Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi rreġistrati Malta? Ta' liema ċilindrata? Kemm minn kull ċilindrata? Kemm hawn hybrids? Kemm hawn tal-elettriku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li sa l-aħħar ta’ Mejju 2015, f’Malta kien hawn 338,947 vetturi liċenzjati, hekk kif ġej:
Vetturi liċenzjati sal-31 ta’ Mejju 2015
Qawwa tal-magna
Ammont ta’ Vetturi
sa u nklużi 1300cc
140,901
aktar minn 1300cc sa u nklużi 1449cc
39,218
aktar minn 1449cc sa u nklużi 1500cc
24,672
aktar minn 1500cc sa u nklużi 1800cc
40,656
aktar minn 1800cc sa u nklużi 2000cc
41,120
aktar minn 2000cc
52,380
Ninsab infurmat ukoll li sa l-aħħar ta’ Mejju 2015 kien hawn 374 vettura liċenzjati bħala hybrids u 213-il vettura tal-elettriku.
Jista’ l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra:
(a) Jekk il-bini fejn hemm l-uffiċċji tal-VAT f’Birkirkara humiex proprjetà tal-Gvern jew mikrijin? Jekk mikrijin mingħand min u kemm titħallas kera? Kemm ilhom jinkrew u b’liema rati?
(b) Jekk hi proprjetà tal-Gvern mingħand min inxtraw u b’liema prezz u kif intgħażlet li tinxtara?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant, biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tindif tal-Belt Valletta? Kemm jiswa fis-sena dan is-servizz? Hemm xi ħsieb li jiżdiedu s-servizzi ta’ konvenjenza pubblika fil-Belt? Jista’ jgħid fejn u jagħti timeframe? Hemm xi ħsieb li jiżdied is-servizz ta’ indafa bi preparazzjoni għall-Valletta 18?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li t-tindif tal-Belt Valletta huwa fir-responsabilità tal-Kunsill Lokali Valletta, b’eċċezzjoni taċ-Ċentru kummerċjali u Pjazza Kastilja li jitnaddaf mid-Direttorat għat-Tindif (dejjem rigward knis u ħasil ta’ toroq).
Rigward skart li jinġabar minn wara r-residenzi kif ukoll skart tal-ħwienet sal-lum huwa fir-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali. Stabbilimenti kummerċjali bħal ristoranti u bars, għandhom il-kuntratturi privati tagħhom sabiex jinġabar l-iskart li jiġġeneraw.
Minn naħa tad-Direttorat għat-Tindif, is-servizz jiġi jiswa € 170,000 f’pagi, allowances u materjal li hemm bżonn għat-tindif. Rigward l-ispiża mill-Kunsill Lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Hemm diversi inizjattivi ġodda li diġà bdew u ser ikomplu jittieħdu in konnessjoni mal-Valletta 2018.
Ġie introdott shift ġdid matul il-lejl, fejn qed isir xogħol ta’ knis u tbattil ta’ kontenituri tal-iskart. B’hekk solvejna l-problema ta’ influss ta’ skart fuq il-pavimentar taċ-ċentru kummerċjali, partikolarment minn stabbilimenti tal-ikel. Qed isir ukoll xogħol ta’ tindif u ħasil fiċ-ċentru kummerċjali nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa matul il-lejl.
Inizjattiva oħra ġdida, hija ħasla b’kimika apposta fil-pjazza tal-parlament il-ġdid u l-pavimentar tal-madwar, sabiex jitneħħa l-ħmieġ li jkun trabba bil-moviment tan-nies.
Qed tingħata attenzjoni ikbar ukoll liż-żona tal-Bus Terminus. Matul ix-xhur tas-sajf, iż-żona kollha tal-Bus Terminus ser tkun qed tinħasel matul il-lejl kull nhar ta’ Tlieta, Ħamis u Ħadd.
Inizjattiva oħra hija tat-tneħħija ta’ chewingum minn fuq il-pavimentar fiż-żona ċentrali tal-Belt Valletta permezz ta’ apparat apposta.
