Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16085 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Interim From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema fondi ntużaw sabiex studenti tal-mediċina ta' l-Institute of Health Care iwettqu ħidma fl-Isptar San Luqa fis-sajf?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #16086 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Special Learning Difficulties Services

Question

Jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti l-Paired Reading Project ta' l-Ispecial Learning Difficulties Services tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-"Paired Reading" Project kien esperiment ġdid għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fejn tfal u ġenituri ħadmu biex jiżviluppaw l-iskills tal-qari. Tfal dyslexic u l-ġenituri tagħhom kienu mistiedna jipparteċipaw f'kors ta' 6 ġimgħat. Tul dawn is-sessions il-ġenituri ġew mogħtija taħriġ speċifiku fuq kif jgħinu t-tfal fil-qari, kif jaqraw flimkien mat-tfal. Dan il-kors kien ta' suċċess kbir - rajna li meta l-ġenituri jafu bl-eżatt kif għandhon jgħinu t-tfal li għandhom diffikulta` fil-qari jistgħu jiġu 'l quddiem.
Leg 9 PQ #16039 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

LUPUS ERYMATOSUM — Statistika

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin, ta' każijiet, f'Malta u f'Għawdex separatament, ta' LUPUS ERYMATOSUM u ta' mard ieħor li jista' jkun konness ma' din il-kondizzjoni bħal: (a) Raynaud's Disease; (b) Crest Disease; u (ċ) Rheumatoid Arthritis? X'inhu n-numru ta' każijiet ta' pazjenti li jsofru minn Still's Disease, tul l-istess perijodu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-mard li semma l-Onorevoli Interpellant mhuwiex notifikabbli lill-awtoritajiet tas-Saħħa u għalhekk ma hemmx statistika nazzjonali fuqu. Mit-tagħrif miġbur fl-isptar San Luqa jirriżulta li fl-isptar daħlu numru ta' pazjenti b'dan il-mard, kif jidher hawn taħt: Mard 1995 1996 1997 1998 1999 __________________________________________________ ____ Systemic Lupus Erythematosus 31 17 9 14 9 Raynaud's Disease 6 0 3 10 1 Crest Syndrome* n/a n/a n/a n/a 0 Rheumatoid Arthritis 16 19 20 9 32 __________________________________________________ _____ * Qabel l-1999 ma kien hemm l-ebda `code' speċifika għal Crest Syndrome.
Leg 9 PQ #16040 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Stress Management

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet konkreti jeżistu sabiex titħeġġeġ il-kisba ta' ħiliet ta' Stress Management fost il-Maltin u l-Għawdxin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-problema ta' stress fost il-poplu Malti u Għawdxi hija waħda li għad trid tiġi studjata b'mod xjentifiku. Dan it-tip ta' riċerka tista' tagħti direzzjoni biex jiġi mfassal pjan nazjonali sabiex l-istress jiġi meqjus fuq livell ta' risk factor. Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa kellu opportunita' li jagħmel intervent fuq `focus groups' fil-kommunita' bit-tema ta' `Stress Management'. Iżda, dan is-servizz huwa limitat peress li r-riżorsi ta' Dipartiment sa llum ma jagħtux possibilta' li ssir fuq bażi nazzjonali.
Leg 9 PQ #16041 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Psikjatri u Psikologi — Support Groups

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-psikjatri u psikologi fi ħdan id-diviżjoni tas-saħħa jmexxux support groups għal xi kategorija ta' persuna fid-diffikulta', u jekk fl-affermattiv, x'tip ta' support groups imexxu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qegħda tinġabar u r-risposta tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #16042 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Cerebral Palsy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta tipprovdix trattament ta' botulinum toxin biex inaqqas l-ispastiċita' fi tfal b'Cerebral Palsy?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Botulinum Toxin qiegħed jiġi wżat f'ċerti każijiet fi tfal bi problemi njuroloġiċi, li jinkludi dawk b'Cerebral Palsy. Dan żgur li m'huwiex trattament normali għal kull każ ta' Cerebral Palsy u fil-fatt jingħata biss f'ċertu ċirkustanzi ta' din il-marda. F'Malta, meta jkun hemm xi pazjent li jista' jkollu bżonn Botulinum Toxin, aħna nirreferu dan il-każ lil Prof. Brian Neville, Great Ormond Street Hospital For Sick Children London, għall-opinjoni tiegħu. Wara eżami njuroloġiku, ortopediku u eżami njurofiżjoloġiku dettaljat mit-Team tiegħu, jiġi deċiż jekk ikunx hemmx bżonn dan it-trattament jew le.
Leg 9 PQ #16043 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa Mentali — Membri

