Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal il-Pjan Strateġiku 1999-2000 għal Korp tal-Pulizija li tnieda għaxar xhur ilu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-Pjan Strateġiku tal-Korp tal-Pulizija kien tnieda uffiċjalment fis-16 ta` Marzu 1999, it-Taqsima ta` l-Istrateġija u Ippjanar fi ħdan il-Korp kienet żammet matul ix-xhur ta` Lulju, Awissu u Settembru, sensiela ta` 'workshops' għal kull branka u diviżjoni tal-Korp. F`dawn il-'workshops', il-membri tal-Korp ġew mistiedna sabiex huma stess jfasslu l-istrateġija u l-miri tad-diviżjoni jew branka rispettiva tagħhom skond l-oġġettivi li kienu ġew identifikati fid-dokument tal-Pjan Strateġiku.
Issa li dan l-eżerċizzju spiċċa, se tibda l-fażi ta` l-implimentazzjoni fejn it-Taqsima ta` l-Istrateġija u Ippjanar qiegħda tirrevedi dawn il-miri sabiex tara liema huma dawk li jistgħu jiġu implimentati skond il-Pjan Strateġiku.
26.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-Pulizija in konnessjoni mal-ksur tal-liġi fi Triq Diċembru 13, fil-Marsa nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Awissu li għadda wara nofs inhar?
F'każ li ma tressaq ħadd, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal dan meta l-ksur tal-liġi sar bl-aktar mod ovvju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-inċidenti li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellanti huma s-suġġett ta' inkjesta mill-Maġistrat ta' l-Għassa, li għadha mhix konkluża.
25.10.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija b'konnessjoni mat-tkissir, l-atti ta' vandaliżmu u ksur ieħor tal-liġi li sar fil-Fire Section ta' l-MIA nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Awissu li għadda? F'każ li ma tressaq ħadd, għaliex, meta suppost li saret investigazzjoni immedjata mill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Saret l-Inkjesta Maġisterjali u a bażi tal-konklużżjonijiet tagħha se jittieħdu proċeduri kriminali.
25.10.99
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar, fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, kemm kienu rrapportati vetturi misruqa u mil-liema lokalitajiet? Kemm minn dawn il-karozzi nstabu? Jirriżulta fil-fatt li fil-preżent il-pulizija qed tikseb persentaġġ aħjar fir-rigward tal-karozzi li jinstabu wara li jkunu ġew irrapportati nieqsa?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li meta wieħed iqabbel in-numru ta` vetturi rrappurtati misruqa u li wara jinstabu, matul dawn l-aħħar snin wieħed jista` jgħid li hemm żieda fin-numru ta` vetturi li jinstabu.
25.10.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, x'qed tagħmel il-pulizija flimkien ma' l-Assoċjazzjoni ta' l-Assigurazzjoni biex jitnaqqas l-abbuż ta' sidien ta' karozzi li jirrapportaw il-vettura tagħhom misruqa meta fil-fatt ma jkunx il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li għaddejjin taħdidiet bejn il-Pulizija u l-Assoċjazzjoni ta` l-Assigurazzjoni dwar x`miżuri ta` detterrent jistgħu jittieħdu sabiex kemm jista` jkun jitnaqqas is-serq ta` vetturi.
25.10.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-vakanzi fil-Korp tal-Pulizija u meta hu ppjanat li jimtlew, fosthom il-vakanzi fil-gradi ta' supritendent?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li a bażi tal-complement approvat, fil-preżent hemm 132 vakanza fil-Korp tal-Pulizija. Huwa maħsub li dawn il-vakanzi jimtlew wara li jiġu valutati l-ħtiġijiet tal-Korp u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali.
25.10.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qabdet nies jaħdmu illegalment il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena u f'liema settur jispikka l-aktar l-abbuż? Kemm mill-persuni maqbuda kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom kienu barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra numru ta' dokumenti li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
28.7.99
Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li r-requisition order No. 19252 li ħareġ fis-17 ta' Diċembru, 1983, fuq il-fond 85, Mater Boni Consiglii Street, Raħal il-Ġdid jitneħħa sabiex is-sid tiegħu tkun tista' tieħu lura l-pussess tal-fond minħabba li r-raġel tagħha huwa marid serjament u jixtieq jerġa' lura mill-Awstralja u joqgħod fih?
Jista' l-Ministru jinformani fejn kienet qed tiġi depożitata l-kera matul dan iż-żmien kollu, jekk qatt kienet imħallsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi t-talba ma tistax tiġi kkunsidrata peress li l-fond indikat hu abitat regolarment u l-inkwilin mhux rikonoxxut mis-sidien. L-inkwilin qiegħed iħallas il-kera regolarment fid-Dipartiment.
