Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7021 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Breast Implants Operations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru breast implants operations f’Malta dawn l-aħħar ħames snin? Hemm xi ħsieb li jiddaħħal reġistru biex dan ikun magħruf?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tan- National Hospital Information System mid-Direttorat ta’ l-Informazzjoni fuq is-Saħħa u Riċerka, in-numru ta’ operazzjonijiet ta’ breast implants u breast augmentation li saru fis-sptarijiet (li jinkludi żewġ sptarijiet privati ewlenin) f’dawn l-aħħar tlett snin minn meta din l-istatistika bdiet tinġabar minn sptarijiet privati ukoll, jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ Operazzjonijiet ta’ breast implants u breast augmentation 2010 265 2011 287 2012 331 Infurmat ukoll li l-entitajiet fejn jinsabu t-teatri rispettivi tal-operazzjonijiet fejn isiru dawn il-proċeduri jżommu reġistri għal breast implants li jkunu intużaw. Għaldaqstant m’hemmx reġistru wieħed uniku li jidduplika dawk tal-entitajiet rispettivi.
Leg 12 PQ #6696 Sitting 103 2013-12-16 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Donazzjoni tad-demm — Donaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm donaturi tad-demm f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti tabella li turi n-numru ta’ donaturi ta’ demm bejn l-2008 u l-2013? Għaliex donatur jissejjaħ regolari u kemm hemm donaturi regolari reġistrati? Jeżisti xi inċentiv biex aktar donaturi jsiru regolari?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Qorti – Individwi mressqa fuq prostituzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu individwi l-Qorti f’dawn l-aħħar ħames snin rigward prostituzzjoni? Jista’ jagħti t-tabella li turi n-numru ta’ individwi li tressqu l-Qorti bejn l-2008 u l-2013? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin u minn liema pajjiżi kienu ġejjin? Jista’ jgħid jekk dawn l-individwi jsirilhomx screening ta’ mard li jiġi trasmess sesswalment u jekk dawn l-individwi jingħatawx għajnuna sabiex jirriformaw ruħhom u jsibu xogħol?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi it-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Persuni imressqa l-Qorti Numru ta’ każi. Nisa Irġel Maltin Barranin 2008 51 14 65 nil 204 2009 49 12 61 nil 335 2010 97 8 105 nil 722 2011 79 13 91 1 Fillipini 634 2012 65 9 73 1 Ukrain 718 2013* 55 8 63 nil 322 *sa l-aħħar ta’ Novembru. Ma hux kompetenza tal-pulizija li jsir screening għall mard, filwaqt li jekk xi persuna minn dawn titlob l-għajnuna, l-pulizija jirreferu din it-talba lill-enitajieit li jipprovdu tali għajnuna.

Ismijiet ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn toroq f’Malta u Għawdex msemmija għal nies Maltin (prominenti jew patrijotti)? X’perċentwal hu dan mit-toroq kolla? Hemm il-ħsieb li jinbidlu xi ismijiet ta’ toroq biex jissemmew għal dawn in-nies?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie maħtur li Street Naming Committee il-ġdid ma sab l-ebda informazzjoni jew xi tip ta’ rendikonti ta’ l-ismijiet tat-toroq. Din l-informazzjoni trid tinġabar mill-ġdid.
Leg 12 PQ #6324 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kontravenzjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4938 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il kontravenzjoni tat-traffiku saru mill-gwardjani lokali f’Malta u f’Għawdex f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti t-tabella ta’ dan għall kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti ukoll f’liema lokalitajiet saru dawn il-kontravenzjonijiet?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6325 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Għajnuna psikoloġika lill-qraba ta’ pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4744 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern hux jipprovdi għajnuna psikoloġika lill-qraba ta’ pazjenti li mietu, li qegħdin l-ITU jew li kellhom korriment? Jekk iva, kemm-il individwu għamel użu minn dan is-servizz? Jekk le, hemm il-ħsieb li jitwaqqaf dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Psikologi, għalkemm kienu impjegati fil-qasam tas-Saħħa Mentali, bdew joffru s-servizzi tagħhom fl-isptar Mater Dei minn mindu infetaħ, eżattament minn Awissu 2007. Huma irċevew riferti minn diversi konsulenti; fost dawn kien hemm riferti dwar persuni li kellhom xi inċident u persuni li mietilhom xi ħadd. Minħabba li l-psikologi kienu accountable lejn il-qasam tas-saħħa mentali, l-istatistika li kienu mitluba iżommu ma kienx fiha dettaji speċifiċi dwar il-pazjenti riferuti mill-Isptar Ġenerali. L-Istatistika mitluba u miżmuma kienet kemm ġew referuti persuni u minn liema konsulenti. F'Novembru 2013 ġie organizzat kollox mill-qiegħ u ġew stabbiliti is-servizzi psikoloġiċi propriji għal Mater Dei b’distinzjoni minn dik tas-servizz tas-saħħa mentali u tfassal pjan ħolistiku b'ingaġġ ta' psikologi ġodda, ikollna servizzi psikoloġiċi professjonali fl-Emerġenza u l-ITU u l-IVF; servizzi li jixirqu lill-Sptar modern fl-Ewropa.

każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu ripetuti, kemm minnhom tressqu l-qorti u x’pieni rċevew? Kemm minnhom irriżultaw f’dannu fiżiku permanenti? Hemm xi ħsieb li jiġi stabbilit reġistru li jippubblika l-ismijiet ta’ dawk li jinstabu ħatja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika rrapurtati lill-Pulizija u n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk: 2009 2010 2011 2012 2013 Każijiet ta’ vjolenza domestika rrapurtati lill-Pulizija 543 659 848 1028 850 Persuni mressqa l-Qorti 651 720 1010 732 563 Il-pieni mgħotija lill-dawk misjuba ħatja kienu jinkludu multa; ordni ta’ probation; ordni għal liberazzjoni taħt kondizzjoni; sentenza sospiza u garanzija personali. Infurmat ukoll illi tagħrif dwar kemm kienu repeated offenders u n-natura ta’ feriti tal-vittmi mhux disponibbli taħt forma ta’ statistika. Inġibditli l-attenzzjoni illi fit-Twegiba ghall Mistoqsija Parlamentari numru 1818, in-numru ta’ persuni mressqa l-Qorti matul is-sena 2011, bi zvista ġie mgġoti bħala 101, meta filfatt ried ikun 1010 kif imsemmi fit-Twegiba li qed nagħti illum.
Leg 12 PQ #6347 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Twelid ta’ trabi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal f’dawn l-aħħar ħames snin (kull sena)? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-twelid b’ċesarja, bl-għodda jew ventouse u twelid normali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin twieldu 21,013-il tarbija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-twelid b’ċesarja, bl-għodda jew ventouse u twelid normali.
Leg 12 PQ #6348 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Twelid ta’ trabi — tewmin jew triplets

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm twelid ta’ tewmin jew“triplets f’kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu b’IVF?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ twelid ta’ tewmin jew ‘triplets’ kull sena għall-aħħar ħames snin skont kellhomx ‘Assisted Reproductive Technology’ huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6349 Sitting 99 2013-12-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Twelid ta’ trabi — Cerebral palsy

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm kien hemm tfal“diagnosed” b’cerebral palsy f’dawn l-aħħar 5 snin? B’liema mod twieldu: b’ċesarja, b’ventouse jew bi ħlas normali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ tfal li gew riferuti fic-CDAU li ġew diagnosed b’celebral palsy bejn l-2008 u l-2013 huma 13. Dawn twieldu: · 8 bi ħlas normali · 3 b’ċesarja · 2 b’ventouse

Servizz tal-Emerġenza 112 – sejħiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa telefonika kien hemm fuq is-servizz uniku Ewropew ta’ telefonati ta’ emerġenza fuq in-numru 112 bejn l-2011 sa Ġunju 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li bejn l-1 ta’ Jannar 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2013 kien hemm 1,346,480-il telefonata ta’ emerġenza fuq in-numru 112.