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-membri kollha tal-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa Mentali u jindika mil-liema oqsma ta' rappreżentanza ġejjin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-membri kollha tal-kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa Mentali huwa kif jidher hawn taħt. Name and Surname Present Occupation Position on Commission -------------------------------------- ---------------- Prof. M`Therese Prof. of Anatomy- Chairperson Camilleri Podesta University of Malta ------------------------------------------------ ------ Dr. Ray Busuttil Director General- Member Health ------------------------------------------------ ------ Mr Joseph Saliba Director of Psychiatry- Member Mount Carmel Hospital ---------------------------------------- -------------- Dr. Angela Abela Lecturer Clinical- Member Psychology ------------------------------------------------ ------ Mr Paul Sciberras Clinical Psychologist Member Mount Carmel Hospital ------------------------------------------------ ------ Ms Liliana Caruana- Housewife Member Colombo ------------------------------------------------ ------ Prof Mark Prof-Insitute of Member O`Callaghan Health Care-Health Services Management Division SLH --------------------------------------------- --------- Ms Louise Xerri Social Work Co- Member Ordinator - MCH --------------------------------------------- --------- Mr. Joseph Busuttil Occupational Therapist- Member MCH --------------------------------------------- --------- Mr Joseph Borg Manager Nursing Services Member MCH --------------------------------------------- --------- Mr Charles Pace Lecturer-University Member of Malta ------------------------------------------- ----------- Hon Ms Dolores Member of Parliament Member Cristina ------------------------------------------------ ------ Ms Marisa Micallef Chairperson Housing Member Leyson Authority --------------------------------------- --------------- Ms Connie Magro Nursing Officer- Member Mental Health Association ------------------------------------- ----------------- Ms Elaine Bonello Occupational Psychologist Member E.T.C. ------------------------------------------ ------------ Mr Joe Gerada Chief Executive Officer Member SWDP -------------------------------------------- ---------- Ms Rita Formosa Executive Officer- Member Customs Dept. ------------------------------------------- ----------- Ms Doris Gauci Manager - Villa Chelsea Secretary --------------------------------------- ---------------
Leg 9 PQ #16044 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gvern/MUT — Collective agreement

Question

Peress li skond il-Collective Agreement bejn il-Gvern u l-MUT dwar il-klassi edukattiva huwa stipulat li għandu jkun hemm 20 school counsellors: 15 għas-settur sekondarju u ħames għas-settur primarju, u peress li bħalissa d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni timpjega 11-il school counsellor għas-settur sekondarju u wieħed għas-settur primarju, għaliex hemm dan in-nuqqas? X'għandu jsir biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni timpjega 12-il School Counsellor (mhux 11) fis-Settur Sekondarju u 1 għas-Settur Primarju. Fis-Settur Sekondarju, waslet biex toħroġ "call for applications" biex jimtlew il-postijiet vakanti. Fis-Settur Primarju, in-nuqqas jeżisti billi dawk kollha li għandhom "recognised diploma in counselling" qegħdin fis-Settur Sekondarju, u għalhekk ma jissodisfawx il-kundizzjoni li tgħid "ikunu għallmu għal dawn l-aħħar 10 snin fl-Iskejjel Primarji ta' l-Istat". Informat ukoll li l-Collective Agreement bejn il-Gvern u l-M.U.T. irid ikun aġġornat fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eleġibilita` ta dawk li jixtiequ japplikaw biex ikun School Counsellor fl-Iskejjel Primarji. S'issa barra r-"recognised diploma in counselling", persuna jrid ikollha numru ta' snin (l-aħħar għaxar snin fl-Iskejjel Primarji ta' l-Istat) li tkun tgħallem fis-Settur Primarju.

