Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-Isptar San Luqa? Hemm xi ħsieb li din il-proċedura titbiddel fil-futur qarib?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-teġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 4938.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix legal commission biex tistudja u tipproponi leġislazzjoni ġdida għall-kura tas-saħħa mentali biex Malta tiġi in line ma' prassi li tintuża minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sa issa ma hemm l-ebda kummissjoni legali dwar leġislazzjoni ġdida għall-kura tas-saħħa mentali.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwettqu l-pjanijiet li diġa' hemm imħejjija għal tibdil fis-sistema tat-traffiku fil-junction perikoluża ħafna li hemm meta wieħed isuq minn taħt il-mini tas-Swieqi 'il fuq lejn Triq St.Elija u Triq Reġjonali fejn ta' spiss isiru inċidenti anke ta' natura serja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ser jagħmel dawn ix-xogħolijiet u d-Dipartiment tat-Toroq lesta s-`survey` għall-lokalita` u qiegħed jiddisinja iċ-`channelisation` meħtieġa biex jgħaddihom lill-Kunsill Lokali biex jitwettqu.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma' jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-isptar San Luqa? Hemm xi ħsieb li din il-proċedura titbiddel fil-futur qarib?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Membru tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat, jiġifieri lill-Ministru tas-Saħħa.
10.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi reġistrati li għandhom 'il fuq minn 5, 10, 15, 20, 25, 30, 35 u 40 sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-karozzi rreġistrati f`Malta li għandhom is-snin indikati hawn taħt huma:
inqas minn 5 snin 35,780
minn 5 snin sa 10 snin 48,101
minn 10 snin sa 15 il-sena 28,512
minn 15 il-sena sa 20 sena 20,666
minn 20 sena sa 25 sena 16,324
minn 25 sena sa 30 sena 18,088
minn 30 sena sa 35 sena 10,184
minn 35 sena sa 40 sena 4,684
`l fuq minn 40 sena 2,991
Dan in-numru ma jinkludix informazzjoni dwar vetturi kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi privati li ġew garaged jew scrapped mill-1993 sal-lum, sena b'sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jżommx statistika tan-numri ta` vetturi li ġew `garaged` jew `scrapped` skond il-kategorija tal-vettura. Għalhekk qed tingħata l-informazzjoni bbażata fuq il-vetturi kollha.
SENA `GARAGED` `SCRAPPED`
1993 - 2,261
1994 1,463 1,641
1995 2,088 1,761
1996 3,683 2,224
1997 7,959 2,480
1998 4,110 3,599
Id-Dipartiment m`għandux statistika ta` kemm kien hemm vetturi `garaged` fl-1993.
Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja — Kodiċi ta' etika
Question
Skond l-Att IX ta' l-1994 waħda mill-funzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja hi li din il-kummissjoni "tifformola kodiċi jew kodiċijiet ta'etika li jirregolaw l-imġieba tal-membri tal-ġudikatura", jista' l-Prim MInistru jagħti indikazzjoni ta' f'liema fażi wasal it-tfassil ta' din il-kodiċi, ħames snin wara t-twaqqif tal-kummissjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-
Ġustizzja ikkunsidrat il-mod kif jiġi abbozzat Kodiċi ta' l-
Etika għall-Ġudikanti u rreferit lill-Ġudikanti varjanti
tal-Kodiċi għall-kummenti tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu lmenti dwar avukati għand il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, sena b'sena minn mindu twaqqfet il-kummissjoni fl-1994?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-
Ġustizzja rreferiet lill-Kumitat għall-Avukati fi ħdanha 75
lment fil-konfront ta` Avukati mill-1994 'l hawn. Minn
dawn 53 ġew deċiżi u 22 għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-iskejjel reġistrati biex jgħallmu l-Ingliż lil barranin kif ukoll l-ismijiet tad-Directors of Studies ta' dawn l-iskejjel u l-kwalifiki relevanti ta' dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista ta' dawk l-iskejjel reġistrati mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex jgħallmu l-Ingliż lill-Barranin u li tinkludi wkoll l-ismijiet tad-Directors of Studies ta' kull skola ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li l-kwalifiki relattivi ta' dawn id-Directors of Studies jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Avviż Legali Nru 60/1996 u skond kif emendati iżjed 'il quddiem b'Avviż Legali Nru 133/1998.
Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il bord kienu ż-żewġ persuni li tressqu l-qorti in konnessjoni mal-kwestjoni tal-paramedic aides? Minn min kienu nominati għal dawn il-karigi?X'rimunerazzjoni kellhom għax-xogħol li kienu jwettqu?