MCA – applikazzjonijiet għat-Trust-Mark u t-Trust-Online

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iskema trust-mark u l-iskema trust-online mal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni sabiex websites ikunu ċċertifikati li huma siguri għall-business online kif ukoll iservu ta’ serħan il-moħħ għall-konsumaturi li jagħmlu użu minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li bħallissa hemm 13-il sit elettroniku li għandu Trust-Mark eShop, li hi amministrata mill-Awtorita' ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni. L-Aworita' ma tamministra l-ebda skema bl-isem ta’ trust-online.
Leg 12 PQ #6320 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Belt Valletta – restawr

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4134 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm sewa s’issa r-restawr tal-Belt Valletta u kemm se jiġi jiswa ladarba dan jitlesta kompletament?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu. Sadanittant jekk l-Onorevoli Interpellant kien qiegħed jagħmel referenza għar-restawr tas-swar, ninfurmaħ li l-proġett tar-restawr tas-swar li qed jaħdem fuqu id-Direttorat tar-Restawr u li qed isir b’ko-finanzjament ta’ 85% mill-UE permezz tal-programm ta’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (FEZR) jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu u għandu jitlesta fl-2014. F’dan il-proġett se jkunu ġew irrestawrati s-swar kollha tal-landfront tal-Belt mill-Bastjun ta’ Sant Andrija in-naħa ta’ Marsamxett sal-Bastjun ta’ San Pietru u San Pawl in-naħa tal-Port il-Kbir. In-nefqa s’issa laħqet l-ammont ta’ disa’ miljuni, erba’ mija u wieħed u disgħin elf, tlett mija u sitta u sebgħin Ewro u tmintax-il ċenteżmu ( €9,491,376.18) , filwaqt li għad hemm pjanat nefqa ta’ miljun, erba’ mija u ħamsa u għoxrin elf, erba’ mija u wieħed u sebgħin Ewro u għaxar ċenteżmi (€1,425,471.10).
Leg 12 PQ #6321 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

materjal radjuattiv — Importazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4266 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm jiġi importat materjal radjuattiv f’Malta kull sena? Min jagħmel użu minnu? Min hu responsabbli għat-trasport tiegħu? Fejn u kif jiġi dispost materjal żejjed jew il-by products tiegħu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Avviż Legali 44 ta’2003 jirrikjedi l-utenti ta’ materjal radjuattiv iridu jkunu awtorizzati mill-Bord għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni. Ta’ kull sena, jiġu mpurtati madwar 225 prodott li jinkludu materjal radjuattiv, li l-maġġoranza tagħhom jintużaw f’applikazzjonijiet mediċi. Barra minn hekk isir ukoll użu f’numru ristrett f’setturi ndustrijali, li jinkludu Radjografija Industrijali u proċessi ta’ kontroll tal-kwalita f’diversi kumpaniji. It-trasport ta’ dan il materjal isir minn kumpaniji li huma awtorizzati mill-Bord għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni u jrid isir skont ir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija Perikoluża bil-Vetturi bil-Mutur, li jaqaw taħt ir-responsabbilita’ ta’ Transport Malta. Il-materjal radjuattiv li jkun spiċċa l-użu tiegħu jista’ jiżi maħżun sakemm taqa l-attivita’, jew ikun jista jiġi dispost jew esportat, wara li jkun awtorizzat mill- Bord għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni.