Vetturi — Tiġdid tal-liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi li s'issa kellhom il-liċenzja tagħhom imġedda wara li ssuperaw it-test tal-VRT? Kemm kienu dawk il-vetturi li t-tiġdid tal-liċenzja tagħhom kien rifjutat minħabba li ma ssuperawx it-test? Kemm kien hemm każi fejn ittieħdu passi kontra xi stazzjonijiet liċenzjati għat-test tal-VRT minħabba xi nuqqas? Liema kienu dawn l-istazzjonijiet? X'kien in-nuqqas f'kull każ? X'passi ttieħdu u min ħa d-deċiżjoni dwar in-nuqqas f'kull każ? Hemm xi forma ta' appell minn dawn id-deċiżjonijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa l-aħħar ta` Frar kien hemm 32,027 vettura li għaddew mit-test tal-VRT. S`issa d-Dipartiment ħa passi kontra stazzjon wieħed biss li ħareġ ċertifikat li vettura kienet tajba għat-triq meta fil-fatt dan mhux suppost li ħareġ. Dan l-istazzjon huwa XTC Service Facilities Ltd. Billi b`dan l-aġir l-operatur imsemmi naqas li jħares il-kundizzjonijiet tal-kuntratt li għandu mad-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet, weħel il-penali kif imniżla fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt imsemmi. Bħalissa ma hemm l-ebda forma ta` appell, iżda d-Dipartiment, f`konsultazzjoni mar-rappreżentanti ta` l-Operaturi taħt Kuntratt, qed jipprepara emendi għar-regolamenti sabiex jittwaqqaf Tribunal għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #15595 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment tal-Pedjatrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt il-kura tad-dipartiment tal-pedjatrija u fl-out-patients matul l-1996, 1997, 1998 u 1999, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni li talab l-Onor. Interpellant hija kif ġej:- Sena New Cases Follow-ups ______________________________________ __________________________ 1996 Paediatric Surgery 279 267 Paediatrics 1880 22,960 Nursery N/A 3327 1997 Paediatric Surgery 534 802 Paediatrics 2232 22,160 Nursery N/A 3211 1998 Paediatric Surgery 658 990 Paediatrics 2477 22,954 Nursery N/A 3112 1999 Paediatric Surgery 590 1243 Paediatrics 2285 16,903 Nursery N/A 2245 ________________________________________________ _________________
Leg 9 PQ #15598 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Donazzjoni ta' demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm donazzjonijiet ta' demm matul l-1998 u l-1999? X'kien in-numru tad-donaturi? Kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni li talab l-Onor. Interpellant hija kif ġej:- Sena Donaturi li Donazzjonijiet Nisa Irġiel attendew ________________________________________ _________________________ 1998 19,989 16,431 N/A N/A 1999 18,925 16,666 4,590 12,076 ________________________________________________ ________________ NB: Hemm xi nies li għal xi raguni jew oħra ma jkunux jistgħu jagħtu d-demm. Għalhekk id-differenza fin-numru bejn donaturi li jattendu d-donazzjonijiet.
Leg 9 PQ #15599 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment tal-Fiżjoterapija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li ġew riferuti lid-dipartiment tal-fiżjoterapija matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999, sena sena? X'kienet il-medja tan-numru ta' sezzjonijiet ta' terapija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal servizzi ta' fiżjoterapija fl-Isptar San Luqa u l-Isptar Boffa hija kif ġej:- 1996 1997 1998 1999 ____________________________________________ _____________________ Sptar San Luqa In-Patient __________________________ (Każijie t) 7386 6331 6425 5998 (Sessjonijiet ta' terapija) 62,452 57,867 55,333 57,052 Sptar San Luqa Out-Patient ___________________________ (Każijiet) 2933 3709 4411 4336 (Sessjonijiet ta' terapija) 28,987 36,056 40,690 43,213 Sptar Boffa In-Patient ______________________ (Sessjonijie t ta' terapija) 8816 8069 6814 6491 ______________________________________________ ____________________
Leg 9 PQ #15483 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-għalliema reġistrati part-time fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lil studenti barranin huma għalliema fl-iskejjel ta' l-Istat tul is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Monitoring Board imwaqqaf għall-Iskejjel li jgħallmu l-Ingliż joħroġ permess (EFL Permit) lil dawk l-applikanti kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti skond il-Legal Notice 60 ta' 1996 u kif emendati fil-L.N. 133 ta' 1999 indipendentement jekk jgħallmux fl-iskejjel ta' l-Istat jew le. Għaldaqstant billi ma jidħolx f'dan il-mertu l-Monitoring Board attwalment ma jżommx statistika dwar l-għadd ta' part-time teachers li jgħallmu kemm fl-iskejjel ta' l-Istat kif ukoll fl-iskejjel ta' l-Ingliż. Tlabt li t-tagħrif mitlub jiġi kompilat.
Leg 9 PQ #15484 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permess ta' change of use