Hemm il-ħsieb ukoll li jinbidlu l-kontenituri kollha tal-iskart fiċ-ċentru tal-Belt Valletta u żoni oħra prominenti. Proprju bħalissa, qed issir koordinazzjoni sħiħa bejn l-entitajiet kollha konċernati sabiex jiġi identifikat l-aħjar kontenitur għal belt kapitali. Għall-ewwel darba ser ikun hemm tip ta’ kontenitur wieħed għall-belt kapitali.
Sar investiment fuq pedestrian sweeper li ser tkun it-tieni waħda li qed taħdem fiċ-ċentru kummerċjali tal-Belt.
Żdiedu wkoll il-frekwenzi ta’ tindif fi Triq l-Assedju l-Kbir, jew inkella magħrufa aħjar bħala r-ring road tal-Belt. Dan sabiex insaħħu iktar l-indafa fiż-żoni tal-Mużew tal-Gwerra, St.Elmo u MCC liema rotta tibqa sejra sal-Valletta Waterfront, fejn hemmhekk ukoll għandna persuna li tiknes ir-rotta sal-Marsa.
Rigward servizzi ta’ konvenjenza pubblika, id-Direttorat għat-Tindif kif ukoll il-Kunsill Lokali Valletta huma fir-responsabbilta’ ta’ strutturi eżistenti. Rigward inizjattivi ġodda f’dan is-settur, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proċeduri kosmetiċi li jsiru fl-Isptar Mater Dei? Kemm-il waħda saret f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena? Liema sess u liema proċeduri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-interventi li jsiru huma dawk rikonstruttivi jew dawk li ghandhom indikazzjoni medika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn diabetics li jaf bihom il-Gvern f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom qegħdin fuq insulina? Kemm minnhom għandhom komplikazzjonijiet f'għajnehom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mill-iskema ta’ l-iSpiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek , sal-aħħar ta’ Mejju 2014, kien hemm 25,721 persuna li qed jieħdu mediċini b’xejn għad-dijabete. Dan jinkludi kemm persuni b’diabete tat- tip 1 kif ukoll persuni b’diabete tat-tip 2. Mill-ammont imsemmi, 4,474 jieħdu l-insulina biss jew l-insulina ma’ mediċini oħra bħala pilloli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn mobile phone users f'Malta? Kemm-il linja hawn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-istatistika miġbura mill-Awtorità ta' Malta għall-komunikazzjoni, fi tmiem l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, in-numru ta' abbonati għas-servizz tat-telefon ċellulari kien jammonta għal madwar ħames mija, erbgħa u ħamsin elf (554,000).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkunsmati sigaretti f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm attendew pazjenti smoking cessation clinics dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin, kien hemm 2,392 pazjent li għamlu uzu mis-servizz tas-smoking cessation clinics li jofri d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed b'kanċer tal-istonku dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Mil-liema lokalitajiet? Kif jikkumparaw dawn il-figuri mal-bqija tal-Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-2013), fir –Reġistru tal-Kanċer, kien hemm irrapurtat 293 każ ta’ kanċer tal-istonku. 188 irġiel u 105 nisa.
Figuri mqabbla mal-Ewropa, muri fit-tabella ta’ hawn taht:
2012
Irġiel
Nisa
EU (28)
10.1 per 100.000
4.8 per 100.000
Malta
11.1 per 100.00
5.5 per 100.00
Lokalitajiet ta’ provenjenza ta’ dawn il-każijiet ta’ kanċer tal-istonku, muri fit-tabella ta’ hawn taht:
Attard
7
MQABBA
4
Balzan
1
MSIDA
4
ZEJTUN
12
MTARFA
2
BIRKIRKARA
11
NAXXAR
7
BIRZEBBUGA
2
PAOLA
10
COSPICUA
8
PIETA'
2
FGURA
8
QORMI
10
FLORIANA
2
QRENDI
3
Għawdex
30
RABAT
5
GHAXAQ
1
SAFI
1
GUDJA
4
SAN GILJAN
1
GZIRA
5
SAN GWANN
6
HAL-FAR
1
SAN PAWL IL-BAHAR
6
HAMRUN
14
SENGLEA
4
IBGAG
1
SIGGIEWI
11
IKLIN
3
SLIEMA
13
KALKARA
2
STA LUCIA
2
KAPPARA
1
STA VENERA
4
KIRKOP
1
TA'XBIEX
1
LIJA
1
TARXIEN
4
LUQA
8
VALLETTA
6
MARSA
5
VITTORIOSA
2
MARSASCALA
7
ZABBAR
14
MARSAXLOKK
2
ZEBBUG
6
MELLIEHA
6
ZURRIEQ
7
MOSTA
11
GHAJNSIELEM
2
SANNAT
2
GHASRI
1
VICTORIA
8
KERCEM
2
XAGHRA
3
MARSALFORN
1
XEWKIJA
6
NADUR
2
ZEBBUG (GHAWDEX)
2
QALA
1
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed b'kanċer tal-frixa dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Mil-liema lokalitajiet? Kif jikkumparaw dawn il-figuri mal-bqija tal-Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-2013), fir –Reġistru tal Kanċer, kien hemm irrapurtat 355 każ ta’ kanċer tal-frixa. 184 irġiel u 171 nisa.
