Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda xogħol li kien imwiegħed li jsir għall-bidu tal-2017 li huwa l-għoti mill-ġdid ta’ tarmak fit-Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġimgħat li għaddew saru preparamenti u saħansitra testijiet fuq l-asfalt eżistenti u dan biex tinħareg sejħa għal xogħlijiet ta’ titjib fil-wiċċ tat-triq imsemmija. Din is-sejħa mistennija toħrog fil-ġimgħat li ġejjin u wara li jiġi aġġudikat kuntrattur ikunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet in kwistjoni.
Il-Mosta — Triq Ġuże Delia - tkomplija ta' bini ta' boundary wall
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jitkompla l-bini ta’ boundary wall f’Triq Ġuże Delia fil-Mosta fejn dan il-bini tal-boundary wall kien beda minn Transport Malta iżda jidher li kien twaqqaf mill-Awtorita tal-Ippjanar? Il-bini ta’ dan il-boundary wall kien intalab li jsir minn Transport Malta mill-Kunsill Lokali. Ladarba, snin ilu meta kienet infetħet l-istess triq, dak iż-żmien dan il-boundary wall qatt ma kien mibni. Dan il-boundary wall kien intalab li jsir biex jitneħħa l-periklu tal-biċċa ħajt li kien qed jaqa’ ladarba issa minn din it-triq qed jgħaddu l-vetturi tat-Trasport Pubbliku. Dan il-bini kien qed isir ukoll sabiex ikun hemm tiswija għal ftit metri.
Il-Mosta — twessiegħ tal-ispazju tal-karreġġjata madwar ir-roundabout ta Triq il-Kungress Ewkaristiku
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir xogħol ta’ twessiegħ tal-ispazju tal-karreġġjata madwar ir-roundabout li hemm fit-tarf ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku ma' tarf Vjal Valletta u Vjal Indipendenza fil-Mosta? Dan is-suġġeriment qed isir sabiex it-traffiku li jdur ma’ din ir-roundabout jibda jkollu spazju ta’ żewġ karreġġjati mal-istess roundabout u t-traffiku jkun jista’ jsuq b’aktar kumdità u b’inqas periklu.
Mosta – Triq l-Indipendenza salib it-toroq ma’ Triq il-Mitħna – manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jieħu passi sabiex fi Triq l-Indipendenza fil-Mosta f’salib it-toroq ma’ Triq il-Mitħna::
a) issir manutenzjoni peress li hemm post li fih jidher li ċediet l-art tal-istess triq;
b) issir tabella li tindika li hemm
rubber bollards
;
c) issir tabella sabiex tindika li dawk il-vetturi li jkunu ġejjin minn Triq il-Mitħna lejn Triq l-Indipendenza, ma jistgħux iduru mar-
rubber bollards
iżda jridu jibqgħu sejrin lejn il-kappella ta’ San Silvestru; u
d) isiru
double yellow lines
fil-kantuniera ta’ Triq l-Indipendenza ma’ Triq il-Mitħna sabiex vetturi kbar li jkun ħerġin minn Triq il-Mitħna fuq in-naħa ta’ Triq Ġużeppi Callus ikunu jistgħu jduru lejn Triq l-Indipendenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġerimenti lill-Transport Malta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31692, jista' l-Ministru jgħid:
a. xkien jisimhom dawn l-entitajiet kummerċjali; u
b. fejn ġew mogħtija s-sit minn fejn qed jaħdmu dawk l-entitajiet industrijali li l-Ministru poġġa l-informazzjoni tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata mill-Malta Enterprise peress li din hija kkunsidrata kunfidenzjali kif koperti bil-kunfidenzjalita’ imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.
Il-Mosta — Vjal l-Indipendenza - sinjali għal parking bays
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta fl-ispazju tal-parking jkun miżbugħa s-sinjali ta' parking bays biex ikun jista' jinħoloq spazju għall-parkeġġ ta' vetturi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejt is-suġġeriment lil Transport Malta.
