Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26941 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Cultural Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-1995 kienx hawn kapijiet ta' skejjel primarji u sekondarji ta' l-Istat li ngħataw cultural leave"? Jekk fl-affermattiv jista' jgħidilna min huma dawn il-kapijiet, ta' liema skola kienu kapijiet meta ngħataw il-cultural leave, is-sena meta ngħataw il-leave u għal kemm-il xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull talba għal 'cultural leave' li tirċievi din id-Diviżjoni tintbagħat b'rakkomandazzjoni lid-Dipartiment tal-Kultura li wara li jkunu tawha l-'clearace' jgħaddu t-talba lill-Management and Personnel Office għall-approvazzjoni. Kull impjegat għandu d-dritt għal massimu ta' għaxart ijiem biss (ġranet ta' xogħol) 'cultural leave' f'kull sena kalendarja. Minn verifika tar-'records' tal-Kapijiet ta' l-iskejjel instab li tnejn minnhom għamlu użu minn 'cultural leave' mill-1995. Dawn huma: Joseph Huber - Skola Primarja Xagħra - mill-4 sas-6 ta' Novembru 1998 Carmel Gatt - Skola tal-Mużika Johann Strauss - mill-10 sa' l-14 ta' Novembru 1997.
Leg 9 PQ #25059 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vittmi ta' Stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar tlett (3) snin kienx hemm ilmenti formali mill-vittma stess jew mill-qraba tagħha dwar il-proċeduri li kienu segwiti waqt l-eżami mediku tal-vittmi ta' stupru? X'kienet in-natura tal-ilmenti jekk fl-affermattiv, u x'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli, matul dawn l-aħħar tlett snin il-Pulizija ma kelliex ilmenti bħal dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellanti.

MEUSAC

Question

Peress li d-dokument tan-negozjati dwar l-ambjent kien approvat mill-MEUSAC u kien iffinalizzat, jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-talbiet tal-Gvern Malti għal perjodi ta' tranżizzjoni jew arranġamenti speċjali oħra f'dan il-qasam?

Response (BORG, JOE)

Is-segwenti hija l-lista ta' derogi u perjodi ta' transizzjoni mitluba mill-Gvern fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma l-ambjent. Kapitlu 22-Ambjent Ż mien Direttiva 98/70/EEC - dwar it-tneħħija gradwali tal- petrol biċ-ċomb 3 snin Direttiva 94/63/EEC - dwar VOC emissions li jirriżultaw mill-ħażna u distribuzzjoni ta' petrol sentejn Direttiva 91/271/EEC - dwar it-tisfija tal-ilma tad-drenaġġ 6 snin Direttiva 76/464/EEC - dwar ir-rimi ta' sustanzi tossiċi fil-baħar 6 snin Direttiva 98/83/EEC - dwar il-kwalita tal-ilma tax-xorb 3 snin Direttiva 96/61/EEC - I nte grated Pollution Prevention and Control sena Direttiva 88/609/EEC - dwar l-emissjonijiet fl-arja minn impjanti kbar li jiġġeneraw l-elettriku 3 snin Direttiva 96/82/EEC - dwar il-kontroll ta' inċidenti li jinvolvu sustanzi perikolużi 4 snin