Figuri mqabbla mal-Ewropa, muri fit-tabella ta’ hawn taht:
2012
Irġiel
Nisa
EU (28)
12.2 per 100.000
9.4 per 100.000
Malta
15.6 per 100.00
10.2 per 100.00
Lokalitajiet ta’ provenjenza ta’ dawn il-każijiet ta’ kanċer tal-frixa, muri fit-tabella ta’ hawn taht:
Attard
8
MOSTA
9
Balzan
5
MSIDA
6
ZEJTUN
18
NAXXAR
8
BIRKIRKARA
15
PAOLA
9
BIRZEBBUGA
7
PIETA'
4
BUGIBBA
3
QORMI
14
COSPICUA
7
QRENDI
3
DINGLI
2
RABAT
12
FGURA
9
SAFI
2
FLORIANA
1
SAN GILJAN
11
GĦAWDEX
32
SAN GWANN
8
GHARGHUR
6
SAN PAWL IL-BAHAR
18
GUDJA
1
SENGLEA
1
GZIRA
5
SIGGIEWI
4
HAMRUN
6
SLIEMA
17
IKLIN
2
STA LUCIA
3
KALKARA
4
STA VENERA
4
KIRKOP
2
SWIEQI
1
LIJA
3
TA'XBIEX
0
LUQA
10
TARXIEN
8
MARSA
6
VALLETTA
3
MARSASCALA
9
VITTORIOSA
3
MARSAXLOKK
2
ZABBAR
14
MELLIEHA
3
ZEBBUG
6
MGARR
2
ZURRIEQ
10
FONTANA
1
SANNAT
3
GHAJNSIELEM
2
VICTORIA
8
GHARB
5
XAGHRA
2
NADUR
5
XEWKIJA
2
QALA
1
XLENDI
1
SAN LAWRENZ
1
ZEBBUG
1
Jista' l-Ministru jgħid:
(a) kemm-il tip ta' mediċina qed titqassam mis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek;
(b) jekk matul dawn l-aħħar sitt xhur kienx hemm mediċini li ma tqassmux għax kienu out of stock;
(c) kemm-il spiżerija tipparteċipa f'din l-iskema; u
(d) kemm tiswa din l-iskema lill-Gvern kemm bħala xiri ta' mediċini kif ukoll tariffi li jitħallsu l-ispiżjara biex ikunu parti mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li l-Ispizerija tal-Ghazla Tieghek tqassam 821 tip ta’medicina differenti.