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm, fis-snin 1996 - 1999, sena b'sena biex residenzi u garages domestiċi jingħataw permess ta' change of use għal użu kummerċjali, fis-Swieqi? Kemm minnhom inħarġilhom permess u kemm minn dawn intalbu jipprovdu faċilitajiet għal parking minħabba n-natura ġdida tal-użu tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-1996 sa` l-1999, kien hemm 11-il applikazzjoni lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar li jipproponu bdil ta` użu minn residenzi u garages domestiċi għal użu kummerċjali fis-Swieqi. Dawn l-applikazzjonijiet kienu maqsuma hekk, tlett applikazzjonijiet fl-1996, tnejn fl-1997, erbgħa fl-1998 u żewġ applikazzjonijiet fl-1999. Mill-ħdax-il applikazzjoni sottomessa, ġew approvati ħames applikazzjonijiet ma` l-ewwel deċiżjoni u applikazzjoni oħra ġiet approvata fuq rikonsiderzzjoni wara li ġiet rifjutata fl-ewwel deċiżjoni. Mis-sitt applikazzjonijiet approvati, l-ebda każ ma ġie mitlub li jiġu pprovduti faċilitajiet ta` parking b`konnessjoni ma` l-imsemmija approvazzjonijiet.
Leg 9 PQ #15485 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Ħarbiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ħarbiet kollha li seħħew mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin mill-1970 'il hawn, bl-ismijiet tal-priġunieri li ħarbu, id-data tal-ħarba u ta' meta nqabbdu, jekk inqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin bejn l-1970 u l-1977 ħarbu 3 fl-1974, u ħarbu 22 priġunier fl-1976. L-arkivji tal-ħabs li jkopri s-snin 1977 - 1987 kienu ilhom merfugħa fl-Arkivji Nazzjonali u allura ma setgħatx issir riċerka dwarhom. Fl-1988 kien hemm każ wieħed, fl-1989 kien hemm 3, fl-1990 u fl-1991 kien hemm każ wieħed. Fl-1992 kien hemm 7, fl-1993 kien hemm 4, fl-1994 kien hemm 6, fl-1995 kien hemm 3. Bejn l-1996 u l-1999 ma kien hemm l-ebda każ ta` ħrib mill-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, filwaqt li din is-sena kien hemm 4.
Leg 9 PQ #15486 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-priġunieri li hemm fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin skond l-eta' u r-reati tagħhom u l-lokalita' fejn joqogħdu? Kemm minn dawn huma sentenzjati u kemm qed jistennew li jgħaddu proċeduri fil-qorti? Kemm hemm barranin, mil-liema pajjiż ġejjin? Kemm hemm priġunieri nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #15559 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bullet proof vests

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw bullet proof vests fl-1999 u lil min ingħataw? X'kienet l-ispiża totali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 il-Pulizija ma xtratx bullet proof vests. Pero`, kif diġa` kelli l-okkażżjoni li ngħid, huwa ppjanat li matul din is-sena għandhom jinxtraw numru minn dan l-ilbies protettiv.
Leg 9 PQ #15560 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Fizzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fizzjali kollha tal-Korp tal-Pulizija għandhomx aċċess għal użu ta' computers? X'kienet l-ispiża fuq ix-xiri ta' computers fis-sena 1998, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fizzjali kollha tal-Korp tal-Pulizija, ħlief dak riċentement assenjat mad-Dogs and Mounted Section, għandhom aċċess għal użu ta` computers. Infurmat ukoll li fis-snin 1998/99 l-ispiża tal-Korp fuq computers kienet tammonta għal Lm36,350, liema somma ma tinkludiex numru sostanzjali ta` computers miksuba mingħand il-MITTS.
Leg 9 PQ #15235 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kkwalifikaw biex jieħdu apparat u tagħmir mediku matul l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li matul l-1999 ikkwalifikaw għal apparat u tagħmir mediku ieħor b`xejn kien ta` 3154.
Leg 9 PQ #15236 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Schedule V

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' pazjenti li bdew jibbenefikaw mis-Schedule V matul l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li bdew jibbenefikaw mix-Scedule V fis-sena 1999 kien 8802.