Il-Mosta — Vjal l-Indipendenza, salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna - vetturi
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jitlob lill-Pulizija fl-għassa tal-Mosta jieħdu passi u jiregolaw is-sitwazzjoni fejn fi Vjal l-Indipendenza, salib it-toroq ma' Triq il-Mitħna peress li qed ikun hemm vetturi mmarkati għal bejgħ u dawn il-vetturi qed jieħdu ħafna spazzju ta' vetturi oħra ta' residenti jew viżitaturi li jkunu jridu jipparkjaw f'dik it-triq?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett għamlet spezzjoni fi Vjal l-Indipendenza, salib it-toroq ma’ Triq il-Mitħna l-Mosta. Ma kienx hemm vetturi mmarkati għall-bejgħ jew illi kienu jieħdu spazju ta' vetturi oħra f’din it-triq, f’din l-okkażżjoni, pero` il-Pulizija ser tkompli tagħmel aktar spezzjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29602 u 31694 u jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar kif ser tkun qed titħallas u lil min ser ikun qed jitħallas il-finanzjament taħt Vot 29 Information Services għas-sena 2016? Jista’ jgħid kemm-il direct order sar u lil min saru taħt dan il-vot, u jekk kienx hemm pagament li sar b’proċess ta’ tender? Din il-mistoqsija qed issir b’referenza għall-informazzjoni li qed tidher taħt Vot 5 fl-Estimi Supplimentari.
Xiri ta’ proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29622 u 31688 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar proprjetajiet privati li ġew akkwistati mill-Gvern għall-skopijiet pubbliċi minn Marzu 2013 sa Diċembru 2013 u fl-2014, fl-2015 u fl-2016? Kemm ħallas il-Gvern għal dawn il-proprjetajiet privati għal skopijiet pubbliku? Lil min ħallas għal dawn il-proprjetajiet privati?
Jista’ l-Ministru jieħu passi biex il-mediċina bl-isem Mirabegron tiżdied mal-lista ta’ mediċini b’xejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed fi proċess biex jevalwa liema mediċini ġodda ser idaħħal fuq il-formolarju tal-gvern fix-xhur li ġejjin.
B’referenza għall-bini ta’ rampa ġdida fiċ-Ċimiterju tal-Mosta, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment konċernat għamilx u ressaqx l-applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni msemmija minnu se tkun sottomessa fil-jiem li ġejjin.
Awtorità tal-Ippjanar – Kunsill Lokali Mosta – applikazzjoni għall-fondi
Question
Jista’ l-Prim Ministru bħala l-Ministru responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) jgħid fiex waslet l-applikazzjoni li l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien għamel lill-istess awtorità sabiex jingħataw fondi mill-istess PA sabiex Triq il-Ġnejna tkun tista’ tingħata wiċċ ġdid kif jistipulaw ir-regoli tal-Mosta, li l-Kunsill Lokali jistgħu japplikaw għal fondi għand il-PA?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Gejt informat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li l-istess Awtorita' ma għandix applikazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Mosta għall-fondi għal xogħljiet fuq it-triq imsemmija.
Mosta – Triq il-Kungress Ewkaristiku – wiċċ ġdid ta’ tarmak
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wasalx iż-żmien li skont il-Ministru għat-Trasport, Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta tingħata wiċċ ġdid ta’ tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xogħlijiet ta’ dan it-tip isiru abbażi ta’ prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist tax-xogħlijiet.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 32053 u jgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016? X’safar għamel il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kien akkumpanjat? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt żjarat f’dawn il-pajjiżi?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — safar
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32054 u jgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016? X’safar għamel il-Ministru kif ukoll is-Segretarju Parlamentari f’dawn is-snin? Minn min kienu akkumpanjati? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dawn is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt iż-żjarat f’dawn il-pajjiżi?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32055 u jgħid x’kienu n-nefqiet f’safar (travel) fl-2014, fl-2015 u fl-2016? X’safar għamel il-Ministru f’dawn is-snin? Minn min kien akkumpanjat? Minn fejn inxtraw il-biljetti tas-safar? X’kienu n-nefqiet f’ikel matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet f’xorb matul dan is-safar? X’kienu n-nefqiet fl-użu ta’ vetturi wżati waqt żjarat f’dawn il-pajjiżi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29605 u 31696 u jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ żieda ta’ €2,400,000 għal Vot 5808 EU-Africa Summit u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikun qed isiru b’dawn iż-€2,400,000;
b) lil min ser ikunu qed isiru jew saru b’
direct orders
; u
c) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru bil-proċess ta’
tendering
għall-attività tal-
EU-Africa Summit
?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29604 u 31697 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-Kamra għal liema raġuni qed issir talba ta’ €3,200,000 għal Vot 5365 CHOGM 2015 u jgħid:
a) x’pagamenti ser ikunu qed isiru sabiex jitħallas dan l-ammont ta’ flus mitluba;
b) lil min ser ikunu qed isiru;
c) x’pagamenti ser ikunu qed isiru jew saru b’direct order; u
d) x’pagamenti saru jew ser ikunu qed isiru fil-proċess ta’
tendering
għall-attività ta’ CHOGM 2015?