Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5214 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pacemaker clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jattendu l-pacemaker clinic fl-Isptar Mater Dei? Liema tipi ta' pacemakers jintużaw u x’inhu n-numru ta’ pazjenti għal kull tip different ta’ pacemaker?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 1,774 pazjent li jattendu l-Pacemaker Clinic fl-Isptar Mater Dei. Tlett tipi ta’ pacemakers jintużaw: single chamber , dual chamber u triple chamber . Single chamber pacemakers : 65% tal-pazjenti Dual chamber pacemakers: 34% tal-pazjenti Triple chamber pacemakers: 1% tal-pazjenti
Leg 12 PQ #5215 Sitting 81 2013-11-13 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — anti coagulant clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jattendu l-anti coagulant clinic fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fil-polikliniċi? Jinżamm reġistru ta’ dawk li jsofru minn side effects tal-warfarina u tal-fatalitajiet b' konsegwenza tal-warfarina?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-preżent madwar 600 pazjent jattendu kull ġimgħa fl-Anticoagulant Clinic fl-Isptar Mater Dei. Barra minn hekk hemm ukoll madwar 650 pazjent ieħor li jiġi ittetjat l-INR tagħhom fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat, Raħal Ġdid, Furjana, Bormla, Birkirkara, il-Gżira u l-Mosta. F’dan il-proċess iċ-ċentri tas-saħħa jiġbru l-kampjuni mingħand il-pazjenti nvoluti li mbgħad jintbgħatu fl-Isptar Mater Dei biex jiġu proċessati. Infurmat ukoll li fiċ-Ċentri tas-saħħa bħallissa ma teżistiex ACC Clinic . Dini l-klinika tal- ACC ser tinbeda fis-sena 2014 bħala outreach clinic .

skola tal-mużika Johann Strauss – studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn studenti li qed jattendu l-iskola tal-mużika Johann Strauss u x'inhi l-età tagħhom? Liema strumenti qed jiġu mgħallma, u kemm hemm studenti li qed jitgħallmu kull strument, u sa liema grad jistgħu jaslu? Jista' jgħid jekk studenti ta' din l-iskola jingħatawx preferenza jekk ikunu se jdoqqu fl-Orkestra Filarmonika ta' Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa qed jiġu offruti 26 kors bil-parteċipazzjoni ta’ 1,410 student. Dan jinkludi 414-il student li jattendu l-kors tat-Teorija, li 377 student minnhom jattendu wkoll kors ieħor fil-prattika. Il-lista sħiħa tal-korsijiet, bin-numru ta’ studenti li qed jattendu kull kors, l-etajiet tagħhom u l-għola grad li qed jiġi mgħallem f’kull kors, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru għat-Turiżmu.

Barrieri tal-ġebel tal-franka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn barrieri tal-ġebel tal-franka li għadhom qed jiffunzjonaw? Kemm kienet il-produzzjoni annwali tal-ġebla tal-franka tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm-il barriera waqfet tiffunzjona dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' barrieri li kellhom liċenzja tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi fis-sena 2013 kien ta' 56, filwaqt li fis-sena 2009 l-ammont kien ta' 57. L-Awtorità m'għandiex informazzjoni fuq il-produzzjoni annwali tal-ġebla tal-franka.

Il-Pietà/Gwardamanġa — zuntier

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq iz-zuntier tal-Pietà/Gwardamanġa li kien maqbul mal-amministrazzjoni l-oħra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol indikat se jinbeda fil-bidu tas-sena d-dieħla.

servizz tat-telefown — premium numbers attivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn premium numbers attivi (numri speċjali li jintbagħtu b'SMS jew b'telefonata) għal skop ta' donazzjoni jew skop kummerċjali? Kemm minnhom jintużaw għal skopijiet kummerċjali kif ukoll għal donazzjonijiet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li l-figuri approssimattivi għan-numri “ premium ” li kienu attivi sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, kienu madwar 125 numru utiliżżati għal skopijiet ta’ natura kummerċjali, u madwar 150 numru li kienu qegħdin jiġu utiliżżati għal skopijiet ta’ donazzjonijiet. L-operat ta’ dan is-servizz ma jippermettix li l-istess numru jiġi ntużat fl-istess ħin għal skopijiet kummerċjali kif ukoll għal donazzjonijiet. Il-figuri msemmija hawn fuq huma approssimattivi minħabba n-natura u l-operat tas-servizz "premium" fih innifsu. Hemm bosta fatturi li jaffettwaw l-użu u d-domanda għal dan is-servizz fosthom; il-perijodu tas-sena, attivitajiet kummerċjali u promozzjonali u avvenimenti lokali kif ukoll internazzjonali. Għaldaqstant, il-figuri dejjem jinbidlu minn xahar għal xahar.

