Jista' l-Ministru jgħid kemm saru: angiographics; pace makers angioplastics; stents; vulvaloplastics;electro physiology studies; rotablation u ASD closures matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ECG test sar matul l-1996, 1997, 1998 u 1999 sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ECG tests li saru huma kif ġej:-
Sena ECG Tests
_____________________________
1996 85,875
1997 90,394
1998 126,295
1999 130,701
______________________________
Jista' l-Minsitru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-bypass, operazzjonijiet biex inbiddlu valves tal-qalb u operazzjonijiet fejn saret bypass u inbiddlu l-values fl-istess ħin matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' operazzjonijiet tal-bypass, operazzjonijiet biex inbidlu valves tal-qalb u operazzjonijiet fejn saret bypass u inbidlu l-valves fl-istess ħin, huwa kif ġej:-
_______________________________________ _____________________
1996 1997 1998 1999
________________________________________________ ____________
Bypass only 295 203 266 269
Bypass & Valves 13 9 10 19
Valves only 46 29 46 32
__________________________________________________ _________
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' stennija għall-operazzjonijiet tal-qalb fl-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-medja ta' stennija għall-operazzjonijiet tal-qalb, huma kif ġej:
Waiting time for non-Urgent Cardiac Surgery
----------------------------------------- ---
1997 not available
1998 10 months
1999 5.5 months
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti li matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena ntbagħtu barra minn Malta għal kura?
X'tip ta' kura ngħataw barra minn Malta u f'liema pajjiż marru?
X'kienet l-ispiża kollettiva tal-kura ta' dawn il-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li ntbagħtu barra għal-kura u l-ispiża kienu hekk:
Sena Numru Spiża
-----------------------------------------
1996 326 LM631,727
1997 291 LM533,696
1998 253 LM514,030
1999 256 LM568,018
--------------------------------------- ---
Dawn il-pazjenti ntbagħtu l-Ingilterra għall-operazzjonijiet jew investigazzjonijiet li ma jistgħux isiru Malta. Dawn jinkludu każijiet ta` Neurologija, Neurokirurġija, Onkoloġija, Ortopedija. Oftalmoloġija, endokrinoloġija, ENT, Maxillo-facial, Mard fil-fwied, Pedjatrija, prosthetics u rijabilitazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ssejħet l-ambulanza matul l-1999?
Minn dawn kemm kien hemm sejħiet li kienu foloz u kemm kien hemm li ġew ikkanċellati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul l-1999 saru 17,117-il sejħa għal ambulanza fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa. Minn dawn, 349 (2.0%) kienu foloz, filwaqt li 493 (2.9%) ġew kanċellati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kellu jintuża l-helicopter biex ddaħħlu pazjenti fl-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-użu tal-helicopters biex iddaħhlu pazjenti fl-isptar San Luqa huwa kif ġej:-
______________________
1995 79
1996 67
1997 57
1998 74
1999 71
_____________________
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fl-Isptar San Luqa fis-snin 1997, 1998, 1999 sena b'sena wara li kienu riferuti minn sptarijiet privati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li pazjenti riferuti fl-isptar San Luqa minn sptarijiet privati huwa kif ġej:-
_______________________________________________
1996 L-informazzjoni ma kenitx tinġabar
1997 L-informazzjoni ma kenitx tinġabar
1998 20
1999 13
________________________________________________
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-1997, 1998, 1999 sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti li ddaħlu fit-taqsima tal-Kura Intensiva huwa kif ġej:-
ITU Admissions
____________________________________
1997 797
1998 959
1999 998
_____________________________________
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti ddaħħlu fis-CCU matul l-1997, 1998, 1999 sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti li ddaħlu fis-C.C.U. huwa kif ġej:-
C.C.U. Admissions
_____________________________________
1997 1830
1998 1877
1999 1963
_______________________________________
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet fil-Cardiac Laboratory matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena u fiex kienu jikkonsistu l-investigazzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet fil-Cardiac Laboratory ta' l-Isptar San Luqa kienu maqsumin kif ġej:-
1996 1997 1998 1999
____________________________________________ _____________________
Echocardiograms (general 3157 3271 2595 3151
(Foetal)
Holters * 21 9 18
Stress ECG Tests 1162 980 1079 991
MIBI Scans 1706 1531 1654 2008
Transoesophagral echoes 31 53 35 45
________________________________________________ __________________
*Servizz ma kienx jingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?
