Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz tat-Telecare

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn anzjani reġistrati u abbonati mas-servizz Telecare u Telecare Plus? Kemm-il sejħa għall-għajnuna kien hemm fuq dan is-servizz dawn l-aħħar tliet snin, inkluż Telecare Plus imniedi s-sena li għaddiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ abbonati tat-Telecare bħalissa huwa ta’ 8745 waqt li l-għadd ta’ abbonati tat-Telecareplus jammontaw għal 163. L-uffiċċju tat-Telecareplus ma jżommx statistika ta’ min iċempel u għal-liema raġuni qed iċempel.
Leg 12 PQ #7648 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern – servizzi online

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm isir użu mill-online forms f’entitajiet u dipartimenti tal-Gvern? X`kien l-ammont ta’ online forms li ntbagħtu mill-pubbliku online biex japplikaw jew għall-bżonn ta’ servizz bejn 2009 u l-2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #7649 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

HGT sticks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm HGT sticks huma ntitolati kull xahar tfal taħt is-16-il sena li huma dijabetiċi fuq l-insulina?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Kif ġie stabbilit mid-Direttorat tas-Servizzi Farmaċewtici, it-tfal taħt is-16-il sena huma ntitulati għal pakkett wieħed (ta’ 50) HGT sticks fix-xahar.
Leg 12 PQ #7351 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni diagnosed bil-kanċer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nies diagnosed bil-kanċer (kull tip) f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm mietu nies bil-kanċer f’dawn l-aħħar ħames snin? Bħala perċentwali kemm mietu bil-kanċer mill-kawżi kollha tal-mewt?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin (2008-2012), fir-Reġistru Nazzjoni tal-Kanċer, kien hemm irrappurtati 9,171 każ ta’ tumur primarju (primary malignant cancer – excluding non-melanoma skin cancer). Dawn kienu maqsumin kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra
Leg 12 PQ #7352 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Detox Centre — Pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jattendu d-Detox Centre għall-methadone bħalissa? Kemm attendew pazjenti detox f’dawn l-aħħar ħames snin (kemm kull sena)? X’nazzjonalità huma? X’sess huma? Kemm hemm minnhom li ilhom jieħdu mediċinali b’mod regolari għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm intuża methadone u kemm sewa f’dawn il-ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Istituzzjonijiet Edukattivi –sigaretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux permess li jsir bejgħ, xiri u konsum ta’ sigaretti fuq il-premises tal-Upper Secondary, Higher, MCAST u l-Università ta’ Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li mhux permess li jsir la bejgħ, la xiri u lanqas konsum ta’ sigaretti fuq il-premises tal-iSkola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi – Naxxar u lanqas fil-Post Secondary, Sir Mikelang Refalo – Għawdex. Infurmat ukoll li mhuwiex permess li jsir ebda tipjip, xiri jew konsum ta' sigaretti fil-premises tal-MCAST. Il-bejgħ ta’ sigaretti fuq il-campus tal-Università ta’ Malta hu projbit. Huwa wkoll projbit li jsir tipjip fil-binjiet u f'żoni fil-magħluq tal-Universita'.
Leg 12 PQ #7485 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni li mietu kawża tat-tipjip

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies f’Malta u f’Għawdex konsegwenza diretta jew indiretta tal-konsum ta’ sigaretti f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet ta’ mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip matul is-snin 2008 sal-2012 kienu kif ittabellat hawn taħt: Table 1 Smoking related mortality Year of death Smoking related mortality 2008 371.9 2009 364.8 2010 366.1 2011 387.3 2012 439.5
Leg 12 PQ #7486 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni ta’ genetically modified food products

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jiġux impurtati genetically modified food products? Jekk iva, liema prodotti, kemm ġie ikkunsmat f’dawn l-aħħar ħames snin u jekk il-konsumatur ikunx jaf li qed jagħmel użu minn dawn il-prodotti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi it-Tariffa li tikklassifika l-affarijiet li jgħaddu mid-Dwana ma għandiex kodiċi speċifiċi għall-GMO’s. Dan it-tip ta’ kontrolli jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-uffiċċju tat-tabib tal-port li taqa taħt dekasteru ieħor.
Leg 12 PQ #7345 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Użu ta’ myHealth Card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn tapplika għalmy Health card? X’użu għandha? Kemm hemm abbonati bħalissa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab informat li s’issa l-kunċett ta’ myHealth card għadu fi stadju bikri ta’ implementazzjoni, u li qed jiġi kkunsidrat li din il-funzjoni titwettaq permezz ta’ l-e-ID card nazzjonali kumbinata ma’ sistemi ta’ l-informatika ġodda li qegħdin jiġu diżinjati bħalissa, inkluż dik tal-e-Prescriptions.
Leg 12 PQ #7346 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Scanning ta’ medical records