servizz tat-televiżjoni — subscribers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il klijent hawn li huwa subscriber tas-servizz tat-televiżjoni? Jista’ jagħti lista ta' subscribers għal kull sena bejn 2008 -20131 sa Ġunju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ subscribers għal servizz ta’ televiżjoni fl-aħħar ħames snin huwa kif rapportat fit-tabella segwenti: 2009 2010 2011 2012 2013 139,336 143,752 149,727 147,896 149,049

kumpaniji diġitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji diġitali li qed jagħmlu użu mill-hosting, server farms u co-locations ġewwa pajjiżna? Kemm minn dawn huma reġistrati mal-Awtorità tal-Logħob u l-Lotteriji (LGA)? Minħabba n-natura ta' data protection u sigurtà ta' dan it-tip ta’ hosting u servizz, mhux qed nistaqsi min huma il-kumpaniji jew ma' liema operatur huma klijenti.

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA) għandha 229 kumpaniji diġitali reġistrati li qed jagħmlu użu mill-hosting, server farms u co-locations ġewwa pajjiżna.

Kontravenzjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kontravenzjoni tat-traffiku saru f’Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti tabella ta’ dan għal kull sena? Kemm minnhom inħarġu mill-pulizija u kemm inħarġu mill-gwardjani lokali, kif ukoll f’liema lokalitajiet kull sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjoni tat-traffiku irrapurtati mill-Pulizija bejn l-ewwel ta’ Jannar 2009 u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena huwa kif gej: 2009 2010 2011 2012 2013 68,017 90,605 102,446 97,353 66,796 Infurmat ukoll, ma tinżammx statistika bil-lokalità, filwaqt għal dak li jikkonċerna lill-Gwardjani Lokali, ġentilment nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi lill Ministru kkonċernat.

Households u ażjendi bil-pannelli fotovoltajiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn households privati, ażjendi privati u stabbilimenti jew proprjetà tal-Gvern li għandhom pannelli fotovoltajiċi? Xi kwantità ta’ megawatts jipproduċu kull sena (lista għal kull sena)? X’inhu l-perċentwali li qed jiġi ġġenerat vis-à-vis il-bżonn annwali ta’ megawatts fil-pajjiż?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #5048 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — estensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm il-permessi kollha meħtieġa għall-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni msemmija tinsab xolta (withdrawn) minħabba li rirekwiżiti mitluba mill-MEPA ma ġewx sottomessi fil-ħin mogħti mill-Fondazzjoni għas-Servizz Mediċi ( FMS).
Leg 12 PQ #5049 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — proċess tal-konvenji fuq xiri tal-oqbra

