Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14069 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' twelid li sar fi sptarijiet privati u clinics, wieħed wieħed fl-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'kien il-persentaġġ ta' induced births u caesarean section f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant li jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #14070 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hysterectomies fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, fl-isptarijiet privati, wieħed wieħed, f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` hysterectomies li sar mill-1995 sa l-1999 fl-Ipstar Karin Grech kien kif jiher hawn taħt: Sena Numru ta` Hysterectomies -------------------------------------- 1995 673 1996 607 1997 636 1998 616 1999 606 Dwar l-Isptar ta` Għawdex nitolbu jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tirċevix informazzjoni dwar operazzjonijiet li jsiru fl-isptarijiet privati.
Leg 9 PQ #14071 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment ta' l-Obstetrics

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fid-dipartiment ta' l-obstetrics għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li l-informazzjoni kif mitluba sa issa ma tinġabarx.
Leg 9 PQ #14072 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment tal-Ġinekoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fid-dipartiment tal-ġinekoloġija għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li l-informazzjoni kif mitluba sa issa ma tinġabarx.
Leg 9 PQ #13480 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Twelid

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' induced births u ta' caesarean sections li saru fl-Isptar San Luqa tul il-15-il sena li għaddew? X'perċentaġġ ta' twelid totali fl-Isptar San Luqa jikkostitwixxu dawn iċ-ċifri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu nformazzjoni għas-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 mogħtija mill-Isptar Karin Grech lill-Maternity Information System. L-informazzjoni miġbura mill-ewwel ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ottubru 1999 kienu mogħtija lin-National Obstetric Information System ta' l-istess Dipartiment. Sena Numru ta' % ta' Twelid % ta' twelid Induced Induced permezz ta' permezz ta' Births Births Caesarean Caesarean Section Section ________________________________________________ _____________ 1994 837 19 762 17 1995 935 21 770 17 1996 618 15 734 17 1997 908 23 750 19 1998 907 24 736 20 1999 (Jan-Oct) 1064 35 700 23 ______________________________________________ ________________
Leg 9 PQ #13481 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Twelid

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' trabi li twieldu tul is-sena li għaddiet fl-Isptar San Luqa, fi sptarijiet privati u fi djar privati? F'kull każ x'kienet il-mortality rate tat-trabi u ta' l-ommijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-istatistiċi uffiċjali nazzjonali tat-twelid jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru ta' l-Intern, li huwa responsabbli għar-Reġistrazzjoni Ċivili. Pero', ninsab infurmat ukoll li minn Jannar sa Novembru 1999 kien hemm 3,692 twelid fl-isptar Karin Grech, sptarijiet privati u djar li ġew irrapportati lin-National Obstetric Information System (NOIS) tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa. Minn dawn, 3,303 kienu twelid ġo l-Isptar Karin Grech, 379 ġo sptarijiet privati u 10 fid-djar. Kien hemm 32 ``still birth'' fl-Isptar Karin Grech. Mietu 18-il tarbija matul l-ewwel xahar ta' ħajja, 16 minnhom kienu twieldu l-Isptar Karin Grech u tnejn fi Sptarijiet privati. Dan jagħti rata ta' ``neonatal mortality'' ta' 5 minn kull 1000 wild ħaj kemm għall-Isptar Karin Grech u kif ukoll għall-Isptarijiet privati.
Leg 9 PQ #12711 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Minstru jgħid taħt liema kondizzjonijiet u regolamenti jingħataw permessi lil restaurants li jagħmlu parti minn blokk ta' bini residenzjali biex jinżammu numru ta' ċilindri tal-gass fix-shafts jew btieħi interni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-kaz ta` stabilimenti godda, l-Enemalta, qabel ma tissuplixxi c-cilindri tal-gass, tispezzjona l-post. Il-permess ghall-hazna ta` cilindri tal-gass jigi kunsidrat skond ic-cirkostanzi tal-lokalita` partikulari. Tajjeb jinghad li l-Korporazzjoni, meta jaslulha rapporti ta` irregolarita`, tinvestiga l-kaz u tiehu l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #12818 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Vaċċin kontra l-hepatitis

