Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35760 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Impjegati -Overtime

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li matul il-perjodu indikat fil-Mistoqsija (1995-2002 sa Novembru) ġewwa l-iSptar Boffa ittieħed l-ammont ta` overtime kif indikat fit-tabella annessa. Sena Nurses Radiographers Kategoriji ohra Lm Lm Lm 1995 11,475.00 11,529.06 4,613.14 1996 5,664.86 13,366.22 4,608.87 1997 17,943.76 8,492.00 545.00 1998 20.65 7,750.00 1,701.00 1999 987.09 6,818.00 0.00 2000 690.00 7,795.66 962.34 2001 9,237.31 9,995.00 1,221.00 2002 1,695.00 10,472.90 4,353.00
Leg 9 PQ #36626 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux sistemi biex il-pazjenti barranin li għandhom l-obbligu li jħallsu tas-servizzi mediċi li jirċievu ġewwa l-isptarijiet tal-gvern fil-fatt iħallsu dak kollu dovut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar San Luqa, il-lum hemm dawn is-sistemi li jiżguraw li pazjenti barranin iħallsu tas-servizzi mediċi ta` dak kollu li hu dovut minnhom. Hemm sistema ta` depożiti li jitħallsu qabel jingħata s-servizz u oħrajn li jitħallsu wara li jingħata s-servizz. Mad-dħul ta` pazjent barrani fl-Isptar San Luqa, il-familjari tiegħu jintalbu jmorru fil-Billing Section sabiex jiddiskutu il-mod tal-ħlas. Meta pazjent barrani jkun inxurjat, l-insurance barranija tiġi mitluba li tibgħat fax fejn tikkonferma li tidħol responsabbli għall-ħlas tal-kont ta` l-isptar. Meta pazjent barrani jkun ħiereġ mill-isptar, jinħariġlu kont u jintalab iħallas l-ammont dovut bi flus kontanti, b'cheque jew bi credit card. Meta pazjent barrani ma jkollux flus fuqu sabiex iħallas il-kont, huwa jiġi mitlub jiffirma dikjarazzjoni li huwa jaċċetta li jħallas il-kont. Kwalunkwe kont li ma jitħallasx mat-tluq ta` pazjent barrani mill-isptar, jiġi segwit mis-sezzjoni tar-Revenue sakemm isir il-ħlas.
Leg 9 PQ #36627 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Hospital Auxiliaries

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm hospital auxiliaries jaħdmu f'dipartimenti oħra barra dak tas-saħħa u ta' l-anzjani? Meta sar dan iċ-ċaqliq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` Hospital Auxiliaries li ma jaħdmux fis-settur tas-Saħħa huwa 24. Iċ-ċaqliq sar kif jidher hawn taħt: 1991 1 1993 1 1995 1 1996 4 1997 3 1998 2 1999 5 2000 2 2001 2 2002 3 TOTAL 24
Leg 9 PQ #36626 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Interim From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux sistemi biex il-pazjenti barranin li għandhom l-obbligu li jħallsu tas-servizzi mediċi li jirċievu ġewwa l-isptarijiet tal-gvern fil-fatt iħallsu dak kollu dovut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36627 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Interim From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Hospital Auxiliaries

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm hospital auxiliaries jaħdmu f'dipartimenti oħra barra dak tas-saħħa u ta' l-anzjani? Meta sar dan iċ-ċaqliq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36628 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Swieqi — Triq is-Swieqi - Kaxxa ta' l-Ittri