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq scanning elettroniku tal-medical records bediex, sabiex ikun hemm IT record system? Kemm se jiswa dan il-proċess? F’kemm żmien huwa maħsub li dan se jitlesta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li xogħol fuq scanning tal Medical Records inbeda u qed isir inhouse mill istess ħaddiema tal Medical Records Department ġewwa l -Isptar Mater Dei. L-apparat proffessionali (scanner) inxtara mil-fondi tal isptar Mater Dei għall prezz ta € 3800 vat eskluż u għandu kapacita li jikkopja sa 20000 paġna fil-ġurnata.
Leg 12 PQ #7347 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Manutenzjoni tal-Blood Bank Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa fl-2013sabiex issir manutenzjoni li kienet tant meħtieġa fuq il-blood bank Malta ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq manutenzjoni tal-Blood Bank Malta hija ta € 190,015.68. Construction €115,208.44 Generator €69,511.29 FMS (Overtime) €3,944.95 Health and Safety Consultancy €1,351.00
Leg 12 PQ #7348 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz ta’ Blood Bank f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif sejjer is-servizz tal-blood bank li bħalissa qed jopera f’Għawdex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7349 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-PAS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet is-sistema tal-PAS li qed tiġi żviluppata inhouse bħalissa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li s-sistema tal-PAS hija implimentata. Bħallissa qiegħda fi stadju pilota.
Leg 12 PQ #7350 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Stores tal-Mediċini fil-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri mill-istores tal-mediċini fil-Marsa? Veru li qed jingħad li dawn se jingħalqu? Kemm hija l-kera ta’ dawn l-istores?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-istores tal-Marsa inħatt mill-mediċini biex jiġu trasferiti fl-istores ta’ San Ġwann mal-kumplament ta’ l-istock biex b’hekk ikun jista jinalaq. Dawn huwa parti mill-proġett li nbeda f’Ottubru 2013 minn dan il-Gvern biex il-mediċini kif ukoll l-apparat mediku u supplies ikunu taħt saqaf wieħed. Il-kera ta’ l-istores tal-Marsa hija dik ta’ € 121,127 kull sitt xhur, għaldaqstant il-Gvern se jkun qiegħed jiffranka € 242,254 fis-sena.

Ċensura fuq logħob elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jekk teżistix xi forma ta' ċensura fuq logħob elettroniku li jista' jkun meqjus bħala vjolenti jew għandu messaġġ vjolenti speċjalment għat-tfal? Fid-dawl ta' dan kollu, jeżisti xi tip ta' kontroll?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

djar residenzjali — Faċilitajiet sanitarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn allokazzjonijiet residenzjali li m’għandhomx faċilitajiet sanitarji adegwati għaż-żminijiet li ngħixu fihom illum? X’beħsiebu jagħmel il-Gvern Malti sabiex jgħin lil dawn l-individwi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha dsatax (19)-il applikazzjoni li m’għandhomx faċilitajiet sanitarji adegwati għaż-żminijiet li ngħixu fihom illum. L-Awtorità diġà toffri skemi sabiex tgħin lill-inkwilini jew sidien jagħmlu rranġar u titjib fir-residenza tagħhom jew mikrija lilhom biex ir-residenza tagħhom tiġi abitabbli.
Leg 12 PQ #7018 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tiswa kuljum il-kura u l-manteniment ta’ kull pazjent ġo l-Isptar Karin Grech?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kura u l-manteniment għal kull pazjent fl-Isptar Karin Grech tiswa lill-Gvern 139 Ewro kuljum.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm hemm li għandhom sentenza ta’ aktar minn 10 snin? Kemm mir-residenti huma reċidivi? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawk li huma reċidivi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sal-lum għoxrin ta’ Jannar 2014 hemm sitt mija u tletin (630) resident fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Mija, seba’ u tletin (137) minnhom qed jiskontaw sentenza ta’ aktar minn għaxar snin priġunerija. Mitejn, erba’ u disgħin (294) residenti huma reċidivi u l-persentaġġ huwa dak ta’ sitta u erbgħin (46%).

Każijiet ta’ abbuż fuq tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ abbuż fuq tfal li tressqu l-Qorti dawn l-aħħar ħames snin(kull sena)? X’tip ta’ kura tingħata l-ħatja biex dan ma jerġax isseħħ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Persuni akkużati b’każijiet ta’ abbuż fuq tfal li tresqu l-Qorti u daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej: Sena Persuni 2009 12 2010 12 2011 9 2012 10 2013 8 Minħabba t-telqa totali li kien hemm il-ħabs taħt l-amministrazzjoni preċedenti, terapija fuq bażi individwali li tindirizza din l-imġieba kienet qajla tingħata u l-attivitajiet issa qed jinbidlu u se jiġu ingaġġati aktar psikologi biex dan is-servizz ikun estiż u jkunu jistgħu jibbenefikaw minnu izjed prigunieri milli kienu fil-passat.