Regolament 2037/00 - li il- base line , li bih jinħadem it-tnaqqis ta' HCFCs ikun dak tas-sena 2001; u (li applika ukoll għad-Deciżjoni 94/68/EC) rigward l-eliminazzjoni tal- methyl bromide 4 snin Direttiva 94/62/EEC: - dwar il-livelli ta' skart tal-ippakkjar li jrid jiġi riċiklat u re-utiliżżat; - rigward artikolu 7 tal-imsemmi Direttiva; - li tinżamm is-sistema eżistenti fl-ippakkjar ta' xorb mhux alkoħoliku eżenzjoni permanenti 3 snin eżenzjoni permanenti Minbarra dawn it-talbiet, il-Gvern fin-negozjati, ħa l-pożizzjoni li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta żżomm d-drawwiet tradizzjonali dwar il-kaċċa u l-insib li żviluppaw bħala riżultat taċ-ċirkustanzi bio-ġeografiċi tagħha.
Leg 9 PQ #23377 Sitting 493 2001-02-14 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ombudsman tal-Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni maħtura bħala Ombudsman tal-Universita' minn meta twaqqfet din il-kariga? Kemm tressqu lmenti minn studenti quddiem l-Ombudsman tul is-snin kemm ilha teżisti din il-kariga? Kemm ittieħdu deċiżjonijiet favur l-istudenti? Kemm ittieħdu favur l-Universita? Kemm min dawn ma ġewx aċċettati bħala lmenti validi? X'inhi l-medja taż-żmien biex tittieħed deċiżjoni mill-Ombudsman?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel Ombudsman ta' l-Universita` kien Dr Joe Brincat LL.D. Is-suċċessur tiegħu appuntat fis-16 ta' Awissu 1998 huwa Prof. V.G.Griffiths li għadu fil-kariga. Mit-8 ta' Ottubru 1997 tressqu quddiem Dr Brincat mill-istudenti 64 każ. Mis-16 ta' Awissu 1998 lill-Professur Griffiths waslulu mill-istudenti 77 każ sal-31 ta' Diċembru 2000. Il-Professur Griffiths jirraporta illi mill-każi ta' studenti li huwa ittratta huwa jsib li f'26 minnhom seta' jagħmel rakkomandazzjoni favur l-istudent quddiem l-awtoritajiet ta' l-Universita` illi f'16-il każ aċċettaw ir-rakkomandazzjoni tiegħu. Il-Professur Griffiths isib li f'57 każ ta' studenti huwa wara l-investigazzjoni meħtieġa ma' setax jaqbel ma' l-ilment. Fil-31 ta' Diċembru 2000 kien fadal 4 każi ta' studenti pendenti quddiem l-Ombudsman ta' l-Universita`.
Leg 9 PQ #23377 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Interim From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ombudsman tal-Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni maħtura bħala Ombudsman tal-Universita' minn meta twaqqfet din il-kariga? Kemm tressqu lmenti minn studenti quddiem l-Ombudsman tul is-snin kemm ilha teżisti din il-kariga? Kemm ittieħdu deċiżjonijiet favur l-istudenti? Kemm ittieħdu favur l-Universita? Kemm min dawn ma ġewx aċċettati bħala lmenti validi? X'inhi l-medja taż-żmien biex tittieħed deċiżjoni mill-Ombudsman?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23378 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Rati Mraħħsa