Kemm minnhom saru taħt: (a) general anaesthesia; (b) local anaesthesia; (ċ) regional anaesthesia; u (d) sedation?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tas-Surgical Operations Register, in-numru ta' operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa kien:
Numru ta'
Operazzjonijiet
________________________________
1999 24,364
1998 24,453
1997 23,316
1996 22,708
__________________________________
In-numru ta' operazzjonijiet skond it-tip ta' anaesthesia li ntużat huwa:
Tip ta' 1999 1998 1997 1996
Anaesthesia
__________________________________________________ ______
General 15,092 15,401 14,615 14,357
Local 4261 3926 3556 3030
Local and 2103 2316 2186 2096
Sedation
Sedation 1213 1027 1057 1405
Regional 519 614 761 695
Unspecified 1176 1169 1141 1125
__________________________________________________ _____
Total 24,364 24,453 23,316 22,708
Jista' l-ministru jindika kemm hemm swali ta' l-operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa u kemm saru operazzjonijiet f'kull waħda matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 15218 tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu pazjenti fl-Isptar San Luqa matul l-1996, 1997, 1998 u 1999 sena b'sena?
Kemm minnhom daħlu mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza, kemm mid-Diparitment ta' l-Out-Patients u kemm kienu elettivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' pazjenti li ddaħlu l-Isptar San Luqa, huwa kif ġej:
Emerġenzi Elettivi Day Cases TOTAL
___________________________________________ ____________________
1996 17,655 32,427 12,768 62,850
1997 18,140 37,134 15,812 71,086
1998 20,442 31,973 21,660 74,075
*1999 21,440 29,730 23,284 74,454
__________________________________________ _______________________
(*Proviżjonali)
Ma tinżammx statistika seperata għal admissions mill-Out-Patients, iżda l-biċċa l-kbira tal-pazjenti elettivi huma mill-Out-Patients.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients matul l-1997, 1998 u l-1999 u kemm kien hemm każijiet follow up matul l-istess snin sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni hija kif ġej:-
1997 1998 1999
____________________________________________ __________
Każijiet Ġodda 75,493 75,059 71,140
Follow-Ups 244,956 247,293 233,692
________________________________________________ _______
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999 sena b'sena?
Kemm minn dawn il-każijiet hu stmat li setgħu marru ċ-ċentru tas-saħħa flok li rrikorrew għad-Dipartiment ta' l-Emerġenza?
Kemm minn dawn il-pazjenti ġew rikoverati fl-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Pazjenti li żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza kienu hekk:
Sena Pazjenti
_________________________
1996 100,448
1997 97,425
1998 101,328
1999 106,676
___________________________
Pazjenti li ġew rikoverati fl-isptar kienu hekk:
Sena Pazjenti
__________________________
1996 17,665
1997 18,140
1998 18,617
1999 21,470
___________________________
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru delitti bejn l-1 ta' Jannar,1970 u llum?
Jista' jgħid min kienu l-vittmi, kemm kellhom eta' meta naqtlu u fejn kienu joqogħdu?
Jista' jagħti d-dati ta' kull delitt, fejn sar u b'liema mod sar?
Jista' l-Ministru, fil-lista tiegħu, jgħid jekk il-każ kienx solvut mill-pulizija?
Jista' jgħid xi jfissru l-pulizija meta jgħidu "każ solvut"?
Fil-każ li kemm-il darba min jitressaq il-qorti jinsab mhux ħati, dan xorta jkun ikklassifikat bħala "każ solvut"?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istatistika miżmuma mill-Pulizija dwar it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat ukoll li l-Pulizija jinnotaw każ bħala 'solved' meta tiġi magħrufa l-identita` tal-persuna jew persuni li jkunu kkommettew ir-reat. B`dankollu l-Pulizija jkomplu jsegwu l-każ u jinvestigaw jekk ikun hemm żviluppi li jindikaw din il-ħtieġa.