Tikkunsidra l-Ministru li toħloq speċi ta’ consumer helpline fejn dan ikun focal point biex jieħdu ħsieb kull xorta ta’ lment li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tal-konsumatur irrespettivament ta’ jekk l-ilmenti għandux x’jaqsam ma’ xi liġi amministrata mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jew minn xi awtorità oħra pubblika, biex b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-konsumatur jista’ jiġi riferut minn awtorità għall-oħra sakemm jinqeda?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Gvern qed jaħdem sabiex iwaqqaf one-stop-shop fejn il-konsumatur ikun jista’ jressaq l-ilment tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu mill-Gvern biex jinbeda l-proċess ta’ implimentazzjoni tad-direttiva tal-Unjoni Ewropea 2014/17/UE dwar il-credit mortgage?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
MCCAA – Expertise fil-consumer credit u home loans
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hemm xi nies professjonali li għandhom expertise fil-qasam tal-consumer credit u tal-home loans li allura qed jieħdu ħsieb il-liġijiet amministrati mill-istess uffiċċju dwar dawn l-oqsma?
Response (DALLI, HELENA)
Il-leġiżlazzjoni fuq il-consumer credit u ta’ self fuq djar ġiet fis-seħħ f’Ottubru 2010 u Jannar 2012, rispettivament. Ma kienu ddaħlu l-ebda esperti meta l-legiżlazzjonijiet ġew fis-seħħ. Għaddej proċess biex insaħhu din l-Awtorità sabiex nindirizzaw anke din il-materja.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ttieħdu passi mid-Direttur Ġenerali tal-Konsumatur fi ħdan fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir rigward tal-allegat ksur ta’ L.S. 378.10 (ir-regolament dwar self għal djar) mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-lum? Kemm minnhom ġew konklużi u b’liema riżultat?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju ma rċieva ebda lment, u s’issa ma ttieħdu l-ebda passi mid-Direttur Ġenerali tal-Konsumatur, taħt l-Att imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni b’diżabilità fiżika jew mentali f’Malta u Għawdex? X’inhi l-età tagħhom? Kemm minn dawn għandhom impjieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn jinsabu f’istitut privat, jew tal-Gvern? Jeżisti record assessment li jkun fih il-persentaġġ ta’ diżabilità tagħhom u jekk jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna kienet reġistrata bħala self-employed mis-snin 2008 sal-lum? Jista’ jindika kemm kienu nisa minn dawk li kienu reġistratibħala self-employed ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta' ħaddiema self-employed fl-aħħar ta' kull sena mill-2008 sal-2013 fuq bażi 'full time' kien kif se nsemmi:
MALTA U GĦAWDEX
XHUR
IRĠIEL
NISA
TOTAL
Diċembru 2008
14,831
2,632
17,463
Diċembru 2009
14,899
2,751
17,650
Diċembru 2010
14,885
2,838
17,723
Diċembru 2011
14,707
3,006
17,713
Diċembru 2012
14,874
3,101
17,975
Diċembru 2013
15,059
3,281
18,340
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ pazjenti screened għall-breast cancer li nstabu li għandhom din il-kundizzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
S’issa nstabu 220 każ ta kancer tas-sider minn Ottubru 2009, mill-programm tas-screening jew 1% min dawk li attentew. Il-maġġor parti huma fi stat bikri u b’hekk irċevew trattament iktar fil-pront u b’effett inqas negattiv għal-saħħithom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ ta’ pazjenti screened għall-colon cancer ġew diagnosed kemm ilu jsir dan l-iscreening?
Response (MIZZI, KONRAD)
Sa’llum nstabu għoxrin każ ta’ kanċer tal-musrana il-kbira minn Jannar 2013, jew 0.3% minn dawk li għamlu it-test. Importanti li ngħidu li kien hemm ukoll 200 każ fejn instabu polipi jew felul fir- rita tal-musrana l-kbira ( 3% ). Il-polipi li jinsabu qed jiġu mneħħija, u b’hekk jonqos iċ-ċans li jiżviluppaw f’ kanċer.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għal ħażna tat-Tamiflu? Jista’ jgħid kemm hemm Tamiflu in stock? Meta jiskadu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Gvern preċedenti kien nefaq total ta’ erba’ miljun, tlett mija u disgħin elf, tlieta u disgħin ewro (4,390,093) għall-ħazna tat-Tamiflu, Rilenza u vaċċin tal-H1N1.
