Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċimiterju tal-Addolorata – pjanijiet ta’ estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew pjanijiet sabiex jiġi estiż iċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa għaddej f’taħditiet mal-MEPA.

Tobba u nurses paramediċi mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu tobba u nurses paramediċi mal-Gvern minn Marzu 2013 u kemm spiċċaw fl-istess żmien?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-onorevoli interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar.

MCAST — Għalliema tal-MMA 6G Welding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-MMA 6G welding l-MCAST u l-ETC. Hemm korsijiet bħalissa rigward dan is-suġġett? Qed jintuża apparat li qabel kien it-tarzna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-MCAST għandha tliet lecturers li jistgħu jagħtu lectures fl-MMA 6G – welding. L-MCAST għandha programm livell 4 Advanced Diploma fil-Welding u Fabrication li tinkorpora l-iwweldjar prattiku 6G. L-MCAST tipprovdi wkoll numru ta’ korsijiet part-time li jwasslu għal welding 6G. Mill-Malta Shipyards, l-MCAST xtara transformer tal-welding b’5 welding sets adatti ħafna sabiex isir ‘root run welding’. Rigward il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) infurmat li ma tipprovdix korsijiet fil-livell tal-MMA 6G Welding. Il-korsijiet offruti mill-ETC relatati ma` Welding huma dawn li gejjin: Vocational Education and Training Award Foundation in Welding Vocational Education and Training Award foundation in Metal Arc Welding Il-Korporazzjoni ma tagħmilx użu mill-ebda apparat li qabel kien jintuża t-tarzna iżda tuża l-faċilitajiet tal-workshop fl-Enemalta Training Centre ġewwa Marsaxlokk.
Leg 12 PQ #12146 Sitting 230 2015-01-21 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11890 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega kemm kien hemm persuni liċenzjati taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment fl-2010, 2011, 2012 u 2013 u kemm hemm żjarat għall-verifika ta’ compliance għand persuni liċenzjati taħt dan l-Att f’dawn is-snin

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Nutritionists u dieticians

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nutritionists u dieticians irreġistrati f’Malta? Kemm minnhom huma impjegati mal-Gvern u kemm minnhom huma allokati mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-ministeru ikkoncernat.

Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar – tagħrif lill-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11895 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’qed isir min-naħa tal-Gvern biex il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tiġi mgħarrfa lill-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-European Consumer Centre (Malta) li jifforma parti mill-European Consumer Centres’ Network (ECC-Net) jipprovdi informazzjoni dwar kif tintuża l-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Dan iċ-Ċentru jaqa’ taħt l-MCCAA liema Awtorità taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili. Il-European Consumer Centre (Malta) u l-MCCAA jipprovdu din l-informazzjoni anki permezz ta’ leaflet, artikli fuq gazzetti lokali u tagħrif ieħor online.

Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11894 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid, sena b’sena sa minn meta bdiet titħaddem, kemm saru każijiet quddiem il-fora kompetenti f’Malta taħt il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar? Sena b’sena kemm minnhom ġew deċiżi u attwalment kemm hemm pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

B’referenza għad-domanda 12144 ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar mis-sena 2009 sat-12 ta’ Novembru, 2014 ġew ipprezentati u deċiżi s-segwenti kawżi kif ġej: Sena Kemm ġew irrreġistrati kawżi Deċiżi/Deżerti Pendenti 2009 1 1 2010 2 2 2011 7 4/1 2 2012 3 2 1 2013 5 2 3 2014 2 0 2

European Consumer Centre — ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 11893 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekomonija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid minn kemm ilu mwaqqaf l-uffiċċju tal-European Consumer Centre f’Malta, kemm irċieva ilmenti sena b’sena, dwar xiex kienu u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #12146 Sitting 200 2014-11-17 Oral · Interim From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11890 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega kemm kien hemm persuni liċenzjati taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment fl-2010, 2011, 2012 u 2013 u kemm hemm żjarat għall-verifika ta’ compliance għand persuni liċenzjati taħt dan l-Att f’dawn is-snin

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kemm kien hemm persuni liċenzjati taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment fl-2010, 2011, 2012 u 2013 u kemm hemm żjarat għall-verifika ta’ compliance għand persuni liċenzjati taħt dan l-Att f’dawn is-snin?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Tariffi għax-xhieda

Question

B’referenza għall-Kap 108 tal-Liġijiet ta’ Malta li jirregola l-ħlasijiet li jistgħu jiġu mitluba minn min jittella’ bħala xhud f’xi kawża l-Qorti, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din il-liġi tiġi aġġornata għar-realtajiet tal-lum fejn, pereżempju, skont it-tariffa annessa ma’ din il-liġi, mara li tkun xhud hi intitolata biss għal 23 ċenteżmu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern hu miftuħ li jikkonsidra kull proposta li twassal għall-amministrazzjoni aħjar tal-ġustizzja.

Armi tan-nar irreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar, bħal rifles, snieter, pistoli, revolvers, eċċ. irreġistrati? Kemm żdiedu jew naqsu tul l-aħħar ħames snin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

European Consumer Centre — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn kemm ilu mwaqqaf l-uffiċċju tal-European Consumer Centre f’Malta, kemm irċieva ilmenti sena b’sena, dwar xiex kienu u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena sa minn meta bdiet titħaddem, kemm saru każijiet quddiem il-fora kompetenti f’Malta taħt il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar? Sena b’sena kemm minnhom ġew deċiżi u attwalment kemm hemm pendenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #11175 Sitting 191 2014-10-27 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Credit Mortgage – implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu mill-Gvern biex jinbeda l-proċess ta’ implimentazzjoni tad-direttiva tal-Unjoni Ewropea 2014/17/UE dwar il-credit mortgage?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Impjegati mal-Gvern — Persuni li skontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11172 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm individwi li skontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ġew impjegati mal-Gvern dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, fl-aħħar ħames snin tlett persuni ġew impjegati mal-Gvern u entita’ pubblika wara li skontaw sentenza fil-Faċilitaʾ Korrettiva taʾ Kordin. Dan ma jffissirx li preżentement għadhom jaħdmu. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni fuq kull persuna li skontat sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Korporazzjoni jkollha biss informazzjoni fuq dawk li skontaw sentenza u ġew jirreġistraw għax-xogħol magħha. Hemm ukoll persuni li għalkemm ikunu skontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jkunu ġew jirreġistraw għax-xogħol, dawn ma jkunux iridu jinformaw lill-Employment Advisors tal-Korporazzjoni fuq il-passat tagħhom.
Leg 12 PQ #11178 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Servizzi Finanzjarji – introduzzjoni ta’ Ombudsman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jiġi introdott Ombudsman fir-rigward tas-servizzi finanzjarji skont kif propost fl-programm elettorali? Jekk iva, f’liema stadju qegħdin il-miżuri biex titwettaq din il-miżura?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif imwiegħed fil-programm elettorali, ser ikun hemm liġi li tintroduċi għall-ewwel darba gewwa dawn il-gżejjer, Arbitru għas-servizzi finanzjarji. Fil-gimgħat li ġejjin mistenni li jitressaq dan l-Abbozz għall-approvazzjoni tal-Kamra.

Impjegati mal-Gvern – persuni li skontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm individwi li skontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ġew impjegati mal-Gvern dawn l-aħħar ħames snin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li ħarġu mill-ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu individwi li ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ma reġgħux spiċċaw ġewwa? Kemm minnhom sabu xogħol u ma’ min ġew impjegati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 3,044 individwi li ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn 1, 871 minnhom ma reġgħux daħlu ġewwa l-istess Faċilità. Dwar l-aħħar domanda, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.