Bhalissa hemm 215-l-ispizerija privata tippartecipa fl-iskema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet ta' vetturi biex jiġi vverifikat jekk jarmux dħaħen aktar milli suppost? X'passi qed jittieħdu biex l-emmissjonijiet tal-vetturi jiġu kkontrollati aħjar?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Parlament il-Ġdid? Jista' jgħid kemm huma running costs inkluż pulizija, staff, dwal, eċċ.? Jista' jgħid kemm kienu jiswew qabel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti magħmula lill-kuntratturi in konnessjoni mal-binja tal-Parlament il-ġdid sa issa jammontaw għal €38,829,049. Ta’ min isemmi wkoll illi għall-progett kollu ta' bieb il-belt tħallsu €22,588,455 in konnessjoni ma' spejjez ta’ servizzi li mhux biss marbuta mal-binja għat-tlestija tal-Parlament, iżda marbuta wkoll mas-sit kollu biex tlesta bieb il-Belt, it-Teatru, u l-madwar, skont tender li kienet ħarġet għall-proġett kollu. L-istess spiża tikkonsisti f’konsulenza tal-periti tal-proġett innifsu, inġiniera, u konsulenzi oħra, fosthom l-immaniġġjar tal-proġett innifsu. Spejjeż oħra huma l-loġistika, sigurta’, testijiet u mmanniġġjar ta’ l-iskart tal-proġett innifsu u spejjeż oħra relatati ma’ l-istess sit tal-proġett.
Għall-parti l-oħra tal-Mistoqsija Parlamentari rigward ir-running costs , nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il test tal-HbA1c issir fis-sena? Kemm jiġi jiswa kull test?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li fis-sena 2012 saru 54,867, fl-2013 saru 66,193 u fis-sena li ghaddiet kien hemm 76,971 test tal- HbA1c
Kull test jiswa 12 euro.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom upper limb prostheses? Kemm hawn persuni li għandhom lower limb prostheses? Jista’ jgħid kemm hawn persuni li għandhom iktar minn prosthesis waħda? Kemm jiswew id-diversi tipi ta’ prostheses? Kemm idum jistenna pazjent għal prosthesis? Kemm minn dawn il-persuni kellhom bżonn prosthesis riżultat ta’ dijabete jew/u ta mard ċirkolatorju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li 71 persuna għandhom upper limb prosthesis. Dawn jinkludu minn livell ta’ shoulder disarticulation sa partial hand prosthesis. 400 persuna li għandhom lower limb prosthesis, ukoll ta’ kull livell, minn hip disarticulation sa partial foot prosthesis. 43 persuna ghandhom iktar minn prosthesis waħda, għax ikunu tilfu aktar minn riġel wieħed.
Hemm varjazzjoni fil-prezzijiet ta’
prostheses
, jiddependi fuq l-i
specifications
skond il-bżonnijiet individwali ta’ kull pazjent. E.g.
l-ewwel
prosthesis
tipika ta’ xi ħadd li se jilbes
prosthesis
għall-ewwel darba u li għandu siequ maqtugħa minn taħt l-irkoppa tiswa madwar €1200; l-ewwel
prosthesis
tipika li tintlibes minn xi ħadd li siequ maqtugħa minn fuq l-irkoppa tiswa madwar €1800;
cosmetic upper limb prosthesis
, tipika ghal xi ħadd li idu maqtugħa l-isfel mill-minkeb, tiswa madwar €975.
L-iktar li jdum jistenna pazjent wara li jitlef xi sieq huwa 6 ġimghat; dan għar-raġuni li r-riġel residwali jkun għadu minfuħ, u għax il-ferita tieħu ¿-¿mien biex tfieq wara l-operazzjoni. B’danakollu, il-pazjent jibda t-terapija mill-ewwel, u hekk kif jitneħħewlu l-punti anke jqum jimxi fuq
pneumatic aide
mgħejjun minn fizjoterapisti. Kif ir-riġel ifieq u n-nefħa tonqos sew, jittieħidlu l-qies u f’inqas minn ġimgħa l-pazjent jingħata l-
prosthesis
.