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numri ta' ħaddiema Maltin li jgawdu mir-rati mraħħsa tal-Gozo Channel? X'inhu n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li jgawdu mill-istess rati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-iskemi li għandha l­Gozo Channel għal rati mraħħsa mhumiex a bażi ta' ħaddiema Maltin jew Għawdxin.
Leg 9 PQ #22658 Sitting 481 2001-01-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi liċenzjati fil-pajjiż? Xi klassifikazzjoni huma? Fil-preżent kemm hemm lukandi ġodda li qed jinbnew u kemm hemm oħrajn fi stadju ta' ristrutturazzjoni jew tkabbir?

Response (REFALO, MICHAEL)

B’riferenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant li tagħha kont weġibt biss għall-ewwel parti u għidt li kont se nwieġeb f’seduta oħra għall-partijiet l-oħra, infurmat li f’dawn l-aħħar snin il-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li jservu l-Ikel approva l-bini ta’ 12 il-lukanda ġdida li l-ebda waħda ma hi lesta. L-HCEB approva wkoll ristrutturazzjoni ta’ 12 il-lukanda kif ukoll it-tkabbir ta’ 17 oħra. Ix-xogħol fuq dawn il-lukandi għadu għaddej.

Djar — Units ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' units ġodda, djar u appartamenti, li tqassmu mill-gvern lill-inkwilini Maltin u Għawdxin mill-bidu ta' l-1971 sat-tmiem tal-2000? Jista' jgħid ukoll kemm mill-inkwilini oriġinali għadhom jokkupaw l-istess fond li ngħatalhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni dwar din il-Mistoqsija qiegħda tinġabar u tingħata risposta aktar tard.
Leg 9 PQ #22658 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Interim From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi liċenzjati fil-pajjiż? Xi klassifikazzjoni huma? Fil-preżent kemm hemm lukandi ġodda li qed jinbnew u kemm hemm oħrajn fi stadju ta' ristrutturazzjoni jew tkabbir?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-preżent hawn 123 lukanda, 53 kumpless turistiku, 54 guest houses u 4 hostels liċenzjati mall-Bord tal-“Lukandi u Stabbilimenti li Jipprovdu l-Ikel”. Il-klassifikazzjoni tagħhom hija kif tidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22660 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji reġistrati fil-pajjiż u liema minnhom qegħdin fi stadju ta' estensjoni? Kemm hemm oqbra disponibbli f'kull ċimiterju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Gvern għandu għaxar ċimiterji rreġistrati fuqu li minnhom hemm ħsieb li ssir estensjoni fiċ-ċimiterju ta` l-Addolorata, il-Mosta, Burmarrad, ta` Braxia, u l-Mellieħa. Preżentament fl-ebda ċimiterju tal-Gvern ma hemm xi oqbra disponibbli.
Leg 9 PQ #22662 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Security Guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħed sick leave minn kull security guard individwalment li jaħdem fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2000? Liema roster jaħdmu dawn l-impjegati? Kemm minn dan is-sick leave ittieħed fil-festi u fil-Ħdud?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Infurmat li s-sick leave li ttieħed minn kull Security Guard assenjat mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif spjegat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. 2. Ir-roster li jaħdmu dawn l-impjegati huma kif indikat hawn taħt. A. 148 (Mija u tmienja u erbgħin) fuq Day, Night, Rest u Off Roster B. 24 (Erba' u għoxrin) fuq Day In, Day Out Roster C. 4 (Erbgħa) fuq Night In, Night Out Roster D. 1 (Wieħed) fuq Day, Day, Off u E. 2 (Tnejn) fuq 5 day week. 3. In-numru ta' sick leave li ttieħed fil-Festi Pubbliċi huwa dak ta' 47 ġurnata minn total ta' 3,166 ġurnata sick leave, kif dettaljat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. 4. In-numru ta' sick leave li ttieħed fil-Ħdud huwa dak ta' 240 ġurnata minn total ta' 3,166 ġurnata sick leave kif dettaljat fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #22503 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Senior House Officers — MRC (Psych)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-senior house officers li ntbagħtu fir-Renju Unit biex jistudjaw għall-MRC (Psych) f'dawn l-aħħar sitt snin - mill-1995? Kemm minnhom iggradwaw u kemm minn dawk li ggradwaw ġew lura Malta skond il-ftehim li kellhom mal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` Senior House Officers li ntbagħtu fir-Renju Unit biex jistudjaw għall-MRC (Psych) mill-1995 huwa sitta (6). Ninsab infurmat li: 1 ġab l-MRC (Psych) u rritorna Malta fl-1999. 4 għadhom qed jistudjaw biex iġibu l-MRC (Psych). 1 irriżenjat is-sena l-oħra.

Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm issejħu strikes u ngħataw direttivi għal azzjonijiet industrijali oħra fil-perijodu Ottubru 1996 - Lulju 1998, b'indikazzjoni ta' liema unions sejħu l-istrikes u taw id-direttivi għall-azzjonijiet industrijali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn Ottubru 1996 u Lulju 1998 issejħu 13-il azzjonijiet industrijali. Il-unions li sejħu dawn l-azzjonijiet industrijali kienu il-GWU u l-UĦM.

Azzjonijiet Industrijali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm issejħu strikes u ngħataw direttivi għal azzjonijiet industrijali oħra fil-perijodu Ottubru 1996 - Lulju 1998, b'indikazzjoni ta' liema unions sejħu l-istrikes u taw id-direttivi għall-azzjonijiet industrijali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Informazzjoni mitluba qiegħda tinġabat u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17340 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħarbiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' ħarbiet ta' persuni minn postijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-pulizija fil-perijodu ta' bejn Ottubru 1996 u Lulju 1998 u jgħid ukoll minn liema taqsimiet saru dawn il-ħarbiet, fosthom mid-depot tal-pulizija, mill-kampus ta' l-SAG u mil-lock up tal-pulizija fl-ajruport ta' Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul il-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellanti minn riċerka manwali ta` records tal-Pulizija jirriżulta li kien hemm 12-il persuna li ħarbu minn postijiet ta` kustodja li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tal-Pulizija. Dawn kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #16085 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema fondi ntużaw sabiex studenti tal-mediċina ta' l-Institute of Health Care iwettqu ħidma fl-Isptar San Luqa fis-sajf?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan is-sajf l-istudenti tal-Fakulta` tal-Mediċina u ta' l-Institute of Health Care jitħallsu mill-vot tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #16045 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Drama Unit