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqt li t-tfal ta' l-iskejjel ta' l-Istat ingħataw il-vaċċin kontra l-hepatitis fl-iskola tagħhom stess, dawk it-tfal li huma studenti fl-iskejjel privati u tal-Knisja kellhom imorru fil-polyclinics tad-distrett għat-tlett dożi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-istudenti fl-iskejjel privati biss intbagħtu fiċ-Ċentri tas-Saħħa biex jingħataw il-vaċċin kontra l-Hepatitis B. It-tfal fl-iskejjel tal-knisja ingħataw il-vaċċin (l-ewwel u t-tieni doża) fl-iskola tagħhom stess bħas-sena ta' qabel it-tielet doża għad trid tingħata. L-istudenti fl-iskejjel privati ma ngħatawx il-vaċċin fl-iskola tagħhom stess għaliex is-servizz mediku ta' l-iskejjel għadu mhux estiż għall-iskejjel primarji privati, iżda d-dipartiment ħass li xorta għandu jipprovdi mezz biex dawn l-istudenti tingħatalhom b'xejn il-vaċċin tal-Hepatitis B.

Triq Reġjonali — Manutenzjoni ta' pont

Question

Jista'l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar eżerċizzju ta' manutenzjoni fuq il-pont li hemm fil-bidu tat-telgħa ta' Triq Reġjonali, li mill-inħawi tiegħu f'Novembru li għadda waqa' ammont ta' ġebel waqt il-maltemp? Jista' jgħid x'inhi l-prassi f'dik li hi manutenzjoni ta' pontijiet u tunnels? Din issir fuq bażi regolari minn nies professjonali li jagħtu rapport bil-miktub tax-xogħol meħtieġ u tax-xogħol li jsir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sar xogħol ta' manutenzjoni fit-triq li tgħaddi minn fuq dan il-pont f'Mejju ta' l-1998. Id-Dipartiment tat-Toroq xtara apparat biex bih ikun jista' jiġi assessjat l-istat ta' kostruzzjoni ta' pontijiet u ttieħdu passi wkoll f'diversi snin biex jinġabru 'records' tal-pontijiet fit-toroq Maltin. L-iskop hu li bil-mod il-mod tiġi stabbilita prassi ta' spezzjonijiet u manutenzjoni regolari ta' pontijiet. Irrid ngħid illi fil-każ ta' meta waqgħet blata fit-triq ħdejn il-pont indikat mill-Onor. Interpellant, din ma waqgħetx mill-pont iżda mill-blat fil-ġemb tat-triq.

Sliema/San Ġiljan/Swieqi — Reserved parking spaces

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi tul is-sena 1999 biex isiru reserved parking spaces f'Tas-Sliema, San Ġiljan u Swieqi? Kemm ġew irrifjutati applikazzjonijiet fl-istess lokalitajiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li permessi għar-`reserved parking` għal persuni b`diżabilita` tul is-sena 1999 ġew approvati kif ġej: Sliema - 30 San Ġiljan - 8 Swieqi - 1 Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mhux f`pożizzjoni li jgħid kemm ġew irrifjutati applikazzjonijiet għax il-`vetting` (mediku) isir mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b`Diżabilita`.
Leg 9 PQ #11840 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-Emerġenza

Question

Jista' l-Minisru jgħid kemm marru pazjenti fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa fil-jiem tal-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta, it-28, id-29 u t-30 ta' Novembru rispettivament mill-ħin tat-8.00 a.m. sat-8.00 p.m. u mit-8.00 p.m. sat-8.00 a.m. ta' kuljum imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Date 8.00am - 8.00pm 8.00pm - 8.00am __________________________________________________ _ 28.11.99 128 49 __________________________________________________ _ 29.11.99 147 63 __________________________________________________ _ 30.11.99 170 83 __________________________________________________ _
Leg 9 PQ #11008 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tfal mibgħuta barra għal kura