Question

Jista' il-Ministru jgħid, issa li sar ix-xogħol li kellu jsir, meta se terġa' titwaħħal il-kaxxa ta' l-ittri fi Triq is-Swieqi, Swieqi, peress li n-nuqqas tagħha qed jinħass minn numru kbir ta' residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Maltapost bħalissa qed tagħmel eżerċizzju ta' reviżjoni dwar l-allokazzjoni preżenti tal-kaxxi ta' l-ittri kollha f'Malta. Jekk tittieħed deċiżjoni li l-kaxxa ta' l-ittri fit-triq imsemmija tkun waħda minn dawk li ser jitħallew fis-servizz, din terġa' titwaħħal fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #36629 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Għargħur - Triq Santa Katerina - Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lill-vetturi fi Triq Santa Katerina, limiti tal-Għarghur, minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena, xahar b'xahar? Kemm minn dawn ġew ikkontestati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sat-30 ta` Settembru 2002, ingħataw 42 ċitazzjoni tat-traffiku fi Triq Santa Katarina, Għargħur li minnhom tħallsu 5.
Leg 9 PQ #35750 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Constant Watch

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 34624, jista' il-Ministru jgħid liema miżuri kkontribwew għall-qabża sostanzjali fl-ispiża bejn l-2000-2001 u x'passi jistgħu jittieħdu biex din titnaqqas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-fatturi li kkontribwew għall-qabża fl-ispiża tal-constant watches bejn l-2000 u l-2001 huma dawn: a. F'Jannar 2001 kien hemm żieda qawwija fis-salarji b'riżultat ta' 'Civil Service Agreement'. b. Sistema ġdida ta' allokazzjoni ta' overtime ġiet introdotta fl-isptar Monte Carmeli, b'riżultat li kien hemm iżjed sigħat allokati lil Constant Supervision u anqas lin-nursing duties normali. c. Fattur ieħor għaż-żieda fl-ispiża hi li l-isptar kellu jagħti aktar overtime lil l-istaff minħabba li kompla jiżdied in-nuqqas ta' staff. Passi biex jitnaqqas l-infieq: 1. Ġie maħruġ Protocol dwar kemm għandu jdum il-Constant Supervision u dwar min jista' jawtorizzah. 2. Qiegħed isir kull sforz biex jiġu mpjegati aktar nurses. 3. Qiegħed isir kull sforz biex jiġu utilizzati aħjar ir-riżorsi umani ta' l-isptar.
Leg 9 PQ #35755 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Constant Watches

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 34624, jista' il-Ministru jagħti breakdown taċ-ċifri tan-nefqa bejn constant watches u overtime ieħor ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, sena b'sena f'dawn l-aħħar tmien snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #35756 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Impjegati - Overtime

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #35758 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Impjegati - Overtime

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #35760 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Interim From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Impjegati -Overtime

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Sptar San Vincenz de Paule — Impjegati - Overtime

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar San Vinċenz de Paule?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33671 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta, għaliex u minn min ittieħdet id-deċizjoni li Triq Santa Katerina fil-Madliena, limiti tan-Naxxar, issir aċċessibbli biss għall-vetturi tar-residenti ta' l-istess triq?

Response (BORG, TONIO)

Peress li hemm 2 kmamar tan-nar fl-istess triq (li ġew allokati hemm mill-Gvern snin ilu fl-istess triq), il-liġi titlob li tali triq ma tkunx miftuħa għat-traffiku kollu. Għalhekk ġie ristrett l-aċċess sabiex jiġu osservati l-provvedimenti tal-liġi.
Leg 9 PQ #31773 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-akbar numru ta' tfal li jista' jakkomoda iċ-Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal fl-Isptar Zammit Clapp? X'inhu n-numru ta' tfal li fil-preżent qed jagħmlu użu minn dan iċ-Ċentru? Min huma l-ġenituri eliġibbli li jieħdu lil uliedhom f'dan iċ-ċentru? X'inhi r-rata ta' ħlas għal a) ulied impjegati ta' Zammit Clapp b) tfal oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru massimu ta` tfal li jistgħu jiġu akkomodati fiċ-Ċentru hu ta` 20. In-numru ta` tfal li fil-preżent qed jagħmlu użu minn dan iċ-Ċentru huwa hekk: 27 ta` ġenituri - ħaddiema ta` Sptar Zammit Clapp 17 mhux ta` ġenituri - ħaddiema ta` Sptar Zammit Clapp Fil-każ ta` tfal ta` ġenituri - ħaddiema ta` ZCH medja ta` 3 itfal jattendu kuljum, 11 f'weekends u Festi Pubbliċi, 10 fil-btala, u 3 kultant iżda mhux ta` spiss. Fil-każ ta` tfal ta` ġenituri mhux - ħaddiema ta` ZCH medja ta` 6 itfal jattenu kuljum. L-impjegati kollha ta` l-iSptar Zammit Clapp huma eliġibbli li jieħdu lil uliedhom f'dan iċ-Ċentru. Tfal ta` ġenituri lil ma jaħdmux l-iSptar Zammit Clapp jiġu kkunsidrati skond l-eta`, il-ħinijiet li jkollhom bżonn jattendu, u jekk ikunx hemm post vojt għalihom. It-tfal ta` l-impjegati ta` l-isptar m'humiex suġġetti għall-ħlas għas-servizzi taċ-Ċentri, filwaqt li t-tfal oħra huma suġġetti għall-ħlas. Ir-rata ta` ħlas ta` din il-kategorija tvarja skond in-numru ta` l-ulied, ħinijiet u frekwenza ta` l-attendenza kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29396 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mature Students