Problema ta’ obeżità – ħidma dwar nutrizzjoni fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4313 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li f’Malta u f’Għawdex għandna problema ta’ obeżità, jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux servizzi professjonali ta’ nutrizzjoni fl-iskejjel? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet dwar tagħrif dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel u jekk jeżistux lezzjonijiet fin-nutrizzjoni għall-istudenti kollha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni għandu diversi ħidmiet li jiffokaw fuq is-saħħa li, bla dubju, jindirizzaw fl-istess waqt il-problema tal-obeżità. Dan id-Direttorat jaħdem id f’id mad-Direttorat tas-Saħħa. Fil-fatt, hemm bordijiet imwaqqfa bejn iż-żewġ Direttorati biex jintlaħaq dan il-għan. Wieħed minn dawn il-Bordijiet għadu kif għamel rakkomandazzjonijiet għal reviżjoni fuq id-Dokument tal- Healthy Eating Lifestyle Policy (HELP). Dan id-dokument, li qiegħed fuq is-sit elettroniku tad-Direttorati tal-Edukazzjoni, jinkludi fost informazzjoni oħra, lista ta’ ikel u xorb li hu permess jew mhux permess li jinbiegħ mit- tuck shops li hemm fl-iskejjel. Il-Kapijiet tal-iSkola huma responsabbli li jaraw li dan qed ikun imħares bl-akbar serjeta’ u li l-ikel u x-xorb għall-bejgħ fit- tuck shops ikunu dejjem skont dawn il-parametri stabbiliti. Fi ħdan l-iskejjel jeżistu wkoll Healthy Eating Committees li l-ħidma tagħhom hi li jiffokaw fuq l-istess għan. Dan l-aspett importanti hu wkoll rifless fl- Staff Development Plans (SDP) tal-iskejjel. It-tagħlim ta’ suġġetti bħal Physical Education , il- Home Economics u l- Personal Social Development huma mmirati li jolqtu bl-iżjed mod dirett u effettiv il-ħarsien u ż-żamma tas-saħħa tal-individwu. It-tagħlim tal- Home Economics fl-iskejjel sekondarji jipprovdi firxa ta’ esperjenzi ta’ tagħlim wiesgħa, inkluz dawk prattiċi, fuq it-temi ta’ Saħħa, Ikel u Nutriment, dejjem kollox marbut mal-Linji Gwida tad-Dieta Nazzjonali. Hemm ukoll il-ħidma tal- Home Economics Seminar Centre (HESC) li jifforma parti mid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Dan iċ-ċentru jorganizza seminars u esperjenzi oħra ta’ tagħlim prattiku fuq is-saħħa, l-ikel u n-nutriment għat-tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. Għal xi seminars jiġu mistiedna jattendu il-ġenituri tal-istess tfal. Studji u riżultati evalwattivi juru bis-sħiħ l-importanza ta’ ħidma f’dan ir-rigward. Ir-rakkomandazzjonijiet tal- National Curriculum Framework for all 2012 (NCF) qed jinkludu aspetti tal- Home Economics kif ukoll tal- Physical Education biex jifformaw parti integrali mis-suġġett ġdid tal- Physical Health Education (PHE) li ser jiġi offrut lill-istudenti kollha mis-sena skolastika li jmiss. L-għan ewlieni hu li kull student jiġi espost għall-esperjenzi ta’ tagħlim prattiku li jenfasizzaw l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku u t-tagħlim fuq l-ikel, in-nutriment u s-saħħa.
Leg 12 PQ #6323 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Prodotti agrikoli — esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5877 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u jgħid liema prodotti agrikoli jiġu esportati minn Malta u Għawdex? Kemm kienet il-kwantità kull sena ta’ kull prodott li ġie esportat f’dawn l-aħħar ħames snin? X’tip ta’ u kemm qed tieħu sussidju Malta mill-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Roaming Tariffs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm naqsu r-roaming tariffs f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jelenka jekk dan ir-roħs huwiex rifless fuq kull operatur li jopera ġewwa Malta? Xi pjanijiet hemm sabiex ir-roaming charges jorħsu aktar fil-futur qrib sabiex jibbenefika minnhom il-konsumatur?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Intrapriżi – inċentiv għal użu ta’ e-commerce

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi kien hemm bejn is-snin 2008 u 2012 għal dawk l-intrapriżi żgħar u kbar sabiex jinvestu u jwettqu e-commerce business jew bejgħ online? Kemm kien hemm individwi jew negozji li applikaw għal dan l-inċentiv? Jista’ jgħid jekk hux se jkun hemm pjan simili fejn jidħol l-e-commerce u tranżazzjonijiet online?

Response (CARDONA, CHRIS)

Skema - ERDF e-Business (3 Calls mill- 2009 – 2011) Applikanti totali- 224 Skema- Tax Credit (Electronic Commerce) Rules – Income Tax Act (Bdiet 2005 – skadiet 31/12/2008) Ċertifikati maħruġa- 378
Leg 12 PQ #6314 Sitting 97 2013-11-27 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Autistic Spectrum Disorder

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm hawn tfal fl-età sa 16-il sena bl-Autistic Spectrum Disorder? Kemm minnhom huma bniet u kemm minnhom huma subien?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hawn 230 tifel u tifla fl-età sa 16-il sena bl-Autistic Spectrum Disorder li jattendu iċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU). Infurmat ukoll li minn dawn 39 huma bniet u 191 huma subien.

Autistic Spectrum Disorder – allokazzjoni ta’ learning support assistant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tfal statemented li għandhom l-Autistic Spectrum Disorder humiex kollha allokati learning support assistant?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li sal-25 ta' Novembru 2013 it-tfal statemented li għandhom l-Autistic Spectrum Disorder huma kollha allokati Learning Support Assistant. L-Istatementing Moderating Panel dejjem jirrakkomanda Learning Support Assistant fil-każ ta' tfal bl-Autistic Spectrum Disorder