Question

Meta ssir kampanja ta' ġbir ta' fondi biex tfal jintbagħtu għal kura medika barra minn Malta tenħtieġ l-approvazzjoni tal-ministru jew tad-Dipartiment tas-Saħħa? Il-Ministru qatt kellu dubbji serji fuq xi kampanja ta' ġbir ta' fondi u f'dan il-każ x'azzjoni ħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

A Talbiet biex pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta jiġu eżaminati mit-Treatment Abroad Committee (T.A.C.) Jekk jiġi deċiż li għandhom jintbagħtu barra, il-gvern iħallsilhom kollox minbarra l-passaġġ. Dan jitħallas wara li jsir test tal-meżżi. Jekk il-pazjent ikun taħt is-sitt snin u ma jkollux bżonn ta` `medical escort`, il-gvern iħallas ukoll il-passaġġ biss ta` wieħed mill-qraba. B Kampanji għal ġbir ta` fondi għal skop filantropiku jew ta` karita permess relattiv maħruġ speċifikament għal dan il-għan mill-Kummissarju tal-Pulizija. C Meta d-dipartiment kellu dubbju dwar is-serjeta ta` xi ġbir ta` fondi ta` dan it-tip inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #11009 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija lil sidien ta' ħwienet u negozji oħra għax kellhom esposti għall-bejgħ ta' gugarelli f'forma ta' armi tan-nar, fil-perjodu Settembru 1998 - Settembru 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant il-Pulizija ħarġet ċitazzjonijiet kontra 4 persuni għax kellhom għall-bejgħ ġugarelli f`forma ta` armi tan-nar.
Leg 9 PQ #10556 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-pulizija lil sidien ta' ħwienet u negozji oħra għax ikollhom esposti għall-bejgħ ġugarelli f'forma ta' armi tan-nar?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #10557 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet lil persuni dwar ksur tal-Litter Act fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn eventwalment instabu ħatja ta' ksur tal-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru ta` l-1999, il-Pulizija ħarket 51 persuna dwar ksur tal-Litter Act, li minnhom, sa l-aħħar ta` Settembru, 11 instabu ħatja.
Leg 9 PQ #10558 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

CCF — Ħabsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent x'inhi l-popolazzjoni fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u kif inhi maqsuma bejn priġunieri li qed jistennew li jkunu pproċessati u oħrajn li diġa' kienu pproċessati? Kemm hemm priġunieri Maltin, barranin u l-barranin minn liema pajjiż huma? Kemm hemm priġunieri nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10837 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew Marittimu — Assistenti Kuraturi

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fejn wasal il-proċess ta' ingaġġ ta' assistenti kuraturi fil-Mużew Marittimu tal-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikazzjonijiet għall-Assistenti Kuraturi fil-Mużew Marittimu għadhom qed jiġu pproċessati.

Swieqi/Pembroke — Triq Sant Andrija

Question

Jista' l-Ministru jara l-possibilta' li ssir overhead crossing fi Triq St Andrija, fl-inħawi tal-Luxol Sports Facilities, bejn is-Swieqi u Pembroke peress li din hi triq perikoluża ħafna għal min irid jaqsam?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jikkonsidra s-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #10550 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

CCF — Taqsima tal-klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-taqsima tal-klieb tal-Faċilita' Kottettiva ta' Kordin tkun inkorporata mat-taqsima speċjalizzata tal-Mosta? Għaliex hemm żewġ taqsimiet differenti tal-klieb?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sal-lum ma hemm ebda ħsieb illi t-taqsima tal-klieb tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin tiġi inkorporata ma` dik tal-Mosta. It-taqsima tal-Mosta hija kompletament imexxija mill-pulizija filwaqt li dik tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin tipprovdi għall-ħtiġijiet speċifiċi ta` l-istess Faċilita`.
Leg 9 PQ #10551 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Muturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pulizija tat-traffiku jerġa' jkollhom il-mutur tagħhom u m'hux mutur ikun maqsum bejn tnejn jew tliet pulizija bil-perikli u inkonvenjenti kollha li ġġib ħaġa bħal din?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 851.