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proċess tal-konvenji fuq xiri tal-oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata ġiex sospiż? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-process tal-konvenji fuq ix-xiri ta l-oqbra fiċ-ċimiterju tal-Addolorata huwa temporanjament sospiz, u dan sar sakemm ikun hemm il-permessi kollha meħtiega. Ninsab infurmat ukoll li permess bin-numru PA 0556/02 għall-istess estenzzjoni fiċ-ċimiterju tal Addolorata kien diġà maħrug mill-MEPA fis-26 ta Ġunju 2006 imma sfortunatament dan kellu jiġi mwaqqa minħabba li ma kienx inbeda x-xogħol fiż-żmien ħames snin kif tgħid il-liġi, u għalhekk kien qed jinbiegħu oqbra mingħajr permess u mingħajr ma ġie adġudikat offerta biex jingħażel kuntrattur biex issir ix-xogħol.
Leg 12 PQ #5050 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — konvenji fuq xiri ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu saru konvenji fuq xiri tal-oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata qabel Marzu 2013? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-ħlas fuq dawn il-konvenji?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-proċess tal-konvenji fuq ix-xiri tal-oqbra nbeda fi Frar tal-2013. In-numru ta’ applikanti li ntbagħtu l-appuntament sabiex jattendu għall-konvenju sal-aħħar ta’ Marzu kienu 87 u li minnhom dehru għall-konvenju 41. Il-ħlas kien ta’ €2500 hekk kif stabbilit fl-Avviz Legali 327 tal-2012 - Ordni tal-2012 li jemenda l-Ordni dwar il-Prezz li għandu jitħallas għall-Akkwist ta’ Oqbra u Siti għal Oqbra.
Leg 12 PQ #5203 Sitting 78 2013-11-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Cancer carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn cancer carers f'Malta u Għawdex u xi kwalità ta' taħriġ qed jingħataw? Jeżisti xi tip ta' reġistru uffiċjali ta' dawn il-cancer carers?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li jekk bil-kelma cancer carers qed infisru ( infermiera), ġo l-Isptar Boffa hemm 63. Dawn qed jingħataw taħriġ dwar: Training in palliative Care, Chemotherapy Training, Breaking Bad News, Line Management, Post-Grad with Diploma in Oncology, Oncology certification from the faculty of Health Science, Radio therapy in Cancer Care. Infurmat ukoll li ma’ jezisti l-ebda reġistru uffiċjali ta’ dawn il- cancer carers
Leg 12 PQ #4895 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Esportazzjoni ta’ deheb u fidda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4051 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġie esportat deheb u fidda minn Malta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bi spjegazzjoni f’ammont u valur bejn l-2009 sal-2012?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4896 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni u esportazzjoni ta’ sigaretti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4052 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka kemm jiġu importati u esportati sigaretti min Malta fis-sena, kemm ġew ikkonsmati sigaretti f’Malta u Għawdex, kif ukoll l-ammont ta’ dazju li nġabar minn fuqhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #4897 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4053 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda kif ukoll second hand fl-2012 u kemm ġew skrappjati karozzi fl-2012? Minn dawn l-imsemmija karozzi importati ġewwa Malta, kemm minn dawn kienu petrol, diesel, hybrid jew bl-elettriku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2012 ġew impurtati total ta’ 4,335 karozza minn pajjiżi terzi. Il-karozzi li ġew impurtati huma kif ġej: Petrol ġodda - 2,779 Diesel ġodda - 380 Petrol second hand – 1,148 Diesel second hand - 2 Karozzi li jaħdmu bl-elettriku - 26 Rigward l-ammont ta’ karozzi li ġew skrapjati nitlob lill-Onor. Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Transport Malta.

Ċensiment ta’ residenti Għawdxin u ta’ Kemmuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4054 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċifri maħruġa miċ-ċensiment li sar fl-2011 li juru kemm kien hemm domanda għar-residenti li hemm ġewwa Għawdex u Kemmuna, kemm minnhom huma Maltin kif ukoll barranin maqsuma skont l-etajiet, kemm hemm minnhom għandhom ID card bil-(M) u kemm minnhom għandhom ID card bil-(G), kemm minn dawn jaqgħu taħt old dependency age? Kemm minn dawn il-persuni jgħixu għal rashom, kemm hemm minnhom jgħixu ma’ xi qarib jew qraba tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqoqsija lil Ministeru konċernat
Leg 12 PQ #4936 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Spiża fuq mistoqsijiet parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mistoqsijiet parlamentari li l-aktar li ġiet tiswa biex tingħata tweġiba kif ukoll dik li l-inqas li ġiet tiswa fost dawk li saru bejn l-2008 u l-2012? Jista' jagħti l-ispiża totali inkluż ir-riċerka li saret?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Forzi Armati ta' Malta- suldati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm suldati fl-armata? kemm suldati ġew involuti f'attività barra l-pajjiż f'dawn l-aħħar ħames snin u f'liema pajjiżi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Hemm elf ħames mija u disgħa u tletin (1,539) suldat u tmenin (80) rekluta fil-Forzi Armati ta’ Malta. Sitt mija u tmienja u sittin (668) suldat kienu involuti f'attività barra l-pajjiż f'dawn l-aħħar ħames snin, din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.