23.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' stupru kienu rrapportati lill-pulizija mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? F'liema lokaliajiet seħħew ir-reati? Ta' liema nazzjonalita' kienu l-vittmi u l-allegat aggressur (fejn dan hu indikat) f'kull każ irrapportat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher hawn taħt :
Lokalita` Nazzjonalita` tal-vittma Nazzjonalita` ta'
l-allegat
aggressur/i
Attard Maltija Maltija
Valletta Maltija Maltija
St. Julians Maltija Libjana x3
B'Kara Maltija Maltija
St. Julians Żvediża Żvediża
St. Julians Norveġiża Amerikana
Sliema Franċiża Torka
Barra minn dawn il-każijiet kien hemm rapport ieħor f'Ġunju li rriżulta li kien rapport falz. Naturalment, mhux kull każ rapportat bħala stupru, fil-fatt kien jikkostitwixxi dan ir-reat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena u f'liema Qorti nqatgħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kawzi li nqatgħu bejn Jannar 1999 sa Mejju 1999 huma kif jidher hawn taħt:
Qorti Kostituzzjonali 9
Qorti ta` l-Appell 119
Prim`Awla tal-Qorti Civili 774
Prim`Awla tal-Qorti Civili (Sede Kostituzz) 22
Qorti tal-Magistrati (Malta) 909
Tribunal tat-Talbiet Zgħar 550
Bord Li Jirregola l-Kera 28
Bord Li Jirregola l-Kiri tar-Raba 12
Bord ta` L-Arbitragg 1 li giet ceduta
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex b'mod effettiv is-seduti fil-Qorti jkunu rispettati u jsiru u mhux jiġu differiti mingħajr ebda avviż b'ħafna inkonvenjent għall-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-differimenti tal-kawżi quddiem il-Gudikanti normalment jiġu avzati fil-gazzetti lokali sabiex jiġi evitat li l-pubbliku jattendi l-Qorti għal xejn.
Is-seduti appuntati quddiem l-Assistenti Gudizzjarji u l-periti legali u\jew teknici jsiru bi ftehim bejn il-partijiet u\jew l-Avukati tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq u l-arterji prinċipali fil-pajjiż li se jsir xogħol fuqhom skond il-prijoritajiet tal-Gvern?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wieħed jista` jgħid li t-toroq prinċipali u arterjali kollha se jsir xogħol fihom skond il-pjan imħejji mill-Konsulenti Ġermaniżi tal-Ġvern u l-informazzjoni mitluba tingħata aktar `l quddiem.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qabdet nies jaħdmu illegalment il-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena u f'liema settur jispikka l-aktar l-abbuż? Kemm mill-persuni maqbuda kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom kienu barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
30.06.99
Jista' l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor x'inhu l-għadd ta' turisti li żaru Malta f'Mejju li għadda u minn liema destinazzjonijiet? Barra minn hekk, jista' jagħti t-total approssimattiv tat-turisti li żaru Malta fl-ewwel ħames xhur tas-sena?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tagħrif mitlub mill-Onor Membru hu kif jidher hawn taħt:
Pajjiż Mejju 1999 Jannar - Mejju 1999
Awstrija 3,954 12,617
Belġju 2,911 8,154
Danimarka 1,909 5,923
Finlandja 774 1,963
Franza 8,798 27,820
Ġermanja 24,217 83,920
Italja 5,819 24,004
Libja 3,856 13,569
Olanda 9,059 20,900
Norveġja 1,254 3,682
Russja 1,321 3,446
Svezja 1,620 4,576
Svizzera 2,429 9,462
Renju Unit 36,944 150,860
Stati Uniti ta' l-Amerika 2,064 7,506
Oħrajn 9,990 38,938
TOTAL 116,919 417,340
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed issir b'mod serju s-sorveljanza ma' l-entraturi u l-ħruġ tal-Qorti biex ikun assigurat il-buon ordni fil-bini tal-Qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-limitazzjoni tar-rizorsi umani li għandu d-dipartiment tal-Qormi għal dan il-għan, nista` nassigura li qed isir l-almu kollu sabiex is-sorveljanza ma l-entraturi u l-ħruġ tal-Qorti jsir b`mod serju.
Il-bon ordni fil-bini tal-Qorti jaqa` taħt ir-responsabbilta` tal-Marixxalli u għal dan il-għan kemm ic-Chief Marshal u anke il-Membru tal-Korp tal-Pulizija li huwa adett mal-Qorti ikunu l-ġurnata kollha jissorveljaw l-edificcju tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu d-depożiti li saru mill-bidu tas-sena sa l-aħħar ta' Mejju fil-Mid-Med Bank, Bank of Valletta, Lombard Bank, APS Bank u fil-Midland Bank?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni rikjesta fuq bażi individwali hija kkunsidrata bħala kunfidenzjali. Skond l-Att ta` l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju - Sezzjoni 19 (5)(b) u l-Att li jirregola l-Bank Ċentrali ta` Malta Sezzjoni 38(c), il-Bank Ċentrali ta` Malta jista` biss jippublika informazzjoni konsolidata.
L-informazzjoni konsolidata diġa ngħatat b`risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7537.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mid-Dipartiment tal-Lottu fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena mil-logħob tal-lottu, mis-Super Five, mit-Tiritombla u mil-lotterija nazzjonali? Fil-każ tal-logħob tal-lottu, kemm-il darba f'dan il-perijodu r-rebħ qabeż il-kwota u jekk id-dipartiment hwuiex dejjem ħallas ir-rebħ kollu li sar?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-ewwel ħames xhur ta` din is-sena d-dħul mid-Dipartiment tal-Lottu kien kif ġej:
Lm
Lottu ta` nhar ta` Sibt: 1,436,474
Super Five: 1,405,426
Tiritombla: 65,145
Lotterija Nazzjonali: 109,636
F`dan il-perjodu r-rebh tal-Lottu qatt ma qabeż il-kwota allokata skond ir-regolamenti u għaldaqstant qatt ma kien hemm tnaqqis minn xi rebħ.