Ir-rimunerazzjoni li kienu jieħdu, jekk kienu jieħdu, kienet skond l-ordni li nħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-1997 li ħadd mill-impjegati fis-segretarjati tal-Ministri ma jista' jirċievi remunerazzjoni għal xogħol li jwettqu f'bordijiet jew kumitati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Miż-żewġ persuni i tressqu l-Qorti nkonessjoni mal-kwestjoni tal-paramedic aides, is-Sur Martin Sultana kien fuq il-kumitat ta' l-Isptar Zammit Clapp.
Mhux magħruf min kien innominah għal din il-kariga.
Is-Sur Sultana kellu renumerazzjoni ta' Lm1000 fis-sena għal xogħol li kien iwettaq. Is-Sur Sultana kien iservi ukoll bħala Registrar tan-Nursing and Midwifery Board mill-ex-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.
Prima facie r-renumerazzjoni tas-Sur Martin Sultana ma kienx skond l-ordni li nħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-1997.
Il-persuna l-oħra s-Sur F. Ripard kienet fuq il-Boards: Nursing and Midwifery Board, Hospital Management Committee St. Luke's Hospital u Mental Health Reform Commission.
Dan ma kien jirċievi l-ebda renumerazzjoni. Kien ġie nominat għal dawn il-karigi mill-ex-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-vetturi li jġorru l-bagalji bejn l-ajruplani u t-terminal qed jikkaġunaw irritazzjoni fl-għajnejn u sogħla fil-ħaddiema ta' l-Air Malta minħabba emission qawwija ta' fumes?
Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema qed isoffru minn dawn l-effetti u jekk id-Dipartiment tas-Saħħa talabx biex tinfetaħ investigazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li f'dawn l-aħħar sitt xhur ma kien hemmx ħaddiema ta' l-Air Malta li ġew irreferuti l-Airport Health Office minħabba irritazzjoni fl-għajnejn jew sogħla, b'konsegwenza ta' ħruġ qawwi ta' foga jew fwar mill-vetturi li jġorru l-bagalji bejn l-ajruplani li jġorru l-bagalji bejn l-ajruplani u t-terminal.
B'rispett nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant illi din il-materja taqa' taħt il-kumpanija Air Malta u tajjeb, jekk jixtieq, jitlob aktar tagħrif mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri hemm biex tingħata liċenzja għall-ftuħ ta' dar ta' l-anzjani privata? Ladarba li l-gvern japprova liċenzja, x'miżuri jieħu biex jaċċerta ruħu li l-livelli stabiliti fl-għotja tal-liċenzja jinżammu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Min ikun interessat jiftaħ dar għall-anzjani għandu japplika lill-Ministeru tas-Saħħa. Wara li ssir l-applikazzjoni l-individwu jiġi mitlub jimla' kwestjonarju li jirrigwarda dettalji dwar il-proġett (per eżempju n-numru ta' impjegati, numru ta' kmamar, numru ta' residenti, servizzi, ecc.).
Meta dan il-kwestjonarju jidħol fid-Dipartiment tas-Saħħa, ssir spezzjoni minn team ta' uffiċċjali rappreżentanti tad-Dipartimenti tas-Saħħa u ta' l-Anzjani, maħtura apposta għal dan l-iskop. Wara din l-ispezzjoni jinħarġu r-rakkomandazzjonijiet lill-applikant. Meta imbagħad l-post ikun jissodisfa r-regolamenti, jingħata parir lill-Ministru tas-Saħħa biex tinħareġ il-Liċenzja rispettiva skond il-Medical and Kindred Professions Ordnance.
Kull liċenzja tkun valida għal sena kalendarja u biex din tiġi mġedda, ssir spezzjoni kull sena biex jiġi aċċertat li l-livell inzamm u xi rakkomandazzjonijiet li jkunu ingħataw ġew implimentati. Minbarra din il-vista ta' rutina, ġieli jsiru spezzjonijiet jekk ikun hemm xi lmenti jew tinħass il-ħtieġa.