Question

Wara li dan l-aħħar id-Drama Unit tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tellgħet preżentazzjoni teatrali interessanti ħafna dwar junk food, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-preżentazzjoni u oħrajn siewja ta' qabilha dwar temi soċjali oħra humiex se jkunu ffilmjati sabiex l-iskejjel li jixtiequ jarawhom fil-futur ikunu jistgħu jagħmlu dan fl-iskola stess? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il student mar jara din il-preżentazzjoni s'issa u minn kemm skejjel ta' l-Istat u tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-preżentazzjoni teatrali dwar il-Junk Food (Teatru fl-edukazzjoni -T.I.E. JUNK FOOK HIGH) li ttellgħet id-Drama Unit ta' l-edukazzjoni li tinsab fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu, bejn il-21 ta' Frar u s-17 ta' Marzu (18-il ġurnata) attendew b'kollox 3385 student/a li ġew minn 8 skejjel tal-Knisja/privati u 31 skola statali. Informat ukoll li JUNK FOOD HIGH huwa wieħed minn tliet proġetti dwar temi soċjali li d-Drama Unit għandha ppreparat għall-istudenti tal-Forms 3,4,5. Il-proġetti l-oħra huma GENERATION X (dwar l-influwenza tar-riklami u l-isfruttament taż-żgħażagħ) u BIG BULLY (dwar il-problema tal-bullying fis-soċjeta` tagħna). Kull sena, fuq roster ta' tliet snin, jiġi ttakiljat wieħed minn dawn is-suġġetti. L-istudenti tal-Form 3 jiġu fiċ-Ċentru tad-Drama M.A. Borg, il-Blata l-Bajda, li fih id-Drama Unit għandha ċ-ċentru tagħha, u jassistu għal u jipparteċipaw fil-programm teatrali interattiv dwar dak is-suġġett. Dan, normalment, isir fit-tieni term bejn Frar u Marzu. Sadanittant fl-ewwel term membri tal-Unit iżuru lill-istudenti tal-Forms 4 u 5 fl-iskejjel tagħhom bi skript ridott fuq l-istess suġġett u jsiru workshops ma' l-istudenti. B'hekk l-istudenti kollha ta' l-Upper Forms jiġu esposti għal u jaħdmu fuq dawn it-tliet temi soċjali - u kollha jkollhom l-opportunita` li jattendu għall-inqas darba matul it-tliet snin fiċ-Ċentru. L-impatt immedjat, i.e. il-kuntatt ħaj ma' l-atturi/għalliema tad-Drama Unit, huwa ta' mportanza kbira - l-Unit fuq dan tagħfas. Li dawn il-proġetti jiġu ffilmjati mhix idea ħażina għax b'hekk jistgħu jibbenefikaw dawk li għal xi raġuni jkunu tilfu l-opportunita` li jattendu - imma qatt ma jista' jissostitwixxi l-impatt immedjat. Madanakollu qed jiġi studjat mezz kif dawn il-proġetti jiġu fil-fatt iffilmjati u jkun hemm videos għad-dispożizzjoni ta' dawk l-edukaturi li jkollhom bżonnhom.
Leg 9 PQ #16072 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Proċeduri dwar ħarsien

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm matul din is-sena skolastika fit-twettiq tal-proċeduri għall-iskejjel dwar il-ħarsien tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #16073 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Metodu "Let me learn"

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet jeżistu sabiex il-metodu tal-"Let Me Learn" jissaħħaħ u jinxtered f'aktar skejjel? Jista' jindika kif mar s'issa l-proġett pilota, u kif se jkompli jiżviluppa sabiex dan il-metodu tant utli jkun jista' jibbenefika lil tfal li għandhom stil ta' kif jitgħallmu li mhux indirizzat?

Response (GALEA, LOUIS)

Sa issa l-proġett tal-'Let Me Learn' qiegħed jinħadem fi tlett skejjel: dawk tal-Primarja A tal-Mosta, St Elmo Valletta u Fra Diego Bonanno l-Marsa. Numru ta' għalliema f'dawn l-iskejjel ġew imħarrġa u ħadu ċertifikat tat-taħriġ fi Frar 2000. F'dawn l-iskejjel l-LCI (Learning Combination Inventory) li dwaru hu mibni dan il-proġett ġie spjegat lill-għalliema, tfal u ġenituri u beda l-proċess biex jiġi implimentat. Bħal issa, qed jinbnew l-istrutturi u r-riżorsi (sew umani, kemm materjali) biex f'Settembru 2000, barra li jissaħħu u jiżviluppaw il-proġetti mibnija fit-tlett skejjel imsemmija, jidħlu ħames skejjel oħra fl-iskema 'full time', waqt li skejjel oħrajn jieħdu l-ewwel introduzzjoni għall-proġett.