Bħalissa hemm 478,990 Tamiflu tal-ħamsa u sebgħin milligramma (75mg) in stock li jiskadu f’Marzu tal-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed pazjenti bil-Melanoma f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena? X’inhi l-pronjożi fuq perijodu ta’ ħames snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer, f’dawn l-aħħar ħames snin (2008-2012), kien hemm irrappurtati 262 każ ta’ kanċer tal-Melanoma tal-ġilda. Dawn kienu maqsumin kif jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt.
Il-pronjożi fuq perjodu ta’ ħames snin hu ta’ 87.7% ( 95% CI=78.7-93.1) Dan jikkompara tajjeb mal-medja Europea (83.2%; 95% CI= 82.9-83.6).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti ta’ Kordin jistgħux jagħmlu korsijiet universitarji online? Liema korsijiet huma? Hemm xi ħadd li għamel jew li bħalissa qed jieħu xi kors?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-idea kienet diġa qed tiġi kunsidrata bħala parti mit-tfassil ta’ programm ta’ edukazzjoni li qed isir għar-residenti tal-Faċilita. Pero peress li tali konsiderazzjoni tirrikjedi salvagwardji dwar sigurta’, tlabt aktar informazzjoni kif qed tiġi propost li titħaddem.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – korsijiet universitarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti ta’ Kordin jistgħux jagħmlu korsijiet universitarji online? Liema korsijiet? Hemm xi ħadd li għamel jew li bħalissa qed jieħu xi kors?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-Faċilita` msemmija fil-mistoqsija taqa’ taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru trapjanti tal-qalb, kliewi u eye cornea f’Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin? X’inhi r-rata ta’ suċċess ta’ dawn it-trapjanti mqabbla ma’ dik ta’ pajjiżi oħra? Kemm hi l-Graft Survival Rate ta’ dawk it-trapjanti b’organu jew tissue f’Malta imqabbla ma’ dik ta’ pajjiżi oħra? Xi kriterji jintużaw meta jintgħażlu pazjenti biex isirilhom trapjant ta’ organu jew tissue bħal età, saħħa, żmien li pazjent ikun ilu jistenna jew kriterja oħra?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat lin-numru ta’ trapjanti tal-qalb, kliewi u eye cornea f’Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin huwa kif misjub fit-tabella hawn taħt.
QALB
KLIEWI
CORNEA
2004
0
10
10
2005
1
7
17
2006
1
16
22
2007
1
7
9
2008
0
11
12
2009
1
9
21
2010
1
13
9
2011
1
12
14
2012
0
9
6
2013
0
13
9
Rigward ir r-rata ta’ suċċess ta’ dawn it-trapjanti mqabbla ma’ dik ta’ pajjiżi oħra kif ukoll
kemm hi l-
Graft Survival Rate
ta’ dawk it-trapjanti b’organu jew
tissue
f’Malta imqabbla ma’ dik ta’ pajjiżi oħra, ninsab infurmat li tali informazzjoni ma tinżammx.
Il-kriterji wżati għall-għażla ta’ pazenti għat-trapjant huwa dak ta min imissu fuq
waiting list.
Pazjenti li għandhom ftit jew ebda aċċess għal terapija, bħal fil-każ ta’ trapjanti tal-kliewi, dawn jinghataw prijorita fuq ħaddieħor.
Madanakollu, jeżistu każijiet fejn min ikun ser isirlu trapjant jintgħażel skont l-eta u piż tad-donatur. Dawk il-pazjenti li jsirilhom trapjant jiġu magħżula bl-approvazzjoni tan-
nephrologist
tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix il-faċilità ta’ tissue matching li tgħin fl-għażla ta’ pazjenti l-aktar kompatibbli biex isirilhom trapjant?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-faċilita ta’ tissue matching ma teżistix hawn Malta u għalhekk dawn l-analissi issiru barra min Malta. Il-kriterju wżat għall-għażla ta’ pazenti għat-trapjant huwa dak ta min imissu fuq waiting list. Pazjenti li m għandhomx 'access' għal terapija tal-magna tal-kliewi jew l-'access' li għandhom huwa batut, jingħataw prijorita fuq ħaddieħor, liema permess jingħata mil-Renal Committee.