18.12.98
Jista' l-Ministru jagħti xi indikazzjoni dwar meta toroq fil-lokalita' tas-Swieqi, li l-kontribuzzjonijiet tagħhom ilhom li tħallsu snin twal, se jkunu asfaltati biex ir-residenti jeħilsu minn inkonvenjent qawwi li ilhom jissaportu żmien twil wisq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq indikati mill-Onor. Interpellant huma tat-tip li għad iridu jiġu asfaltati għal l-ewwel darba. Dawn it-toroq isiru aktar `il quddiem, u dan wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jitqegħdu fil-post.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-iskejjel reġistrati biex jgħallmu l-Ingliż lil barranin kif ukoll l-ismijiet tad-Directors of Studies ta' dawn l-iskejjel u l-kwalifiki relevanti ta' dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lil ALE milli twettaq il-ħidma tagħha f'dik li hi t-tneħħija ta' karozzi abbandunati mit-toroq ta' l-ibliet u rħula tagħna bir-riżultat li dawn qed joħolqu problemi kbar għar-residenti, kif ukoll għal kunsilli lokali li, minkejja rapporti għal xhur sħaħ mhux qed jirnexxilhom isibu ko-operazzjoni mingħand min għandu r-responsabbilta' li jwarrab dan l-inkonvenjent?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minkejja d-diffikultajiet loġistiċi u n-nuqqas ta` trasport speċjali meħtieġ, il-Pulizija kontinwament tneħħi vetturi abbandunati fit-toroq, tant li din is-sena, sat-23 ta` Novembru, tneħħew 182 vettura ta` dan it-tip.
Ninsab infurmat ukoll, li kien hemm każijiet fejn intlaħaq ftehim bejn il-Kunsilli Lokali u l-Pulizija biex vetturi abbandunati jitneħħew mill-Kunsill taħt is-sorveljanza tal-Pulizija.
Qed isiru diskussjonijiet biex tiġi eżaminata l-possibilita` li dan ix-xogħol ikun jista`, bħal fil-każ tat-towing / clamping, isir mill-privat taħt is-sorveljanza tal-pulizija.
04.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani għall-istallazzjoni ta' lift biex is-sular li tinsab fuqu l-Kamra tal-Parlament, kif ukoll kmamar oħra li huma ta' interess għall-pubbliku, isiru aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' u għall-anzjani?
Jekk it-tweġiba hi fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk almenu hux qiegħed jikkonsidra proġett żgħir bħal dan biex l-aċċessibbilta' dejjem tiżdied għal kulħadd?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-tweġiba hija fl-affermattiv u għal dan il-għan hemm tender li diġa' ġiet ippublikata u tagħlaq f'Diċembru biex il-lift propost ikun jista' jsir.
Jista' l-Ministru jindika meta se tibda l-ħidma tant meħtieġ biex jinbnew culverts u jsir xogħol ieħor relatat fis-Swieqi biex tkun eliminata l-problema ta' l-ilma tax-xita li din il-lokalita' tant tbati minnha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jiena ninsab infurmat illi ser isiru studji fuq l-'upgrading' meħtieġ fi Triq is-Swieqi biex isiru culverts għall-ilma tax-xita biex tibda tittaffa l-problema ta' l-għargħar f'din il-lokalita'.
Dan ix-xogħol irid isir b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, id-Dipartiment tad-Drenaġġ u d-Dipartiment tat-Toroq biex ikun hemm koordinazzjoni sħiħa għat-tisħiħ infrastrutturali meħtieġ fi Triq is-Swieqi.
Din is-sistema trid tkun disinjata biex tifforma sinsla fuq liema jkunu jistgħu jiġu mqabbda toroq oħra mingħajr ma jkun hemm problemi.
Jista' l-Ministru jikkonferma meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li jaħdem fl-Isptar Monte Carmeli, kien ikun fuq sick leave, kien jippreżenta ċertifikat tal-mard iffirmat miċ-Chairman ta' l-istess sptar? Jista' l-Ministru jgħid jekk prattika bħal din hijiex kontra r-regolamenti u jekk dan hu minnu, x'passi qed jittieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-informazzjoni li ġbarna jidher li ċertifikati tal-mard li kien jippreżenta l-persuna kkonċernata kienu jkunu iffirmati mic-Chairman ta` jidher ukoll li din il-prattika mhix kontra r-regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regolament li jgħid li koppja miżżewġa ma tistax taħdem fl-istess sptar jew dipartiment? Jekk din ir-regola teżisti, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-Isptar Monte Carmeli hemm koppja miżżewġa taħdem hemm u r-raġel li ismu qed jintbagħat separatament jokkupa l-kariga għolja fl-istess sptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
JIen infurmat li ma teżisti l-ebda policy u l-Estacode ma jgħid xejn dwar is-suġġett imsemmi mill-Onor. Membru.
L-etika professjonali fil-kuntest tas-Servizz Pubbliku titlob f'każijiet bħal dawn il-koppja miżżewġa m'għandhiex taħdem fl-istess sezzjoni ta' Dipartiment jew f'sezzjonijiet fejn jista' jinħoloq `conflict of interest'.
Fil-każ partikolari li għalih qed tirreferi l-Onor. Interpellant ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-koppja ma tibqax taħdem fl-istess sezzjoni.