Mill- 400 pazjent li jużaw
lower limb prostheses
, madwar 340 minnhom tilfu saqajhom b’konsegwenza ta’ dijabete jew problem biċ-ċirkulazzjoni, i.e. madwar 85%.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn proprjetajiet tal-Gvern b’kera? Liema hi l-aktar kirja għolja? Kemm minnhom huma kummerċjali u kemm minnhom huma residenzjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jirċievu l-pensjoni tal-età? Kemm hawn qed jirċievu l-pensjoni tar-romol? Kemm hawn persuni li qed jirċievu l-pensjoni tad-diżabiltà? Kemm hawn persuni li qed jirċievu l-pensjoni tal-invalidità? X’inhuma l-age groups ta’ kull kategorija? X’inhuma l-minimu u l-massimu tal-pensjoni? Kemm hawn persuni li qed jieħdu l-minimu u kemm hawn qed jieħdu l-massimu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Pensjoni mhux Kontributorja tal-Età hu ta’ 4,955 b’age group bejn 60 u 103, dawk li qed jirċievu l-Pensjoni għal Irtirar hu ta’ 54,429 b’age group bejn 61 u 106, dawk li qed jirċievu Pensjoni għar-Romol hu ta’ 15,225 b’age group bejn 24 u 104, dawk li qed jirċievu Pensjoni għal Invalidità hu ta’ 3,993 b’age group bejn 27 u 62 filwaqt illi dawk li qed jirċievu Pensjoni għal Dizabilità hu ta’ 2,883 b’age group bejn 15 u 87.
In-numru ta’ benefiċjarji li għandhom medja ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali massima u għalhekk jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €228.74 għall-Pensjoni għal Irtirar hu ta’ 5,867, dawk li jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €190.96 għall-Pensjoni għar-Romol hu ta’ 1,824, u dawk li jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €138.03 għall-Pensjoni għal Invalidità hu ta’ 599.
In-numru ta’ benefiċjarji li jissodisfaw it-test tal-kapital u tal-dħul u għalhekk jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €106.11 għall-Pensjoni mhux Kontributorja tal-Età hu ta’ 906 filwaqt illi dawk li jissodisfaw it-test tad-dħul u għalhekk jirċievu r-rata massima fil-ġimgħa ta’ €99.79 għall-Pensjoni ta’ Dizabilità hu ta’ 2,695.
In-numru ta’ benefiċjarji li għandhom medja ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali massima u jirċievu r-rata minima fil-ġimgħa ta’ €106.39 għall-Pensjoni għal Irtirar minħabba li jirċievu wkoll pensjoni tas-servizz hu ta’ 2,858, dawk li jirċievu r-rata minima ta’ €118.69 għall-Pensjoni għar-Romol hu ta’ 1681 u dawk li jirċievu r-rata minima fil-ġimgħa ta’ €94.16 għall-Pensjoni għall-Invalidità minħabba li jirċievu wkoll pensjoni ta’ servizz hu ta’ 117.
Rata minima fil-ġimgħa għall-Pensjoni mhux Kontributorja tal-Età u għall-Pensjoni ta’ Dizabilità ma hemmx minħabba illi dawn iż-żewġ pensjonijiet jiddependu fuq it-test tad-dħul u tal-kapital iddikjarat minn min jagħmel it-talba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux għaddej bl-esplorazzjoni għaż-żejt? Hemm xi tħaffir għaddej bħalissa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa mhux għaddej tħaffir fl-ibħra Maltin, iżda għaddejjin studji minn żewg kumpaniji - Capricorn Malta Ltd u Ratio Malta Ltd - li għandhom liċenżji għall-esplorazzjoni. Għalkemm il-prezz taż-żejt huwa baxx, aktar kmieni din is-sena il-Gvern daħal fi ftehim ma’ kumpanija Israelita Ratio Oil li ser tagħmel esplorazzjoni fil-Lbiċ ta’ Malta. Skont il-ftehim, mistenni li tinġabar informazzjoni siżmika fl- 2016. Minn naħa l-oħra il-liċenzja ta’ Capricorn Malta Limited għadha kif ġiet estiża b’sena u nofs sabiex isiru aktar studji bil-għan li jiġu indikati prospetti tajbin għat-tħaffir.
Pazjenti li qed jistennew biex jidħlu f’dar jew sptar tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li bħalissa qed jistennew biex jidħlu f’djar jew sptar tal-anzjani? Kif ivarjaw l-etajiet tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jistennew biex jidħlu fi djar jew residenzi ghall-anzjani huwa 1847, bl-etajiet li jvarjaw kif qed jidher f’din it-tabella:
EtàNumru
<303
30-395
40-4918
50-5955
60-69160
70-79528
80-89903
90-99171
100-1094
Total1847
L-anzjani jiddaħlu f’dar tal-anzjani abbażi tal-urġenza u l-istat soċjali tagħhom.