Madanakollu, jeżistu każijiet fejn min ikun ser isirlu trapjant jintgħażel skont l-eta u piż tad-donatur. Dawk il-pazjenti li jsirilhom trapjant jiġu magħżula bl-approvazzjoni tan-nephrologist tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Maltin li applikaw għal xogħol ġewwa l-Ewropa u li ġew screened mill-European Personnel Selection Office bejn l-2008 u l-2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li l-EPSO hu uffiċċju tal-Unjoni Ewropea, responsabbli minn proċessi ta' għażla għal reklutaġġ eventwali mal-istituzzjonijiet tal-UE. L-entita` fi ħdan il-Ministeru tiegħi li hi kkonċernata minn impjiegi, jiġifieri l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, ma jkollha ebda informazzjoni dwar dan is-suġġett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew reveduti t-tariffi tas-servizz postali bejn 2008 u s-sena 2013, kemm dawk lokali kif ukoll dawk internazzjonali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tariffi postali jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' kumpanija privata, u għaldaqstant il-Ministeru għall-Finanzi mhuwiex f’posizzjoni biex ikun jista’ jirrispondi għal din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix statistika ta’ kemm vetturi għamlu użu mill-park and ride dawn l-aħħar tliet snin? X’tibdil kien hemm fit-tariffi? Jeżisti VIP private parking bay fil-park and ride? Jekk iva kemm hemm vetturi li jagħmlu użu minnu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li skont informazzjoni provduta mill-operatur tat-trasport pubbliku, in-numru ta’ vetturi li ħallsu biex ipparkjaw fis-sit tal-Floriana Park and Ride kull sena huwa hekk kif ġej:
Medja kuljum
minn 750 spazju ta’ parkeġġ disponibbli
Bejn Settembru u Diċembru 2011
138
Bejn Jannar u Diċembru 2012
175
Bejn Jannar u Diċcembru 2013:
213
Jannar 2014:
192
Fir-rigward ta’ tariffi, minn Settembru tal-2011 sal-20 ta’ Mejju 2012, it-tariffi tal-Floriana Park and Ride kienu hekk kif ġej:
· €10.00 għal sebat ijiem li jinkludi il-parkeġġ, vjaġġ bir-ritorn għax-xufier u passiġġier wieħed u € 0.50 għal kull passiġġier addizzjonali;
· € 2.50 bejn 07:00 u 19:00 li jinkludi vjaġġ bir-ritorn għax-xufier biss u € 0.50 għal kull passiġġier addizzjonali;
· € 3.75 bejn 07:00 u 19:00 parkeġġ biss;
· € 4.00 bejn 19:00 u 07:00 li jinkludi vjaġġ bir-ritorn għax-xufier biss u € 0.50 għal kull passiġġier addizzjonali.
Mill-21 ta’ Mejju 2012 sal-aħħar ta’ Jannar 2014, dawn inbidlu hekk kif ġej:
· € 7.50 għall-sebat ijiem inkluż vjaġġ bir-ritorn għax-xufier u passiġġier wieħed biss u €0.50 għal kull passiġġier addizzjonali;
· € 1.50 ta’ għal ġurnata vjaġġ bir-ritorn għax-xufier biss u €0.50 għal kull passiġġier addizzjonali;.
Wieħed irrid jinnota illi il-prezzijiet imsemmijja kienu l-għola prezzijjiet illi l-operatur seta’ jitlob għal dan is-servizz. Għaldaqstant l-operatur kellu l-fakulta’ li jitlob prezz orħos minn dak ikkwotat.
L-iskema tal-VIP private parking bay daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2014 mat-tibdil tan-nollijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċentru ta’ customer care hawn tal-ARMS? Hemm xi pjanijiet sabiex dawn jiġu estiżi f’lokalitajiet ċentrali kemm fin-naħa ta’ fuq, kif ukoll fin-naħa t`isfel ta’ Malta sabiex il-pubbliku jinqeda aħjar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti l-uffiċini li l-ARMS Ltd diġà għandha ġewwa Blata l-Bajda u Għawdex, qed tikkonsidra ukoll li topera minn fergħat oħra f’lokalitajiet differenti.