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu n-numru ta' mature students li qed jistudjaw għal 1) degrees 2) diplomas? Kemm minn dawk l-istudenti huma nisa? Hemm il-ħsieb li dawn l-istudenti jingħataw il-faċilita' tal-ismart card biex ikunu megħjuna fl-ispejjeż tal-istudji tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` ma tirreġistrax studenti bħala 'mature students'. Hemm provediment fir-regolamenti għad-dħul li jippermetti li studenti li għandhom il-fuq minn 23 sena jkunu reġistrati f'kors anke jekk ma jkollhomx ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul sakemm ikollhom kwalifiki oħra, inkluża esperjenza, li tissodisfa lil Fakulta` li huma jistgħu jsegwu l-kors. Għalkemm dawn l-istudenti jidħlu f'kors taħt din il-klawsola, komunament magħrufa bħala l-maturity clause, huma jkunu rreġistrati bħala studenti regolari bħall-istudenti l-oħra kollha. Din is-sena daħlu studenti taħt din il-klawsola kif ġej: 157 - f'korsijiet li jwasslu għal Certificate jew Diploma 130 - f'korsijiet li jwasslu għal Degree. Skond il-Legal Notice tal-Maintenance Grant dawn l-istudenti mhux awtomatiku li jieħdu l-istipendju, iżda dawk li huma breadwinners jew jagħtu prova lill-Bord li għandhom ċirkostanzi ta' tbatija fil-familja tagħhom, jingħataw il-Maintenance Grant. Il-Bord din is-sena rċieva 9 talbiet minn dawn l-istudenti li 5 minnhom kienu approvati.
Leg 9 PQ #28333 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tgħallim ta' l-Ingliz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' lmenti li saru minn studenti barranin fil-konfront ta' skejjel li jagħllmu l-Ingliz fix-xhur Mejju-Awissu 2001? X'tip ta' lmenti saru passi ttieħdu f'dawn il-każi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu Mejju - Awissu 2001 kien hemm ilment wieħed mill-Avv Mauro Arie għan-nom ta' żewġ studenti Taljani kontra l-familja li kienu joqogħdu magħha li, skond hu, ttrattathom ħażin. L-azzjoni ttieħdet mill-Bord tat-Turiżmu li hu responsabbli għal-liċenzji biex familji jilqgħu għandhom studenti barranin. Ir-riżultat kien li din il-familja ġiet 'black listed' u tilfet il-liċenzja biex tista' żżomm studenti barranin.

Highway Code

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kodiċi tas-Sewqan (Highway Code) li tħabbret il-ġimgħa li għaddiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kodiċi tas-Sewqan (Highway Code) mitluba mill-Onor. Interpellanta.

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet u l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-Gvern, ovvjament dejjem b'referenza għal dawk li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #28521 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet, l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-gvern? X' inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.